Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Settembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem man-New World Translation.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport li jmiss tal-kontijiet.
◼ L-anzjani huma mfakkrin biex isegwu l-istruzzjonijiet mogħtijin f’paġni 13-15 tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1991, rigward xi wħud maqtugħin mis-sħubija jew diżassoċjati li jistgħu jkunu inklinati lejn li jiġu aċċettati lura.
◼ Dawk li jissieħbu maʼ xi kongregazzjoni għandhom jibagħtu l-abbonamenti ġodda u mġeddin kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ!, inkluż l-abbonamenti persunali tagħhom, permezz tal-kongregazzjoni.
◼ Is-Soċjetà ma tilqax rikjesti persunali mingħand pubblikaturi individwali għal xi letteratura. L-indokratur li jippresiedi għandu jirranġa biex isir avviż kull xahar qabel ma tintbagħat lis-Soċjetà r-rikjesta taʼ kull xahar tal-kongregazzjoni għal-letteratura, sabiex kulmin ikun interessat li jikseb letteratura persunali jkun jistaʼ jinforma lill-ħu inkarigat. Jekk jogħġobkom żommu f’moħħkom liema pubblikazzjonijiet huma letteratura li tinkiseb b’rikjesta speċjali.
◼ Il-Konvenzjonijiet Distrettwali u Internazzjonali “Il-Mod taʼ Ħajja t’Alla” għall-1998 tassew kienu barka għal dawk kollha li attendew għalihom. Fost dawk preżenti kien hemm 2,764 missjunarju u qaddej internazzjonali. Dawn setgħu jżuru lil pajjiżhom bl-għajnuna taʼ donazzjonijiet ġenerużi mingħand il-kongregazzjonijiet. L-appoġġ għal dan l-arranġament huwa apprezzat ferm. Billi dawn il-konvenzjonijiet spiċċaw, il-bqija tal-fondi li ngħataw għal dan l-għan se jintużaw biex jappoġġaw ix-xogħol taʼ l-ippridkar mad-dinja kollha.