LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 7/96 p. 3
  • Programm Ġdid Għall-Assemblea Tas-Circuit

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Programm Ġdid Għall-Assemblea Tas-Circuit
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1996
  • Materjal Simili
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1998
  • Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Assemblea tas-Circuit Biex Tgħinna Nħarsu l-Ispiritwalità Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Programm Ġdid Taʼ L-Assemblea Tas-Circuit
    Il-Ministeru tas-Saltna—1997
Il-Ministeru tas-Saltna—1996
km 7/96 p. 3

Programm Ġdid Għall-​Assemblea Tas-​Circuit

1 Il-​programm ġdid għall-​assemblea tas-​circuit minn Settembru li ġej se jiżviluppa t-​tema “Esperjenza L-​Hena Akbar F’Li Tagħti.” (Atti 20:35) L-​hena huwa deskritt bħala “stat taʼ benesseri u kuntentizza.” Il-​biċċa l-​kbira tan-​nies illum jaħtfu l-​gost kollu li jistgħu mill-​ħajja u, meta jagħmlu hekk, taʼ spiss ikun għal ftit żmien. Dak m’huwiex hena veru. Madankollu, Jehovah jgħallimna kif nibbenefikaw lilna nfusna għal dejjem. (Isa. 48:17; 1 Ġwn. 2:17) Il-​programm ġdid taʼ l-​assemblea tas-​circuit se jenfasizza kif nistgħu niksbu hena akbar billi nagħtu b’mod spiritwali.

2 Se nitgħallmu modi prattiċi fejn nistgħu nagħtu minna nfusna fil-​ministeru. Xi ftit mit-​taħditiet li se jingħataw mill-​indokraturi li jivvjaġġaw huma intitolati: “Nagħmlu Ħbieb Permezz Taʼ Rikkezzi Mhux Taʼ Tjieba,” “Irrispetta L-​Provvediment Divin Taʼ ‘Għotjiet Fi Rġiel,’” u “Esperjenza L-​Ħafna Aspetti Tal-​Veru Hena.” Dawk li jixtiequ jitgħammdu fl-​assemblea għandhom jitkellmu maʼ l-​indokratur li jippresiedi sabiex ikun jistaʼ jagħmel arranġamenti ħalli l-​anzjani jirrevedu magħhom il-​mistoqsijiet tal-​magħmudija. Li jaqdu lil Jehovah f’relazzjoni nadifa se jġib hena kbir lill-​uħud mgħammdin ġodda.

3 Li wieħed jirrikonoxxi b’mod xieraq l-​awtorità taʼ Jehovah ukoll iġib hena u sigurtà veri. Kulħadd jeħtieġ li jkun jaf dan. B’hekk, it-​taħdita pubblika fl-​assemblea tas-​circuit se tiżviluppa t-​tema “Ingħaqad Mal-​Poplu Hieni t’Alla.” Kun ċert li tistieden lil dawk kollha li wrew interess fil-​verità biex jiġu għal din it-​taħdita. Huma ma sabux sigurtà ġenwina u hena dejjiemi taħt il-​ħakma umana f’din id-​dinja, li qiegħda taħt il-​qawwa taʼ Satana. (Ekkl. 8:9) Imma x’ferħ se jsibu f’li jkunu mseħbin mal-​poplu hieni taʼ Jehovah!​—Salm 144:15b.

4 Minkejja kundizzjonijiet li dejjem sejrin għall-​agħar f’din is-​sistema t’affarijiet, dawk li jesperjenzaw l-​hena akbar f’li jagħtu spiritwalment qatt ma se jiġu ddiżappuntati minn dak Alla hieni. (1 Tim. 1:​11) Il-​programm ġdid taʼ l-​assemblea tas-​circuit se juri li dan huwa veru. Titilfuhx!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja