LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/98 p. 7
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Materjal Simili
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Programm Ġdid Għall-Assemblea Tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Programm Ġdid Taʼ L-Assemblea Tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1998
km 7/98 p. 7

Programm Ġdid għall-​Assemblea tas-​Circuit

“Ħares il-​Kmandamenti t’Alla u Għix” hija t-​tema tal-​programm taʼ jumejn għall-​assemblea tas-​circuit li jibda f’Settembru. (Prov. 4:4) Dan se jenfasizza għala l-​ubbidjenza tagħna lejn il-​kmandi t’Alla m’hijiex tagħbija tqila. Iktar minn hekk, se juri kif li nagħmlu r-​rieda t’Alla se jġib iffriskar u hena veru kif ukoll tama għall-​futur.​—Mt. 11:​28-30; Ġw. 13:17.

Dawk li biex jobdu l-​kmand taʼ Kristu jixtiequ jitgħammdu fl-​assemblea għandhom jitkellmu maʼ l-​indokratur li jippresiedi, u hu se jagħmel l-​arranġamenti li jkun hemm bżonn.​—Mt. 28:​19, 20.

Simposju se jispjega modi prattiċi li bihom nistgħu nuru l-​imħabba għal Alla u għal ħutna. (Ġw. 13:​34, 35; 1 Ġw. 5:3) Pariri li jqanqlu l-​qalb minn Salmi 19 u 119 se jkunu inklużi fil-​programm. Għalkemm it-​twissija ispirata f’dawn is-​salmi nkitbet eluf taʼ snin ilu, se naraw kif inhi taʼ benefiċċju għalina personalment illum.

It-taħdita pubblika li se tingħata mill-​indokratur tad-​distrett hija intitolata “Ibżaʼ minn Alla u Ħares il-​Kmandamenti Tiegħu.” (Ekkl. 12:​13, Karm Żammit) It-​taħdita finali taʼ l-​indokratur tas-​circuit se turi kif iż-​żgħażagħ jistgħu jieħdu l-​aħjar mill-​ħajja issa u għala jistgħu jkunu fiduċjużi f’futur taʼ dejjem. L-​indokratur tad-​distrett jikkonkludi l-​programm billi jinnumera l-​ħafna benefiċċji li jiġu milli ngħixu maʼ “l-​aqwa liġi” taʼ l-​imħabba. (Ġak. 2:8) Tabilħaqq, dan huwa programm għall-​assemblea li ħadd ma se jkun irid jitilfu!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja