Ir-Rapport tas-Servizz taʼ Malta għal Settembru-Mejju taʼ l-1999
juri żjieda fit-tqassim tar-rivisti u żjajjar lura. Matul dan il-perijodu tqassmu 58,530 rivista meta mqabblin mat-53,992 li tqassmu matul l-istess xhur tas-sena l-oħra. Din hija medja taʼ 7,316-il rivista mqassmin kull xahar. Din is-sena saru wkoll medja taʼ mitt żjara lura iktar kull xahar. Ninkuraġġixxu lill-aħwa biex ikomplu jieħdu ħsieb l-interess kollu li jsibu, billi jagħmlu żjajjar lura regulari u jitolbu lil Jehovah biex jgħinna nibdew iktar studji tal-Bibbja.