Tafhom l-Għażliet Tiegħek?
Il-kirurġija mingħajr demm qiegħda ssir f’għadd li dejjem jiżdied taʼ ċentri mediċi madwar id-dinja. Informat int bis-sħiħ dwar l-għażliet li huma disponibbli fil-qasam tal-mediċina mingħajr demm? Għandek bżonn tkun taf sabiex tkun tistaʼ tieħu deċiżjonijiet informati sew li jinvolvu t-trattament u l-kirurġija medika. Ara l-vidjo No Blood—Medicine Meets the Challenge (Xejn Demm—Il-Mediċina Tilqaʼ l-Isfida). Wara, irrivedi bit-talb dak li tgħallimt bl-għajnuna tal-mistoqsijiet imniżżlin hawn taħt.—Nota: Peress li l-vidjo fih xeni qosra t’operazzjonijiet, il-ġenituri għandhom jużaw l-għaqal meta jaraw il-vidjo maʼ wliedhom żgħar.
(1) X’inhi r-raġuni prinċipali għala x-Xhieda taʼ Ġeħova jirrifjutaw it-trasfużjonijiet tad-demm? (2) Meta jkun hemm bżonn taʼ kura medika, x’jixtiequ x-Xhieda taʼ Ġeħova? (3) Liema dritt bażiku għandhom il-pazjenti? (4) Għala huwa raġunevoli u responsabbli li individwu jagħżel alternattivi għat-trasfużjoni? (5) Meta jintilef ħafna demm, liema żewġ prijoritajiet urġenti għandhom it-tobba? (6) Liema huma l-erbaʼ prinċipji taʼ strateġiji alternattivi għat-trasfużjoni? (7) It-tobba kif jistgħu (a) inaqqsu t-telf tad-demm, (b) iżommu ċ-ċelluli ħomor tad-demm, (ċ) jistimulaw il-produzzjoni tad-demm, u (d) jirkupraw id-demm mitluf? (8) Iddeskrivi l-proċeduri magħrufin bħala (a) hemodilution u (b) cell salvage. (9) Dwar xiex tixtieq tkun informat rigward kull alternattiva għat-trasfużjoni? (10) Jistgħu operazzjonijiet serji u komplikati jsiru mingħajr l-użu tat-trasfużjonijiet tad-demm? (11) Liema żvilupp pożittiv qed iseħħ fil-komunità medika?
Li wieħed jaċċetta xi kura li tissemma fil-vidjo hija deċiżjoni persunali taʼ kull individwu fi qbil mal-kuxjenza tiegħu mħarrġa fuq il-Bibbja. Ħadt deċiżjoni ċara dwar il-kura u l-proċeduri mediċi li int lest li taċċetta għalik u għal uliedek, u mbagħad imlejt id-dokument Direttiva Medika bil-Quddiem? Għal diskussjoni bis-sħiħ dwar dawn il-kwistjonijiet, irrivedi b’attenzjoni “Mistoqsijiet mill-Qarrejja” fil-ħarġiet tat-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Ġunju, 2004, u tal-15 t’Ottubru, 2000. Imbagħad uża s-sett taʼ mistoqsijiet fl-insert tal-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru 2006, bit-titlu “Kif Inħares Lejn il-Frazzjonijiet tad-Demm u l-Proċeduri Mediċi li Jinvolvu l-Użu taʼ Demmi Stess?” biex tieħu d-deċiżjonijiet persunali tiegħek dwar l-għażliet li int lest taċċetta jew tirrifjuta. Fl-aħħar nett, kun ċert li niżżilt l-għażliet tiegħek bir-reqqa fid-dokument Direttiva Medika bil-Quddiem. Kwalunkwe membru tal-familja, inkluż dawk li mhumiex Xhieda, għandu jiġi informat bis-sħiħ bid-deċiżjonijiet tiegħek.