Preparat Int Għal Emerġenza Medika?
Emerġenza medika tistaʼ tiġri f’daqqa u għal għarrieda. (Ġak. 4:14) Għalhekk, dak li hu prudenti se jipprepara kemm jistaʼ jkun. (Prov. 22:3) Iddeċidejt liema kuri u proċeduri mediċi int lest li taċċetta, u d-deċiżjoni tiegħek għamiltha bil-miktub? Bħala għajnuna, ġie provdut il-vidjow Transfusion-Alternative Health Care—Meeting Patient Needs and Rights, it-tieni preżentazzjoni fid-DVD intitolat Transfusion-Alternatives—Documentary Series. Int u tarah, ara jekk tistax twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin. Minħabba li l-vidjow jinkludi xeni qosra taʼ operazzjonijiet, il-ġenituri għandhom jużaw l-għaqal meta jaraw il-vidjow maʼ wliedhom żgħar.
(1) Xi wħud fil-komunità medika għala qed jerġgħu jaħsbuha dwar l-użu tat-trasfużjonijiet tad-demm? (2) Agħti tliet eżempji taʼ operazzjonijiet komplikati mwettqin mingħajr trasfużjonijiet tad-demm. (3) Għala hemm eluf taʼ tobba u kirurgi mad-dinja kollha li huma lesti li jagħtu kura lill-pazjenti mingħajr trasfużjonijiet tad-demm? (4) L-istudji reċenti li għamlu xi sptarijiet xi rrivelaw dwar l-użu tad-demm? (5) X’inhuma r-riskji mediċi jekk jingħataw it-trasfużjonijiet tad-demm? (6) Xi kkonkludew ħafna esperti dwar il-benefiċċji tal-alternattivi għat-trasfużjonijiet? (7) X’jikkaġuna l-anemija, u x’jistaʼ jsir biex ipatti għaliha? (8) Kif tistaʼ tistimula l-produzzjoni taċ-ċelluli ħomor fil-ġisem taʼ pazjent? (9) Liema metodi qed jintużaw sabiex it-telf taʼ demm jonqos matul operazzjoni? (10) Jistgħu l-alternattivi għat-trasfużjonijiet ikunu effettivi għat-tfal żgħar jew għal uħud li jkunu involuti f’każi taʼ emerġenza meta l-ħajja tkun fil-periklu? (11) X’inhu wieħed mill-prinċipji etiċi primarji għal kura medika tajba?
Peress li hija kwistjoni taʼ kuxjenza jekk wieħed jaċċettax xi kura li tissemma fil-vidjow, tistenniex sakemm tinqalaʼ emerġenza biex tiddeċiedi x’se taċċetta u x’m’intix se taċċetta. Kapitlu 7 tal-ktieb “Fl-Imħabba t’Alla” u r-referenzi msemmijin fih kif ukoll l-insert fil-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Novembru 2006 se jgħinuk tieħu deċiżjoni personali fuq dak li tgħallimt. Imbagħad, jekk int mgħammed, ikteb b’mod ċar l-għażliet tiegħek fuq id-dokument Direttiva bil-Quddiem, u ġorr dan id-dokument miegħek il-ħin kollu.
[Kumment f’paġna 3]
Iddeċidejt liema kuri u proċeduri mediċi int lest li taċċetta u indikajt dan bil-miktub?