Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2000
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2000.
MATERJAL BĦALA SORS: In-New World Translation of the Holy Scriptures [bi12], It-Torri taʼ l-Għassa [w/w-MT], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni taʼ l-1990) [si], Insight on the Scriptures it-2 Volum [it-2], u “Bible Topics for Discussion” kif insibu fin-New World Translation [td] se jkunu l-bażi għall-inkarigi.
L-iskola għandha tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u merħba fil-qosor. M’hemmx bżonn li jingħad bil-quddiem x’se jkun hemm fil-programm. Hekk kif l-indokratur taʼ l-iskola jintroduċi kull parti, se jsemmi s-suġġett li se jiġi żviluppat. Kompli kif ġej:
INKARIGU Nru. 1: 15-il minuta. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Meta jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa, dan l-inkarigu għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ 15-il minuta mingħajr ebda reviżjoni orali; meta jkun ibbażat fuq il-ktieb “All Scripture,” għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ minn 10 sa 12-il minuta, segwita minn reviżjoni orali taʼ minn 3 sa 5 minuti, billi jintużaw il-mistoqsijiet stampati fil-pubblikazzjoni. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun taʼ l-iktar għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija.
L-aħwa rġiel inkarigati b’din it-taħdita għandhom joqogħdu attenti biex iżommu mal-ħin. Jistgħu jingħataw pariri fil-privat, jekk ikun hemm bżonn jew jekk il-kelliemi jitlob li dan isir.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 6 minuti. Dan għandu jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali li b’mod effettiv japplika l-materjal għall-bżonnijiet lokali. M’hemmx bżonn taʼ tema. Dan m’għandux ikun sempliċement sommarju tal-qari li għandu jsir. Tistaʼ tiġi inkluża reviżjoni ġenerali taʼ bejn 30 u 60 sekonda li tiġbor fiha l-kapitli li għandhom jinqraw. Madankollu, l-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur għalina. L-istudenti mbagħad jintbagħtu lejn id-diversi klassijiet tagħhom mill-indokratur taʼ l-iskola.
INKARIGU Nru. 2: 5 minuti. Dan huwa qari mill-Bibbja tal-materjal assenjat li jrid jingħata minn ħu. Dan se japplika fl-iskola prinċipali kif ukoll fid-diversi klassijiet. L-inkarigi tal-qari ġeneralment ikunu qosra biżżejjed biex l-istudent ikun jistaʼ jippreżenta xi informazzjoni qasira taʼ spjegazzjoni fir-rimarki tal-ftuħ u taʼ l-għeluq. Jistgħu jiġu inklużi l-isfond storiku, is-sinjifikat profetiku jew duttrinali, u l-applikar taʼ prinċipji. Għandhom jinqraw il-versi assenjati kollha mingħajr ebda waqfien. M’għandniex xi ngħidu, meta l-versi li għandhom jinqraw ma jkunux eżatt wara xulxin, l-istudent jistaʼ jsemmi l-vers fejn ikompli l-qari.
INKARIGU Nru. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. Is-suġġett għal din il-preżentazzjoni se jkun ibbażat fuq “Bible Topics for Discussion” kif insibu fin-New World Translation. Is-setting jistaʼ jkun xiehda informali, żjara lura, jew studju tal-Bibbja fid-dar, u l-parteċipanti jistgħu joqogħdu bil-qegħda jew bil-wieqfa. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun interessat partikolarment fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa t-tema assenjata lilha u kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna fuq l-iskritturi. L-istudenta li tiġi assenjata din il-parti għandha tkun taf taqra. L-indokratur taʼ l-iskola se jagħżel assistenta waħda, imma tistaʼ tintuża assistenta oħra. Huwa l-użu effettiv tal-materjal u mhux is-setting li għandu jingħata konsiderazzjoni l-iktar.
