Qiegħed Int Taħdem bi Skop?
1 Jehovah hu dak Alla taʼ skop. (Is. 55:10, 11) Aħna niġu mħeġġin biex nimitawh. (Efes. 5:1) Ċertament li dan għandu jkun muri fil-mod kif inwettqu l-ministeru tagħna. Mela l-mistoqsija addattata hija: “Qiegħed int taħdem bi skop?”
2 Il-fatt li tippriedka minn bieb għal bieb, tagħti xiehda informali, u tqassam il-letteratura, dan kollu huwa parti minn ministeru bi skop. Imma ftakar li l-inkarigu tagħna ma jinvolvix biss l-ippridkar imma wkoll li nagħmlu dixxipli. (Mt. 28:19, 20) Wara li niżirgħu ż-żrieragħ tal-verità tas-Saltna, ikollna bżonn nerġgħu mmorru biex insaqquhom u nieħdu ħsiebhom regolarment waqt li nħallu f’idejn Jehovah biex iġib iż-żjieda. (1 Kor. 3:6) Għandna nkunu kuxjenzjużi dwar li nagħmlu żjajjar lura u li nibdew studji tal-Bibbja.
3 Żid il-Ministeru Tiegħek: Dejjem tħossok tajjeb meta tħares lura lejn dak li għamilt fis-servizz u tgħid bejnek u bejn ruħek: “Għamilt dak li kelli f’moħħi li nagħmel.” Bħalma huwa mniżżel fit-2 Timotju 4:5, Pawlu ħeġġeġ: “Aqdi sewwa l-ministeru tiegħek.” Dan jinkludi li żżid l-isforzi tiegħek biex issegwi l-interess kollu li ssib. Fl-iskeda tas-servizz tiegħek taʼ kull ġimgħa, ippjana ħin definit biex tagħmel iż-żjajjar lura. Aħdem bil-mira li tipprova tibda studji tal-Bibbja maʼ dawk li huma inklinati lejn it-tajjeb. Dan għandu jkun l-iskop tiegħek meta tkun qed tieħu sehem fil-ministeru.
4 Staqsi lil xi pubblikaturi kif ħassewhom meta raw lill-istudenti tagħhom tal-Bibbja jitgħammdu f’xi assemblea. Huma x’aktarx li ferħu daqs dawk li tgħammdu. Kienu wettqu skop grandjuż! Wieħed li għamel dixxipli esprima ruħu b’dan il-mod: “Li nagħmel dixxipli jfisser li nagħmel iktar uħud li jfaħħru lil Jehovah. Ifisser ħajja għal dawk li jaċċettaw il-verità. Jien tgħidx kemm inħobb ngħallem il-verità lil oħrajn—veru xi ħaġa sabiħa! . . . Ħafna minn dawk li saru jħobbu lil Jehovah saru ħbieb tassew għeżież għalija.”
5 Immaġinak tistaʼ tgħin individwu jsir qaddej dedikat taʼ Jehovah! X’raġuni għal ferħ! Dan il-frott jirriżulta mill-fatt li tkun ħdimt bi skop fil-ministeru.—Kol. 4:17.