Laqgħat tas-Servizz għal Frar
Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Jannar. Inkuraġġixxi lill-aħwa biex jappoġġaw l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa tal-kongregazzjoni għall-festa pubblika li jmiss nhar l-Erbgħa, l-10 taʼ Frar.
17 min: “Offri l-Ktieb Hena Fil-Familja lil Nies taʼ Kull Età.” Anzjan jiddiskuti l-artiklu maʼ żewġ jew tliet pubblikaturi kapaċi. Iffoka fuq il-mira li ngħinu lil ħaddieħor jirrealizza li s-sigriet taʼ l-hena fil-familja jinsab f’li nsegwu l-pariri tal-Bibbja. (Ara Hena Fil-Familja, paġni 10-12.) Ħejji turija taʼ waħda mill-preżentazzjonijiet issuġġeriti. L-inkwilin isaqsi dwar il-prezz u l-pubblikatur isemmi l-arranġament tad-donazzjoni u juri kif jitħejja l-pedament għal żjara lura.
18 min: “Ilbsu l-Bniedem il-Ġdid.” Taħdita li tanalizza l-iskrittura t’Efesin 4:20-24. (Ara t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Ġunju, 1993, paġni 12-16, paragrafi 4-17.) Spjega kif ninżgħu l-personalità l-qadima u nilbsu dik il-ġdida.
Għanja 4 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “Il-Ħallieq Grandjuż Tagħna Jimpurtah Minna!” Mistoqsijiet u tweġibiet. Spjega kif il-ktieb Creator jistaʼ jintuża biex jgħin lil dawk li jiddubitaw jew jiċħdu l-eżistenza t’Alla. Għalkemm il-ktieb mhux qiegħed biex nikkonduċu studji tal-Bibbja bih, jistaʼ jservi bħala għodda effettiva biex inqanqlu lin-nies jeżaminaw dak kollu li tgħid il-Bibbja. (Ara l-ktieb Creator, paġni 189-91.) Stieden lil xi pubblikaturi jaqsmu l-espressjonijiet persunali tagħhom dwar il-pubblikazzjoni u jirrakkontaw xi esperjenzi li kellhom meta ħallewh lil ħaddieħor.
Għanja 173 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali. Aħbarijiet Teokratiċi.
18 min: Kif Nibbenefikaw Jekk Ninkitbu fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku? L-indokratur taʼ l-iskola jikkonduċi diskussjoni maʼ l-udjenza. It-taħriġ fid-diskors pubbliku m’huwiex l-uniku skop taʼ l-iskola. Hemm modi oħrajn kif nistgħu nibbenefikaw direttament. (Ara l-iSchool Guidebook, paġni 12-13.) Nitgħallmu kif nikkomunikaw aħjar maʼ nies oħrajn. Nitgħallmu nitkellmu ċar, b’mod ekwilibrat, u b’kunfidenza fina nfusna. Insiru tas-sengħa f’li nwieġbu l-mistoqsijiet dwar it-twemmin tagħna u f’li nispjegaw id-deċiżjonijiet tagħna bbażati fuq il-Bibbja. L-għarfien tagħna tal-Bibbja jiżdied, u dan jgħinna nkunu iktar effettivi f’li nagħtu xiehda lil ħaddieħor. Nitgħallmu nirrikonoxxu n-nuqqasijiet tagħna u naċċettaw il-pariri, li jirriżulta f’li nittrattaw maʼ ħaddieħor b’mod iktar dħuli. It-taħriġ ġenerali li tipprovdi l-iskola jgħinna nibqgħu “kkwalifikati b’mod adegwat” bħala ministri t’Alla.—2 Kor. 3:5, 6, New World Translation.
17 min: “Kif il-Membri tal-Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ—Fl-Istudju tal-Bibbja.” Diskussjoni bejn grupp taʼ familja. Huma janalizzaw kif qed japplikaw is-suġġerimenti dwar il-qari u l-istudju tal-Bibbja bħala familja misjubin fit-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Ġunju, 1996, paġni 10-12, u fit-Torri taʼ l-Għassa, tal-15 taʼ Jannar, 1993, paġni 14-15.
Għanja 57 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Frar
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Nippridkaw f’Bini bl-Appartamenti. (Jekk fit-territorju tagħkom hemm ftit bini bl-appartamenti, ikkunsidra l-artiklu “Why Keep a Record of Not-at-Homes?” fl-Our Kingdom Ministry taʼ Mejju 1995.) Diskussjoni maʼ żewġ pubblikaturi jew tlieta. Huwa diffiċli li tagħti xiehda lil nies li jgħixu f’appartamenti fejn il-konversazzjoni hija limitata għal dak li jistaʼ jingħad minn ġo interkom. Ikkunsidra xi modi kif tistaʼ tqajjem l-interess. Introduċi ruħek bħala ġar, b’manjiera dħulija; uża isem l-inkwilin jekk jidher fil-lista; semmi suġġett attwali li tixtieq tiddiskuti, jew aqra introduzzjoni direttament mill-ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-Bibbja; u spjega li tixtieq tħalli xi fuljett, rivista, jew browxer li jwieġeb mistoqsija importanti, u għid x’inhi l-mistoqsija. Fejn il-kuntatt huwa limitat, ikteb xi ittri lill-inkwilini jew agħtihom xiehda fit-toroq hekk kif ikunu ġejjin u sejrin. Ippreżenta turija taʼ metodu li ntuża lokalment u li kiseb riżultati tajbin fost dawk li joqogħdu f’appartamenti.
20 min: Kif Insibu Ferħ fix-Xogħol taʼ li Nagħmlu Dixxipli. Taħdita bbażata fuq il-Watchtower tal-15 taʼ Frar, 1996, paġni 19-22.
Għanja 91 u talba taʼ l-għeluq.