Għanja 190
Għanja lil Jehovah
1. Din l-għanja b’ferħ ej’ inkantaw
Biex ’l Alla lkoll nirringrazzjaw
Tal-pariri li ningħataw
U bl-għanjiet infaħħruh.
Kbir fil-qalb tajba u ħanin;
Qrib tiegħu aħna imberkin.
Fis-sew ġejn’ aħna meħlusin,
Għalhekk ferm inħobbuh.
2. Niżżu ħajr ’l Alla għal dawl kbir
Li jagħtina l-aqwa parir.
Jgħin lejl mudlam malajr itir
Bil-faraġ illi jġib!
B’tama tas-Saltna ferħanin;
Inteftfu fid-dlam mhux qegħdin;
Minn inkwiet kbir aħna mħarsin;
Kulħadd il-ferħ isib.
3. B’dil-melodija inkantaw,
Fuq tronu ’l Alla naduraw
Waqt li b’Kristu nindirizzaw
Talb sinċier bl-umiltà:
“Jehovah, int tħobbna bil-kbir;
Nirringrazzjawk għall-ġid li jsir.
Ismaʼ t-talb tagħna; ntuk tifħir
Għax tħobbna b’lealtà.”