Skeda għall-Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Jannar
ĠIMGĦA LI TIBDA 24 TAʼ JANNAR
Għanja 53 u Talba
□ Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni:
cf kap. 16 ¶15-20, kaxxa f’p. 171 (25 min)
□ Skola tal-Ministeru Teokratiku:
Qari tal-Bibbja: Esdra 6-10 (10 min)
Nru. 1: Esdra 7:1-17 (4 min jew inqas)
Nru. 2: Kif Ġesù Wera li Jistħoqqlu Jaħkem Bħala Sultan (5 min)
Nru. 3: Id-Differenza Bejn ir-Ruħ u l-Ispirtu—td 29B (5 min)
□ Laqgħa tas-Servizz:
5 min: Avviżi. Semmi l-offerta tal-letteratura għal Frar, u ħejji preżentazzjoni.
20 min: “Għajnuna għall-Familji.”—L-Ewwel Parti. (Paragrafi 1-6 u l-kaxxa f’paġna 6.) Mistoqsija u tweġiba. Inkuraġġixxi lil dawk fl-udjenza biex jipprovaw ftit mis-suġġerimenti mill-kaxxa f’paġna 6 matul il-lejla tal-Qima tal-Familja tagħhom li jmiss. Il-ġimgħa d-dieħla, meta jiġi kunsidrat il-kumplament tal-artiklu, se jkollhom opportunità biex jesprimu ruħhom dwar kif ibbenefikat il-familja.
10 min: Ipprepara Biex Toffri r-Rivisti fi Frar. Diskussjoni. Ħu minuta jew tnejn biex tirrivedi l-kontenut tar-rivisti kurrenti bil-Malti. Imbagħad agħżel żewġ artikli jew tlieta, u stieden lil dawk fl-udjenza biex jissuġġerixxu xi mistoqsijiet u skritturi li jistgħu jintużaw f’xi preżentazzjoni. Ħejji turija taʼ kif tistaʼ tiġi offruta kull ħarġa.
Għanja 32 u Talba