Għanja 101
Nuru Tħassib għall-“Merħla t’Alla”
1. Ġesù Kristu, ir-Ragħ’j t’Alla,
Għall-merħla wera tħassib.
B’ħajtu stess hu xtara lil-na
Biex ħelsien lilna iġib.
2. Sottoragħ’jja lkoll l-anzjani
’L Ġesù Kristu jimitaw;
Jieħdu ħsieb tan-“ngħaġ” b’imħabba,
Għassa stretta jindokraw.
3. “Itma’ l-ħrief,” qal Ġesù Kristu
Lil kulmin f’imħabbtu pur.
B’tenerezza u b’paċenzja
Ngħinu ż-żgħir isir matur.
4. Bħala merħla— f’għaqda w paċi—
Barkiet kbar naqsmu flimkien
Għax Jehovah w Ġesù Kristu
Jieħdu ħsiebna kullimkien.