Programm Ġdid għall-Jum t’Assemblea Speċjali
Il-programm għall-jum t’assemblea speċjali li jibda f’Settembru 1999 għandu bħala t-tema tiegħu: “Ngħarblu l-Affarijiet Profondi t’Alla.” (1 Kor. 2:10) Liema affarijiet prezzjużi se nitgħallmu?
Fit-tfittxija tagħhom għall-għarfien, ħafna nies ma jiħdux serħan minn dak li jsibu. Il-Bibbja ssaħħaħna, kif se jintwera mill-indokratur tas-circuit fil-parti tiegħu intitolata “Billi Nfittxu fil-Kelma t’Alla se Nsibu s-Serħan.” Il-kelliemi li se jkun qed iżurna se jagħmel il-konnessjoni bejn li ngħarblu l-affarijiet profondi t’Alla u li nippridkaw l-aħbar tajba hekk kif iwieġeb il-mistoqsija “Kif Tqisu l-Ippridkar tas-Saltna?”
Il-ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom iħaffru fil-fond fil-Kelma t’Alla? Se jiġu provduti suġġerimenti prattiċi fil-parti “Naqqax il-Kelma t’Alla f’Uliedek.” Iż-żgħażagħ Kristjani huma influwenzati b’mod bnin minn sħubija maʼ wħud fil-kongregazzjoni li huma maturi spiritwalment. Eżempji taʼ kif jiġu effettwati favorevolment se jkunu enfasizzati fil-parti “Żgħażagħ li Jitgħallmu minn Uħud Akbar.”
Għala għandna nfittxu b’mod ħabrieki għal teżor spiritwali moħbi f’dan iż-żmien? Jehovah hu Wieħed li jikxef is-sigrieti. Il-kelliemi li se jkun qed iżurna se jispjega dak li Jehovah kixef fl-antik u fi żmienna fit-taħdita “Jehovah Jikxef Progressivament l-Affarijiet Profondi.” Dan se jsaħħilna d-determinazzjoni tagħna biex inkomplu “ngħarblu l-affarijiet profondi t’Alla.”
Ippjana minn issa biex tattendi. Dawk li jixtiequ jissimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom lil Jehovah bil-magħmudija għandhom jinformaw lill-indokratur li jippresiedi mill-iktar fis possibbli. Ix-xewqa ħerqana tagħna li nfittxu bir-reqqa fil-Kelma t’Alla se tissaħħaħ b’dak li nisimgħu. Mela titlifx dan il-jum speċjali taʼ istruzzjoni spiritwali!