LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • mwb23 Jannar p. 7
  • Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika
  • Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
  • Materjal Simili
  • Qed Iżżomm Lura?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Taf X’Inhuma l-Għażliet Tiegħek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Provvedimenti biex Jgħinuna Nitbiegħdu mid-Demm
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
  • Tafhom l-Għażliet Tiegħek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2011
Ara Iżjed
Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
mwb23 Jannar p. 7

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika

Għala għandek tipprepara? Emerġenzi mediċi jistgħu jiġu fuqek ħabta u sabta jew ikollok bżonn tidħol l-isptar mingħajr ma tkun qed tistenna. Għalhekk, qabel ma tinqalaʼ emerġenza, agħmel dak kollu li tistaʼ biex tipprepara ħalli tirċievi l-aħjar għajnuna medika possibbli jekk dan jiġri. Jekk tagħmel dan, tkun qed tirrispetta l-ħajja u l-liġi taʼ Ġeħova dwar id-demm.—At 15:28, 29.

X’tistaʼ tagħmel biex tipprepara?

  • Itlob u imla sew il-kard Direttiva Medika bil-Quddiem (DPA).a Pubblikaturi mgħammdin jistgħu jakkwistaw din il-kard mingħand il-qaddej tal-letteratura kif ukoll Karta tal-Identità (ic) għat-tfal minuri tagħhom

  • Jekk int mara li qed tistenna tarbija, trid titlob kopja tad-dokument Informazzjoni għal Ommijiet li Qed Jistennew Tarbija (S-401) mingħand l-anzjani. Dan id-dokument se jgħinek tieħu deċiżjonijiet tajbin dwar kwistjonijiet mediċi li jistgħu jinqalgħu matul it-tqala u t-twelid

  • Jekk ikollok bżonn proċedura medika li tistaʼ tinvolvi l-kwistjoni tad-demm jew ikollok bżonn tidħol l-isptar, informa lill-anzjani tiegħek bil-quddiem u informa lill-isptar li tieħu pjaċir bi żjara mingħand ministru tax-Xhieda taʼ Ġeħova

L-anzjani kif jistgħu jgħinuk? Jistgħu jgħinuk timla d-DPA kard. Madankollu, l-anzjani mhux se jieħdu deċiżjonijiet mediċi għalik jew jesprimu l-opinjoni personali tagħhom fuq kwistjonijiet taʼ għażla personali. (Rum 14:12; Ga 6:5) Meta tinforma lill-anzjani lokali li qed tiffaċċja sitwazzjoni medika li tistaʼ tinvolvi d-demm, huma mill-ewwel se jikkuntattjaw lill-Kumitat taʼ Koordinazzjoni mal-Isptarijiet (HLC) għalik.

L-HLC kif jistaʼ jgħin? Aħwa rġiel li jaqdu fl-HLC huma mħarrġin biex jgħinu lin-nies kwalifikati fil-mediċina u lill-avukati jifhmu l-qagħda reliġjuża tagħna dwar id-demm. Huma jistgħu jiddiskutu strateġiji għal trattamenti mediċi biex jiġu evitati t-trasfużjonijiet tad-demm maʼ dak li se jtik l-għajnuna medika. Jekk ikun hemm bżonn, huma jistgħu jgħinuk issib tabib li jikkoopera.

ARA L-VIDJOW DEĊIŻJONIJIET TAʼ SAĦĦA DWAR ID-DEMM, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJA LI ĠEJJA:

  • Minn dan il-vidjow x’tgħallimt li jistaʼ jgħinek tkun preparat għal emerġenza medika li tinvolvi d-demm?

a Lezzjoni 39 tal-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! tistaʼ tgħinek biex tieħu deċiżjonijiet mediċi li jinvolvu l-użu tad-demm.

INT PREPARAT?

Meta tiffaċċja sitwazzjoni medika li tistaʼ tinvolvi d-demm,

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja