Aħbarijiet Teokratiċi
◼ Ix-Xhieda taʼ Jehovah ġew irreġistrati uffiċjalment fil-Bulgarija fis-7 t’Ottubru, 1998. Ningħaqdu mad-946 pubblikatur li hemm f’li niżżu ħajr lil Jehovah għal dan l-iżvilupp.
◼Fit-12 t’Ottubru, 1998, il-gvern tal-Latvja ta l-permess għar-reġistrazzjoni lill-ewwel żewġ kongregazzjonijiet mill-21 waħda li hemm f’dak il-pajjiż.
◼Minkejja l-oppożizzjoni, l-aħwa fi Franza jipperseveraw fl-ippridkar tagħhom tas-Saltna. Sabiex jiġbdu l-attenzzjoni tal-pajjiż, f’Novembru u f’Diċembru, għamlu kampanja ċċentrata fuq tqassim speċjali tal-browxer Ktieb għan-Nies Kollha. Madwar 50 Betelit minn Franza marru joqogħdu fil-Britannja biex jgħinu fl-operar taʼ l-isptampar u tat-tagħbija u l-ġarr taʼ merkanzija fil-fergħa, fil-waqt li l-bqija tal-250 membru tal-familja taʼ Betel fi Franza u l-aħwa fl-għaqla jkomplu jaqdu bil-ferħ f’kundizzjonijiet normali.