INKARIGU Nru. 4: 5 minuti. Is-suġġett għal dan l-inkarigu se jkun ibbażat fuq karattru tal-Bibbja jew fuq “Bible Topics for Discussion” kif insibu fin-New World Translation. Meta dan l-inkarigu jkun ibbażat fuq karattru Bibliku, il-materjal bħala sors jistaʼ jinstab taħt l-isem tal-karattru Bibliku fl-Insight on the Scriptures, it-2 Volum. L-istudent għandu jistudja r-referenzi Skritturali fil-materjal sabiex ikollu stampa ċara tal-karattru Bibliku—il-ġrajjiet f’ħajtu, kif ukoll il-personalità, il-karatteristiċi, u l-attitudni tiegħu. Wara dan, l-istudent għandu jiżviluppa t-tema assenjata lilu u jagħżel skritturi xierqa li għandhom jintużaw. Jistgħu jiġu inklużi skritturi oħrajn li jenfasizzaw prinċipji Bibliċi marbutin mat-tema. L-iskop taʼ li jiġi kunsidrat karattru Bibliku huwa li jintwera x’nistgħu nitgħallmu mill-eżempju tiegħu. Atti taʼ fedeltà, kuraġġ, umiltà, u nuqqas t’egoiżmu jipprovdu eżempji tajbin li wieħed għandu jsegwi; atti taʼ infedeltà kif ukoll karatteristiċi mhux mixtiqin iservu taʼ twissijiet qawwijin biex ibegħdu lill-Kristjani minn korsa mhix xierqa. Meta din il-parti tkun ibbażata fuq “Bible Topics for Discussion,” għandha tintuża t-tema assenjata, u l-istudent għandu jistinka biex juri l-applikazzjoni prattika taʼ l-iskritturi. Ħu jew oħt jistgħu jingħataw l-Inkarigu Nru. 4. Meta din il-parti tiġi assenjata lil ħu, għandha dejjem tkun taħdita. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tippreżentaha kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. Iktar minn hekk, kulmeta qabel it-tema għal Inkarigu Nru. 4 ikun hemm #, preferibbilment għandha tiġi assenjata lil ħu.
*SKEDA SUPPLIMENTARJA GĦALL-QARI TAL-BIBBJA: Din tidher fil-parentesi wara n-numru taʼ l-għanja taʼ kull ġimgħa. Billi wieħed isegwi din l-iskeda, u jaqra madwar għaxar paġni kull ġimgħa, il-Bibbja kollha tistaʼ tinqara fi tliet snin. L-ebda parti fil-programm taʼ l-iskola jew fir-reviżjoni bil-miktub m’hija bbażata fuq l-iskeda supplimentarja għall-qari.
NOTA: Għal iktar informazzjoni u istruzzjoni rigward pariri, ħin, reviżjonijiet bil-miktub, u l-preparazzjoni taʼ l-inkarigi, jekk jogħġbok ara paġna 3 taʼ Il-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 1996.
SKEDA
Jan. 3 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 4-6
Għanja Nru. 9 [*Ġeremija 49-52]
Nru. 1: Apprezza l-Barkiet taʼ Jehovah (w98 1/1 pġi. 22-4)
Nru. 2: Dewteronomju 6:4-19
Nru. 3: td 1A Għala Alla ma Japprovax il-Qima lill-Antenati
Nru. 4: Simon (Xmun) (Nru. 8)—Tema: #Aqdi lil Alla b’Motiv Pur
Jan. 10 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 7-10
Għanja Nru. 49 [*Lamentazzjonijiet 1-5]
Nru. 1: Eżalta lil Dak Alla Veru (w98 1/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: Dewteronomju 8:1-18
Nru. 3: td 1B Il-Bnedmin Jistgħu Jiġu Onorati, imma Alla biss Jiġi Meqjum
Nru. 4: Sisera (Nru. 1)—Tema: Ir-Rebħa Tappartjeni lil Jehovah
Jan. 17 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 11-14
Għanja Nru. 132 [*Eżekjel 1-9]
Nru. 1: Għala Nippjanaw bil-Quddiem għall-Maħbubin Tagħna (w-MT98 1/15 pġi. 19-22)
Nru. 2: Dewteronomju 11:1-12
Nru. 3: td 2A Armageddon—Il-Gwerra li se Teqred il-Ħażen
Nru. 4: Solomon (Salamun)—Tema: #Għasses lil Qalbek
Jan. 24 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 15-19
Għanja Nru. 162 [*Eżekjel 10-16]
Nru. 1: Il-Qawwa tal-Verità li Tittrasforma u li Tgħaqqad (w-MT98 1/15 pġi. 29-31)
Nru. 2: Dewteronomju 19:11-21
Nru. 3: td 2B Għala Armageddon Hija Att taʼ Mħabba minn Alla
Nru. 4: Sosthenes (Sòsteni)—Tema: Ippriedka lil kull Xorta taʼ Nies
Jan. 31 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 20-23
Għanja Nru. 13 [*Eżekjel 17-21]
Nru. 1: Il-Ħarsa Skritturali lejn it-Tifħir Sinċier u Dak Melliesi Żżejjed (w-MT98 2/1 pġi. 29-31)
Nru. 2: Dewteronomju 20:10-20
Nru. 3: td 3A Il-Magħmudija—Ħtieġa Kristjana
Nru. 4: Stephanas (Stefanas)—Tema: #Kun Sod fil-Verità
Frar 7 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 24-27
Għanja Nru. 222 [*Eżekjel 22-27]
Nru. 1: Il-Bażi għal Ottimiżmu Veru (w-MT98 2/1 pġi. 4-6)
Nru. 2: Dewteronomju 25:5-16
Nru. 3: td 3B Il-Magħmudija ma Tneħħix id-Dnubiet
Nru. 4: Stephen (Stiefnu)—Tema: #Uri li Int Mimli Spirtu u Għerf
Frar 14 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 28-30
Għanja Nru. 180 [*Eżekjel 28-33]
Nru. 1: Ikkultiva l-Ispirtu tal-Gratitudni (w-MT98 2/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Dewteronomju 28:1-14
Nru. 3: td 4A Il-Bibbja Hija l-Kelma Ispirata t’Alla
Nru. 4: Susanna—Tema: Użaw Dak li Tippossiedu biex Tgħinu lil Xulxin
Frar 21 Qari tal-Bibbja: Dewteronomju 31-34
Għanja Nru. 46 [*Eżekjel 34-39]
Nru. 1: Dewteronomju—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 40-1 pari. 30-4)
Nru. 2: Dewteronomju 32:35-43
Nru. 3: td 4B Il-Bibbja—Gwida Prattika għal Żmienna
Nru. 4: Syntyche (Sintiki)—Tema: Ibqgħu Għixu fil-Paċi maʼ Xulxin
Frar 28 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 1-5
Għanja Nru. 40 [*Eżekjel 40-45]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ġożwè (si pġ. 42 pari. 1-5)
Nru. 2: Ġożwè 2:8-16
Nru. 3: td 4C Il-Bibbja—Ktieb għan-Nies Kollha
Nru. 4: Tamar (Nru. 1)—Tema: Tkunx Ħafif biex Tiġġudika
Mar. 6 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 6-9
Għanja Nru. 164 [*Eżekjel 46–Danjel 2]
Nru. 1: Ġenituri—Issalvagwardjaw lil Uliedkom! (w-MT98 2/15 pġi. 8-11)
Nru. 2: Ġożwè 7:1, 10-19
Nru. 3: td 5A It-Trasfużjonijiet tad-Demm Jiksru l-Qdusija tad-Demm
Nru. 4: Terah (Teraħ) (Nru. 1)—Tema: Hija r-Reliġjon tal-Ġenituri Dejjem Tajba?
Mar. 13 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 10-13
Għanja Nru. 138 [*Danjel 3:3-7]
Nru. 1: Dak li Tgħid il-Bibbja dwar il-Kariżma (w-MT98 2/15 pġi. 23-7)
Nru. 2: Ġożwè 11:6-15
Nru. 3: td 5B Għandha l-Ħajja taʼ Individwu Tiġi Salvata Jiġri x’Jiġri?
Nru. 4: Teresh (Teres)—Tema: Il-Prezz taʼ l-Iżlealtà
Mar. 20 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 14-17
Għanja Nru. 10 [*Danjel 8–12; Hosegħa 1-2]
Nru. 1: Irġiel Leali “b’Sentimenti bħal Tagħna” (w-MT98 3/1 pġi. 26-9)
Nru. 2: Ġożwè 15:1-12
Nru. 3: td 6A Żminijiet il-Ġentili meta Spiċċaw?
Nru. 4: Thomas (Tumas)—Tema: #Għala Rridu Naħsbu Qabel ma Nitkellmu
Mar. 27 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 18-20
Għanja Nru. 105 [*Hosegħa 3-14]
Nru. 1: Nerġgħu Ngħixu l-Aħħar Jiem taʼ Ġesù fuq l-Art (w-MT98 3/15 pġi. 3-9)
Nru. 2: Ġożwè 18:1-10
Nru. 3: td 7A X’Inhi l-Knisja Kristjana?
Nru. 4: Tiberius (Tiberju)—Tema: Il-Korruzzjoni Tistaʼ Tagħmel lil Individwu Jkun Jistħoqqlu Disprezz
Apr. 3 Qari tal-Bibbja: Ġożwè 21-24
Għanja Nru. 144 [*Ġoel 1–Għamos 7]
Nru. 1: Ġożwè—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 45-6 pari. 21-4)
Nru. 2: Ġożwè 21:43–22:8
Nru. 3: td 7B Huwa Pietru “l-Blata”?
Nru. 4: Timothy (Timotju)—Tema: #Fidi Mingħajr Ipokresija Tonora ’l Alla
Apr. 10 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 1-4
Għanja Nru. 43 [*Għamos 8–Mikea 5]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Imħallfin (si pġi. 46-7 pari. 1-7)
Nru. 2: Mħallfin 3:1-11
Nru. 3: td 8A Ix-Xjenza Provata Tappoġġa r-Rakkont tal-Bibbja dwar il-Ħolqien
Nru. 4: Titus (Titu)—Tema: #Aqdi lill-Aħwa b’Qalbek Kollha
Apr. 17 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 5-7
Għanja Nru. 193 [*Mikea 6–Sofonija 1]
Nru. 1: Tgħallem mill-Istruzzjonijiet taʼ Ġesù lis-70 (w-MT98 3/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: Mħallfin 5:24-31
Nru. 3: td 8B Kien kull Jum Kreattiv Perijodu taʼ 24 Siegħa?
Nru. 4: Tobiah (Tobija) (Nru. 2)—Tema: L-Għedewwa t’Alla m’Humiex se Jirnexxu
Apr. 24 Reviżjoni bil-Miktub. Lesti Dewteronomju 4–Mħallfin 7
Għanja Nru. 91 [*Sofonija 2–Żakkarija 7]
Mej. 1 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 8-10
Għanja Nru. 38 [*Żakkarija 8–Malakija 3]
Nru. 1: Irrispetta d-Dinjità Persunali t’Oħrajn (w-MT98 4/1 pġi. 28-31)
Nru. 2: Mħallfin 9:7-21
Nru. 3: td 9A Ġesù Miet fuq Salib?
Nru. 4: Trophimus (Trofimu)—Tema: #Appoġġa lil Dawk li Qed Imexxu
Mej. 8 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 11-14
Nru. 1: Barnaba, “Bin il-Faraġ” (w-MT98 4/15 pġi. 20-3)
Nru. 2: Mħallfin 13:2-10, 24
Nru. 3: td 9B Għandhom il-Kristjani Jaduraw is-Salib?
Nru. 4: Tryphaena (Trifena)—Tema: Apprezza lil Nisa li Jaħdmu Iebes fil-Mulej
Mej. 15 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 15-18
Għanja Nru. 26 [*Mattew 9-14]
Nru. 1: Sigurtà Dinjija Mingħajr Armati (w-MT98 4/15 pġi. 28-30)
Nru. 2: Mħallfin 17:1-13
Nru. 3: td 10A X’Inhu l-Kaġun tal-Mewt?
Nru. 4: Tychicus (Tikiku)—Tema: #Kun Kristjan Leali u Fdat
Mej. 22 Qari tal-Bibbja: Mħallfin 19-21
Għanja Nru. 42 [*Mattew 15-21]
Nru. 1: Mħallfin—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 50 pari. 26-8)
Nru. 2: Mħallfin 19:11-21
Nru. 3: td 10B Il-Mejtin Jistgħu Jagħmlulek Ħsara?
Nru. 4: Uriah (Urija) (Nru. 1)—Tema: Kun Devot Għalkollox fis-Servizz Tiegħek lil Alla
Mej. 29 Qari tal-Bibbja: Rut 1-4
Għanja Nru. 120 [*Mattew 22-26]
Nru. 1: Introduzzjoni għal Rut u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 51-3 pari. 1-3, 9-10)
Nru. 2: Rut 3:1-13
Nru. 3: td 10C Jistgħu l-Bnedmin Jitkellmu maʼ Qrabathom il-Mejtin?
Nru. 4: Urijah (Urija) (Nru. 2)—Tema: Ibżaʼ minn Dak Alla Veru, mhux mill-Bniedem
Ġun. 5 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 1-3
Għanja Nru. 191 [*Mattew 27–Mark 4]
Nru. 1: Introduzzjoni għall-1 Samwel (si pġi. 53-4 pari. 1-6)
Nru. 2: 1 Samwel 1:9-20
Nru. 3: td 11A Huwa x-Xitan Persuna Vera?
Nru. 4: Uzzah (Għużża) (Nru. 2)—Tema: #Intenzjonijiet Tajbin m’Humiex Skuża għad-Diżubbidjenza
Ġun. 12 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 4-7
Nru. 1: Min Hu Jehovah? (w-MT98 5/1 pġi. 5-7)
Nru. 2: 1 Samwel 4:9-18
Nru. 3: td 11B Ix-Xitan—Il-Ħakkiem Inviżibbli tad-Dinja
Nru. 4: Uzziah (Għużżija) (Nru. 3)—Tema: #Irrispetta bl-Umiltà l-Ordni Teokratiku
Ġun. 19 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 8-11
Għanja Nru. 160 [*Mark 10-14]
Nru. 1: L-Integrità Tiġi Ppremjata (w-MT98 5/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: 1 Samwel 8:4-20
Nru. 3: td 11C Dak li Tgħid il-Bibbja dwar l-Anġli li Dinbu
Nru. 4: Vashti (Vasti)—Tema: Kun Modest u Imxi m’Alla
Ġun. 26 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 12-14
Għanja Nru. 172 [*Mark 15–Luqa 3]
Nru. 1: Jistaʼ l-Għana Jagħmlek Hieni? (w-MT98 5/15 pġi. 4-6)
Nru. 2: 1 Samwel 14:1-14
Nru. 3: td 12A L-Art—Maħluqa biex Tkun Ġenna
Nru. 4: Zacchaeus (Żakkew)—Tema: #Evita n-Nassa tar-Regħba
Lul. 3 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 15-17
Nru. 1: Ewniki u Lojd—Edukaturi Eżemplari (w-MT98 5/15 pġi. 7-9)
Nru. 2: 1 Samwel 16:4-13
Nru. 3: td 12B Il-Ħajja fuq l-Art m’Hi se Tispiċċa Qatt
Nru. 4: Zadok (Sadok) (Nru. 1)—Tema: #Kun Qaddej Leali
Lul. 10 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 18-21:1
Nru. 1: Ilħaq il-Qalb bil-Persważjoni (w-MT98 5/15 pġi. 21-3)
Nru. 2: 1 Samwel 19:1-13
Nru. 3: td 13A Tistaʼ Tagħrafhom lill-Profeti Foloz?
Nru. 4: Zebah (Żebaħ)—Tema: Dawk li Jopponu lill-Poplu taʼ Jehovah se Jsir Ħaqq Minnhom
Lul. 17 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 21-24
Nru. 1: Erfaʼ r-Responsabbiltà Tiegħek tal-Familja (w-MT98 6/1 pġi. 20-3)
Nru. 2: 1 Samwel 24:3-16
Nru. 3: td 14A Kemm Hu Importanti l-Fejqan Spiritwali?
Nru. 4: Zechariah (Żakkarija) (Nru. 12)—Tema: Jehovah m’Huwiex se Jinsa lill-Qaddejja Leali Tiegħu
Lul. 24 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 25-27
Nru. 1: Ġustizzja Vera—Meta u kif? (w-MT98 6/15 pġi. 26-9)
Nru. 2: 1 Samwel 25:23-33
Nru. 3: td 14B Is-Saltna t’Alla—Il-Mezz li bih se Jiġi l-Fejqan Fiżiku Permanenti
Nru. 4: Zechariah (Żakkarija) (Nru. 20)—Tema: #Inkuraġġixxu lil Xulxin fix-Xogħol t’Alla
Lul. 31 Qari tal-Bibbja: 1 Samwel 28-31
Nru. 1: 1 Samwel—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 57-8 pari. 27-35)
Nru. 2: 1 Samwel 31:1-13
Nru. 3: td 14C Il-Fejqan bil-Fidi taʼ Żmienna mhux Ġej minn Alla
Nru. 4: Zechariah (Żakkarija) (Nru. 31)—Tema: Emmen Kulma Jgħid Alla
Awis. 7 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 1-4
Nru. 1: Introduzzjoni għat-2 Samwel (si pġ. 59 pari. 1-5)
Nru. 2: 2 Samwel 2:1-11
Nru. 3: td 14D Huwa l-Fatt li Titkellem bil-Lingwi Prova Ċerta tal-Favur t’Alla?
Nru. 4: Zedekiah (Sedekija) (Nru. 1)—Tema: Oqgħod Attent mill-Profeti Foloz
Awis. 14 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 5-8
Għanja Nru. 174 [*Ġwann 12-18]
Nru. 1: “Tħabtu” (w-MT98 6/15 pġi. 30-1)
Nru. 2: 2 Samwel 7:4-16
Nru. 3: td 15A Min Imur is-Sema?
Nru. 4: Zedekiah (Sedekija) (Nru. 4)—Tema: #Dejjem Obdi l-Kmandamenti taʼ Jehovah
Awis. 21 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 9-12
Għanja Nru. 107 [*Ġwann 19–Atti 4]
Nru. 1: Kun Proxxmu Tajjeb (w-MT98 7/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: 2 Samwel 11:2-15
Nru. 3: td 16A L-Infern m’Huwiex Post taʼ Turment
Nru. 4: Zerubbabel (Żerubbabel)—Tema: #Iffaċċja l-Oppożizzjoni bil-Kuraġġ
Awis. 28 Reviżjoni bil-Miktub. Lesti Mħallfin 8–2 Samwel 12
Sett. 4 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 13-15
Għanja Nru. 183 [*Atti 11-16]
Nru. 1: Agħti lil Uliedek Bidu Tajjeb fil-Ħajja (w-MT98 7/15 pġi. 4-6)
Nru. 2: 2 Samwel 13:20-33
Nru. 3: td 16B In-Nar Hu Sinjal taʼ Qerda Totali
Nru. 4: Ziba (Siba)—Tema: Il-Makakkerija u l-Malafama Jġibu fid-Dubju l-Motiv għal Xogħlijiet Tajbin
Sett. 11 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 16-19:1
Għanja Nru. 129 [*Atti 17-22]
Nru. 1: Ħarsa Kristjana lejn id-Drawwiet Funebri (w-MT98 7/15 pġi. 20-4)
Nru. 2: 2 Samwel 16:5-14
Nru. 3: td 16C Ir-Rakkont tar-Raġel Għani u Lazzru ma Jagħtix Prova tat-Turment Etern
Nru. 4: Zimri (Żimri) (Nru. 2)—Tema: #Jehovah ma Jittollerax l-Immoralità
Sett. 18 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 19:2-21:22
Għanja Nru. 19 [*Atti 23–Rumani 1]
Nru. 1: Tistaʼ Tafdaha l-Kuxjenza Tiegħek? (w-MT98 9/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: 2 Samwel 20:1, 2, 14-22
Nru. 3: td 17A Il-Ħarsa Kristjana lejn iċ-Ċelebrazzjonijiet
Nru. 4: Zimri (Żimri) (Nru. 3)—Tema: Ambizzjoni bla Rażan Jistaʼ Jkollha Riżultati Traġiċi
Sett. 25 Qari tal-Bibbja: 2 Samwel 22-24
Nru. 1: 2 Samwel—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 63 pari. 28-31)
Nru. 2: 2 Samwel 23:8-17
Nru. 3: td 18A L-Użu tax-Xbihat Jiddiżonora lil Alla
Nru. 4: Zipporah (Siffora)—Tema: Uri Biżaʼ u Rispett meta Tkun Qed Tirranġa l-Kwistjonijiet
Ott. 2 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 1-2
Għanja Nru. 36 [*Rumani 10–1 Korintin 3]
Nru. 1: Introduzzjoni għall-1 Slaten (si pġi. 64-5 pari. 1-5)
Nru. 2: 1 Slaten 2:1-11
Nru. 3: td 18B Il-Konsegwenzi taʼ Qima lil Xbihat
Nru. 4: Zophar (Sofar)—Tema: Kritiċiżmu Aħrax ma Jurix Imħabba
Ott. 9 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 3-6
Għanja Nru. 106 [*1 Korintin 4-13]
Nru. 1: Poġġi l-Affarijiet l-Iktar Importanti l-Ewwel (w-MT98 9/1 pġi. 19-21)
Nru. 2: 1 Slaten 5:1-14
Nru. 3: td 18C Jehovah biss Għandu Jiġi Meqjum
Nru. 4: td 19A #It-Taħlit tal-Fidi m’Huwiex il-Mod li Jrid Alla
Ott. 16 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 7-8
Għanja Nru. 76 [*1 Korintin 14–2 Korintin 7]
Nru. 1: Għoti taʼ Xiehda Quddiem Uħud Dinjitarji (w-MT98 9/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: 1 Slaten 7:1-14
Nru. 3: td 19B Ir-Reliġjonijiet Kollha Tajbin?
Nru. 4: td 20A Il-Kristjani Għandhom Jużaw l-Isem Persunali t’Alla
Ott. 23 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 9-11
Għanja Nru. 97 [*2 Korintin 8–Galatin 4]
Nru. 1: Il-Ħarsa Kristjana lejn il-Prezz taʼ l-Għarusa (w-MT98 9/15 pġi. 24-7)
Nru. 2: 1 Slaten 11:1-13
Nru. 3: td 20B Veritajiet dwar l-Eżistenza t’Alla
Nru. 4: td 20C #Nidentifikaw l-Attributi t’Alla
Ott. 30 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 12-14
Għanja Nru. 113 [*Galatin 5–Filippin 2]
Nru. 1: Hu Alla Reali Għalik? (w-MT98 9/15 pġi. 21-3)
Nru. 2: 1 Slaten 13:1-10
Nru. 3: td 20D Mhux in-Nies Kollha Jaqdu l-Istess Alla
Nru. 4: td 21A Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Reliġjon Ġdida?
Nov. 6 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 15-17
Għanja Nru. 123 [*Filippin 3–1 Tessalonikin 5]
Nru. 1: Ibqaʼ Agħmel Progress Spiritwali! (w-MT98 10/1 pġi. 28-31)
Nru. 2: 1 Slaten 15:9-24
Nru. 3: td 22A Ġesù Kristu—Iben Alla u Sultan Maħtur
Nru. 4: td 22B Għala t-Twemmin f’Ġesù Huwa Essenzjali għas-Salvazzjoni
Nov. 13 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 18-20
Għanja Nru. 159 [*2 Tessalonikin 1–2 Timotju 3]
Nru. 1: Solvi l-Problemi fil-Paċi (w-MT98 11/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: 1 Slaten 20:1, 13-22
Nru. 3: td 22C Biżżejjed li Nemmnu b’Ġesù biss biex Insalvaw?
Nru. 4: td 23A #Il-Barkiet li se Ġġib is-Saltna t’Alla
Nov. 20 Qari tal-Bibbja: 1 Slaten 21-22
Għanja Nru. 179 [*2 Timotju 4–Lhud 7]
Nru. 1: 1 Slaten—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 68-9 pari. 23-6)
Nru. 2: 1 Slaten 22:29-40
Nru. 3: td 23B Il-Ħakma tas-Saltna Tibda waqt li l-Għedewwa taʼ Kristu Għadhom Attivi
Nru. 4: td 23C Is-Saltna t’Alla ma Tiġix Permezz taʼ l-Isforzi tal-Bniedem
Nov. 27 Qari tal-Bibbja: 2 Slaten 1-3
Għanja Nru. 148 [*Lhud 8–Ġakbu 2]
Nru. 1: Introduzzjoni għat-2 Slaten (si pġ. 69 pari. 1-4)
Nru. 2: 2 Slaten 2:15-25
Nru. 3: td 24A X’Ifisser “Tmiem id-Dinja”
Nru. 4: td 24B #Ibqaʼ Mqajjem Spiritwalment għall-Evidenza taʼ l-Aħħar Jiem
Diċ. 4 Qari tal-Bibbja: 2 Slaten 4-6
Għanja Nru. 109 [*Ġakbu 3–2 Pietru 3]
Nru. 1: Attenti mis-Simonija (w-MT98 11/15 pġ. 28)
Nru. 2: 2 Slaten 5:20-27
Nru. 3: td 25A Ħajja taʼ Dejjem m’Hijiex biss Ħolma
Nru. 4: td 25B Min Imur is-Sema?
Diċ. 11 Qari tal-Bibbja: 2 Slaten 7-9
Għanja Nru. 117 [*1 Ġwann 1–Apokalissi 1]
Nru. 1: Prinċipji Bibliċi li Trid Issegwi meta Ssellef u Tissellef il-Flus (w-MT98 11/15 pġi. 24-7)
Nru. 2: 2 Slaten 7:1, 2, 6, 7, 16-20
Nru. 3: td 25C L-Għadd taʼ Dawk li Jirċievu Ħajja taʼ Dejjem fuq l-Art Hu bla Limitu
Nru. 4: td 26A #L-Unjoni taż-Żwieġ Għandha Tkun Onorabbli
Diċ. 18 Qari tal-Bibbja: 2 Slaten 10-12
Għanja Nru. 181 [*Apokalissi 2-12]
Nru. 1: L-Istorja Vera tat-Twelid taʼ Ġesù (w-MT98 12/15 pġi. 5-9)
Nru. 2: 2 Slaten 11:1-3, 9-16
Nru. 3: td 26B Il-Kristjani Għandhom Jirrispettaw il-Prinċipju taʼ l-Istat taʼ Kap
Nru. 4: td 26C Ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri lejn l-Ulied
Diċ. 25 Reviżjoni bil-Miktub. Lesti 2 Samwel 13–
Għanja Nru. 217 [*Apokalissi 13-22]