LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/99 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Marzu
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Marzu
  • Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Marzu
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 3/99 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Marzu

Ġimgħa li Tibda 1 taʼ Marzu

Għanja 33

8 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

17 min: “Kommemorazzjoni mad-​Dinja Kollha tal-​Mewt taʼ Kristu.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Inkludi xi kummenti mit-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 taʼ Frar, 1997, paġni 25-26, paragrafi 10-14. Enfasizza kif l-​imħabba kbira taʼ Jehovah qanqlitu jipprovdilna l-​prezz tal-​fidwa.

20 min: Raġunijiet li Jġagħluna Nagħmlu x-​Xogħol taʼ Pijunier Awżiljarju f’April u f’Mejju. L-​indokratur tas-​servizz jagħti taħdita u jiddiskuti maʼ l-​udjenza, billi jħeġġeġ lil kulħadd jikkunsidra bis-​serjetà x-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju. Irrevedi l-​aġġustamenti fil-​ħtieġa tas-​sigħat għal pijunieri regulari u awżiljarji, bħalma ppreżenta Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Jannar 1999, paġna 3. Dan l-​aġġustament għandu jgħin lil ħafna iktar uħud igawdu l-​privileġġ taʼ servizz full-time. Spjega kif l-​apprezzament tagħna għas-​sagrifiċċju taʼ Kristu jġagħalna nitħabtu f’li nippridkaw lil ħaddieħor. (2 Kor. 5:​14, 15) Din is-​sena l-​Mafkar se jaħbat fl-​ewwel jum t’April. X’inċentiv mill-​aħjar biex il-​pubblikaturi kollha tas-​Saltna jiddedikaw ix-​xahar kollu għal attività miżjuda tas-​servizz! Irrevedi l-​punti prinċipali magħżulin mill-​inserts taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Frar 1997 u Marzu 1998 li jittrattaw dwar is-​servizz taʼ pijunier awżiljarju. Ikkunsidra xi modi li bihom tistaʼ taddatta l-​iskedi pprovduti bħala eżempju. Irrevedi l-​arranġamenti lokali tas-​servizz, li joffru biżżejjed opportunità biex nipparteċipaw fil-​ministeru m’oħrajn. Inkuraġġixxi lill-​pubblikaturi biex wara l-​laqgħa jiksbu applikazzjonijiet għax-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju.

Għanja 44 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 8 taʼ Marzu

Għanja 52

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

20 min: “Stedinhom Jiġu.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Enfasizza l-​bżonn li dejjem nidderieġu lil uħud ġodda li juru interess lejn il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni. Agħmel turija taʼ diskussjoni maʼ persuna li turi interess, billi jintuża l-​materjal fil-​ktieb Għarfien, paġna 159, paragrafu 20, u paġni 161-3, paragrafi 5-8. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel sforz speċjali ħalli lill-​istudenti tal-​Bibbja u wħud oħrajn li juru interess jgħinhom jattendu l-​Mafkar fl-​1 t’April. Uri kopja taʼ invit stampat, u spjega kif jistaʼ jintuża b’mod effettiv. Kulħadd għandu jibda jqassam l-​inviti tal-​Mafkar minn din il-​ġimgħa.

15 min: “Kif il-​Membri tal-​Familja Jikkooperaw għal Sehem Sħiħ​—Fil-​Laqgħat tal-​Kongregazzjoni.” Diskussjoni bejn grupp taʼ familja. Hekk kif jikkummentaw fuq il-​punti prinċipali fl-​artiklu, jiddiskutu kif jistgħu jippreparaw għal-​laqgħat bħala familja. Jiddiskutu modi kif jistgħu jgħinu lil xulxin jipparteċipaw u x’irid isir biex il-​familja tasal għal-​laqgħat fil-​ħin.

Għanja 62 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 15 taʼ Marzu

Għanja 56

10 min: Avviżi lokali.

15 min: “Il-​Qaddejja Ministerjali Jagħtu Servizz Prezzjuż.” Taħdita minn qaddej ministerjali kapaċi. Irrevedi l-​punti prinċipali li jkopri l-​ktieb Our Ministry, paġni 57-9. Spjega kif il-​qaddejja ministerjali jintużaw lokalment biex jgħinu lill-​kongregazzjoni.

20 min: Ingawdu n-​1999 Yearbook. Diskussjoni bejn raġel u martu. Ir-​raġel jispjega li l-​ewwel darba li l-​Yearbook ippubblikawh f’għamla taʼ ktieb kienet fl-​1927 u li għal iktar minn 70 sena, dan inkluda r-​rapport tax-​Xhieda taʼ Jehovah mad-​dinja kollha. Jirrevedu l-​punti prinċipali tan-​“1998 Grand Totals,” f’paġna 31. Imbagħad jiddiskutu “A Letter From the Governing Body,” f’paġni 3-5, u jikkummentaw fuq kif se jwieġbu għall-​inkuraġġiment li ngħataw.

Għanja 68 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 22 taʼ Marzu

Għanja 162

10 min: Avviżi lokali. Agħmel avviż dwar l-​ismijiet taʼ dawk li se jieħdu sehem fix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju f’April. Spjega li m’huwiex tard wisq biex jagħtu l-​applikazzjoni. Spjega fuq fuq l-​iskeda sħiħa tal-​laqgħat għas-​servizz ippjanat matul April. Inkuraġġixxi lil kulħadd isegwi l-​iskeda tal-​qari tal-​Bibbja għall-​Mafkar mis-​27 taʼ Marzu sa l-​1 t’April, bħalma hu mniżżel f’Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—1999 u fin-​1999 Calendar.

15 min: Ipprepara għall-​Mafkar. Taħdita. Kulħadd għandu jagħmel pjanijiet biex lill-​istudenti tal-​Bibbja u lil oħrajn li juru interess jgħinhom jattendu għall-​Mafkar. Uħud ġodda li jattendu għandhom mnejn ma jifhmux min jistaʼ jieħu sehem mill-​emblemi jew is-​sinjifikat taʼ din l-​osservanza. Irrevedi dak li ntqal fil-​Watchtower, taʼ l-​1 t’April, 1996, paġni 6-8, u uri kif nistgħu ngħinu lil xi ħadd ġdid li juri interess, jifhem is-​sinjifikat u l-​iskop taʼ din iċ-​ċelebrazzjoni. Ikkonkludi billi tirrevedi “Tfakkiriet għall-​Mafkar” u semmi fuq fuq l-​arranġamenti lokali għall-​Mafkar.

20 min: X’Jiġrilna meta Mmutu? Anzjan jiddiskuti l-​valur u l-​użu tal-​browxer maʼ żewġ pubblikaturi kapaċi jew tlieta. Sirna iktar midħla taʼ dan il-​browxer meta studjajnieh fl-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni. Qegħdin nużawh b’mod effettiv fis-​servizz taʼ l-​għalqa? Il-​penil jiddiskuti dan li ġej: Għala ħafna nies jinteressaw ruħhom f’dan is-​suġġett? B’kuntrast maʼ tagħlim reliġjuż li huwa falz, dan il-​browxer liema tama jenfasizza? Kif nistgħu nużaw il-​mistoqsijiet fuq il-​qoxra taʼ wara biex inqanqlu l-​interess? Liema opportunitajiet jeżistu biex noffru dan il-​browxer? Agħmel turija taʼ preżentazzjoni billi jintużaw l-​iskritturi f’paragrafu 14 f’paġna 27. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex joqgħod b’sebaʼ għajnejn ħalli juża tajjeb dan il-​browxer.

Għanja 92 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 29 taʼ Marzu

Għanja 111

12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-​rapport tiegħu tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Marzu. Se noffru It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! matul April. Uri l-​ħarġiet kurrenti tar-​rivisti, issuġġerixxi xi artikli li nistgħu niġbdu l-​attenzjoni lejhom, u semmi xi punti speċifiċi li bihom nistgħu nibdew diskussjoni. Kulħadd għandu jġorr il-​browxer X’Jirrikjedi u jużah biex jibda studji tal-​Bibbja maʼ nies li juru interess.

15 min: Bżonnijiet lokali.

18 min: Kif Għandna Nirreaġixxu għall-​Pariri? Taħdita minn anzjan. Ilkoll kemm aħna ningħataw pariri li għandhom x’jaqsmu maʼ l-​attitudni, il-​kondotta, is-​sħubijiet, jew il-​parteċipazzjoni tagħna fl-​attivitajiet tal-​kongregazzjoni. Xi kultant inkunu inklinati li nirreżistu l-​pariri jew li nieħdu għalina. Jekk inkunux lesti li naċċettaw u napplikaw il-​pariri jew le jistaʼ jkun kruċjali għall-​benesseri spiritwali tagħna. Irrevedi xi fatturi essenzjali li jenfasizzaw ir-​raġunijiet għala għandna naċċettaw u napprezzaw il-​pariri.​—Ara l-​Watchtower, taʼ l-​1 t’April, 1987, paġni 27-30.

Għanja 118 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja