LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/99 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 10/99 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Kopji individwali taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-​New World Translation. Jannar: Kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna pubblikat qabel l-​1986 li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Il-​kongregazzjonijiet li m’għandhomx provvista taʼ kotba bħal dawn jistgħu joffru Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​insert f’din il-​ħarġa taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna huwa l-​“iSkeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2000.” Din għandha tinżamm bħala referenza għal matul l-​2000.

◼ Jekk il-​ħinijiet tal-​laqgħat għall-​kongregazzjoni tiegħek se jinbidlu mill-​1 taʼ Jannar, jistaʼ jkun hemm bżonn li tiġi ordnata provvista ġdida taʼ volantini biex juru l-​ħinijiet ġodda tal-​laqgħat.

◼ L-​inviti tal-​Mafkar għall-​2000 fil-​lingwa prinċipali taʼ kull kongregazzjoni ġew inklużi mal-​formoli li jintbagħtu bil-​baħar kull sena.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw in-​Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum​—2000 flimkien maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura għal Ottubru. Din il-​pubblikazzjoni se tkun disponibbli bl-​Albaniż, bil-​Bulgaru, biċ-​Ċiniż, biċ-​Ċiniż (Simplifikat), bid-​Daniż, bil-​Franċiż, bil-​Ġermaniż, bl-​Għarbi, bl-​Ingliż, bil-​Malti, bl-​Olandiż, bir-​Russu, u bit-​Taljan. Sakemm din il-​pubblikazzjoni tkun disponibbli u tintbagħat bil-​baħar, se tkun tidher bħala “Pending” fuq il-​listi taʼ l-​ippakkjar tal-​kongregazzjoni. Il-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum huwa oġġett li jinkiseb b’ordni speċjali.

◼ B’seħħ mill-​ħarġa taʼ l-​1 taʼ Settembru, 1999, It-​Torri taʼ l-​Għassa se jkun disponibbli bl-​Armenjan bħala edizzjoni taʼ darbtejn fix-​xahar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja