LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/99 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Alla X’Jaħseb Dwar id-Demm?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Taf X’Inhuma l-Għażliet Tiegħek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Qed Iżżomm Lura?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 9/99 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Preparat int għal xi emerġenza?

Fid-​dinja tal-​lum, “iż-​żmien u ċ-​ċirkustanzi” taʼ spiss jingħaqdu flimkien u tinqalaʼ xi emerġenza medika, inkluż il-​pressjoni li tieħu trasfużjoni tad-​demm. (Koħ. 9:11) Sabiex inkunu nistgħu nippreparaw ruħna għal dak li jistaʼ jinqalaʼ, Jehovah pprovdielna l-​għajnuna b’ħafna modi permezz taʼ l-​organizzazzjoni tiegħu, imma jistenna li aħna nagħmlu l-​parti tagħna. Hawn taħt hawn lista kompluta biex tgħinek.

• Ġorr id-​dokument kurrenti Advance Medical Directive/Release il-​ħin kollu.

• Kun ċert li wliedek iġorru l-​Identity Card kurrenti.

• Irrevedi l-​insert fl-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1992, billi tipprattika kif tistaʼ tirraġuna mat-​tobba u l-​imħallfin rigward il-​kura għal uliedek.

• Irrevedi l-​artikli fuq l-​elementi mid-​demm u l-​alternattivi għad-​demm. (Rikkmandati: It-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 t’Ottubru, 1994, paġna 32; l-​1 taʼ Ġunju, 1989, paġni 15-16; The Watchtower, taʼ l-​1 taʼ Ġunju, 1990, paġni 30-1; Awake!, tat-​8 taʼ Diċembru, 1994, paġni 23-7; it-​8 t’Awissu, 1993, paġni 22-5; it-​22 taʼ Novembru, 1991, paġna 10; u l-​inserts taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna, intitolati “Issalvagwardjaw lil Uliedkom minn Użu Ħażin tad-​Demm” u “Lest Int Tiffaċċja Sitwazzjoni Medika taʼ Sfida għall-​Fidi Tiegħek?” Żommhom ġo folder biex issibhom malajr.)

• Iddeċiedi kuxjenzjożament jekk tistax tippermetti l-​użu taʼ magni li jiċċirkolaw id-​demm barra l-​ġisem jew jekk tistax taċċetta prodotti li fihom elementi mid-​demm. (Jekk timla formola tad-​Direttiva bil-​Quddiem għall-​Kura tas-​Saħħa​—li tkun ħaġa għaqlija—​se tara li hemm provvediment għalik fuq il-​formola biex tiddikjara l-​għażla informata tiegħek dwar il-​kura.)

• Jekk jistaʼ jkun, qabel ma tmur l-​isptar għarraf lill-​anzjani sabiex ikunu jistgħu jappoġġawk u jekk ikun hemm bżonn jikkuntattjaw lill-​Kumitat taʼ Koordinazzjoni maʼ l-​Isptarijiet (HLC). F’każ taʼ tfal żgħar, staqsi lill-​anzjani biex jinformaw lill-​HLC minn kmieni.

Agħmilha Ċara li ma Tridx Demm: Ir-​rapporti juru li xi aħwa jistennew sa l-​aħħar minuta biex lit-​tobba li jkunu se jagħtuhom il-​kura jgħidulhom li ma jridux demm. Dan ma jkunx ġust għall-​istaff mediku u tkun qiegħed tirriskja li tingħata trasfużjoni. Jekk it-​tobba jkunu jafu li dak li int konvint minnu u dak li tixtieq huwa appoġġat minn dokumenti ffirmati li jiddikjaraw id-​direzzjonijiet speċifiċi tiegħek, dan se jgħinhom biex ikomplu għaddejjin mingħajr dewmien. Taʼ spiss dan jagħtihom ukoll iktar għażliet għal kura medika mingħajr demm.

Peress li emerġenza medika tistaʼ tinqalaʼ f’kull ħin, ġeneralment meta l-​inqas tistennieha, ħu passi issa biex tissalvagwardja lilek innifsek u lil uliedek minn trasfużjoni tad-​demm.​—Prov. 16:20; 22:3.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja