Laqgħat tas-Servizz għal Settembru
Ġimgħa li Tibda 6 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna.
17 min: “Qiegħed Int Taħdem bi Skop?” Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Inkludi xi kummenti fuq il-ktieb Our Ministry, paġni 88-9. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex iwettaq il-ministeru tiegħu bir-reqqa kif ukoll biex ikun konsistenti fih.
18 min: “Ġenituri—Agħtu Eżempju Tajjeb lil Uliedkom.” Introduzzjoni qasira minn anzjan, segwita minn diskussjoni taʼ l-artiklu bejn żewġ aħwa rġiel li huma ġenituri. Huma jesprimu t-tħassib tagħhom dwar li jipproteġu lil uliedhom minn prattiċi u attitudnijiet li jagħmlu l-ħsara li jiltaqgħu magħhom fl-iskola, fuq it-televixin, u mingħand qraba u oħrajn li m’humiex Xhieda taʼ Jehovah. L-aħwa jikkunsidraw l-attitudnijiet bla rispett, id-diskors u l-ilbies dinji, u d-divertiment mhux edifikanti. Wara li jirriflettu fuq il-bżonn li jagħtu eżempju tajjeb, jiddiskutu xi modi kif iżidu l-entużjażmu għall-istudju tal-familja, il-laqgħat tal-kongregazzjoni, u s-servizz taʼ l-għalqa.—Ara It-Torri taʼ l-Għassa, taʼ l-1 taʼ Lulju, 1999, paġni 8-22, u l-Awake! tat-22 taʼ Settembru, 1991, paġni 8-9.
Għanja 101 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Settembru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Kif Morna s-Sena l-Oħra? Taħdita mill-indokratur tas-servizz. Irrevedi l-punti prinċipali tar-rapport tal-kongregazzjoni għas-sena taʼ servizz 1999. Agħti l-prosit għall-affarijiet tajbin li twettqu. Iġbed l-attenzjoni lejn l-aspetti fejn jinħtieġ li jsir titjib. Iffoka fuq kif marret il-kongregazzjoni fl-attendenza tal-laqgħat u f’li tikkonduċi studji tal-Bibbja. Semmi xi miri prattiċi għas-sena li ġejja.
20 min: “X’Qegħdin Nagħmlu biex Ngħinu lil Xulxin?” Parteċipazzjoni mill-udjenza. Ħu l-ħin biex taqra l-iskritturi.
Għanja 140 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Settembru
12 min: Avviżi lokali u esperjenzi mis-servizz taʼ l-għalqa. Ikkunsidra “Ir-Rapport tas-Servizz taʼ Malta għal Settembru—Mejju taʼ l-1999.”
15 min: Avviżi lokali.
18 min: Taħdita bbażata fuq il-ħarġa taʼ Stenbaħ! taʼ Lulju-Settembru 1997, paġni 8-11.
Għanja 175 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Settembru
15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapporti tas-servizz taʼ l-għalqa għal Settembru. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel pjanijiet ħalli jieħu sehem sħiħ fit-tqassim tar-rivisti matul Ottubru. Irrevedi xi wħud mis-suġġerimenti li dehru f’Il-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 1996, paġna 8, fuq kif tipprepara l-preżentazzjonijiet. Billi tuża r-rivisti kurrenti, semmi xi punti tajbin għal konversazzjoni u uri preżentazzjoni qasira jew tnejn. Uri kif l-arranġament taʼ donazzjoni jistaʼ jissemma bit-tattika meta l-inkwilin jistaqsi dwar il-prezz.
15 min: Kaxxa għall-Mistoqsija. Taħdita minn anzjan.
15 min: “Qima Vera Qed Tespandi fl-Ewropa tal-Lvant.” Anzjan jikkonduċi sessjoni taʼ mistoqsija u tweġiba. Semmi esperjenzi jew evidenzi taż-żjieda fil-pajjiżi rappreżentati, kif inhu rapportat f’Yearbooks reċenti.
Għanja 87 u talba taʼ l-għeluq.