LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/08 p. 6
  • Qed Iżżomm Lura?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Qed Iżżomm Lura?
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Materjal Simili
  • Qed Iżżomm Lura?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2010
  • Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2006
  • Vidjo li Jenfasizza Żvilupp Mediku Importanti
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Preparat Int Għal Emerġenza Medika?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2008
km 1/08 p. 6

Qed Iżżomm Lura?

Iżżomm lura minn xiex? Milli timla d-​dokument Direttiva Medika bil-​Quddiem li huwa provdut lix-​Xhieda mgħammdin. Ladarba ‘ma tafx x’se jsir minnek għada,’ huwa ferm importanti li tiddeċiedi bil-​quddiem u tindika bil-​miktub liema kura u proċeduri mediċi kieku lest li taċċetta f’każ t’emerġenza medika. (Ġak. 4:14; Atti 15:28, 29) Bħala għajnuna, ġie provdut il-​vidjo Transfusion-Alternative Health Care —Meeting Patient Needs and Rights (Kura tas-​Saħħa Alternattiva għat-​Trasfużjoni—Jiġu Rispettati l-​Ħtiġijiet u d-​Drittijiet tal-​Pazjent). Arah, u mbagħad irrivedi u itlob dwar dak li tgħallimt bl-​għajnuna tal-​mistoqsijiet imniżżlin hawn taħt.—Nota: Minħabba li l-​vidjo jinkludi xeni qosra t’operazzjonijiet, il-​ġenituri għandhom jużaw l-​għaqal meta jaraw il-​vidjo maʼ wliedhom żgħar.

(1) Xi wħud fil-​komunità medika għala qed jerġgħu jaħsbuha dwar l-​użu tat-​trasfużjonijiet tad-​demm? (2) Agħti tliet eżempji t’operazzjonijiet komplikati mwettqin mingħajr trasfużjonijiet tad-​demm. (3) Kemm-il tabib u kirurgu mad-​dinja kollha indikaw li huma lesti li jagħtu kura lill-​pazjenti mingħajr trasfużjonijiet tad-​demm? Għala huma lesti li jagħmlu dan? (4) L-​istudji reċenti li għamlu xi sptarijiet xi rrivelaw dwar l-​użu tad-​demm? (5) X’inhuma r-​riskji mediċi jekk jingħataw it-​trasfużjonijiet tad-​demm? (6) Xi kkonkludew ħafna esperti dwar il-​benefiċċji taʼ l-​alternattivi għat-​trasfużjonijiet? (7) X’jikkaġuna l-​anemija? Il-​bnedmin kemm jistgħu jittollerawha? X’jistaʼ jsir biex ipatti għaliha? (8) Kif tistaʼ titqanqal il-​produzzjoni taċ-​ċelluli ħomor fil-​ġisem taʼ pazjent? (9) Liema metodi qed jintużaw sabiex it-​telf taʼ demm jonqos matul operazzjoni? (10) Jistgħu l-​alternattivi għat-​trasfużjonijiet ikunu effettivi għat-​tfal żgħar jew għal uħud li jkunu involuti f’każi t’emerġenza meta l-​ħajja tkun fil-​periklu? (11) X’inhu wieħed mill-​prinċipji etiċi primarji għal kura medika tajba? (12) Għala huwa importanti li l-​Kristjani jagħżlu minn qabel liema kura mingħajr demm se jieħdu? Kif nistgħu nagħmluh dan?

Li wieħed jaċċetta xi kura li tissemma fil-​vidjo hija deċiżjoni persunali taʼ kull individwu fi qbil mal-​kuxjenza tiegħu mħarrġa fuq il-​Bibbja. Iddeċidejt liema kura u proċeduri mediċi lest li taċċetta għalik u għal uliedek? Għal diskussjoni iktar bis-​sħiħ dwar dawn il-​kwistjonijiet, ara “Mistoqsijiet mill-​Qarrejja” fil-​ħarġiet tat-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Ġunju, 2004, u tal-​15 t’Ottubru, 2000, u l-​insert “Kif Inħares Lejn il-​Frazzjonijiet tad-​Demm u l-​Proċeduri Mediċi li Jinvolvu l-​Użu taʼ Demmi Stess?” fil-​ħarġa tal-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 2006. Il-​persuni li tkun għażilt biex jiffirmawlek id-​direttiva u kwalunkwe membru tal-​familja li m’huwiex Xhud għandhom jiġu informati bis-​sħiħ bid-​deċiżjonijiet tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja