LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ssb għanja 183
  • Post iż-Żgħażagħ fl-Arranġament t’Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Post iż-Żgħażagħ fl-Arranġament t’Alla
  • Għannu Tifħir lil Jehovah
  • Materjal Simili
  • Nirnexxu fi Triqitna
    Għannu lil Ġeħova
  • Infittxu għal ħbieb tas-sliem
    Kanta mill-qalb lil Ġeħova
  • Infittxu għal ħbieb tas-sliem
    Għannu lil Ġeħova—Għanjiet ġodda
  • Il-Miraklu tal-Ħajja
    Għannu lil Ġeħova
Ara Iżjed
Għannu Tifħir lil Jehovah
Ssb għanja 183

Għanja 183

Post iż-​Żgħażagħ fl-​Arranġament t’Alla

(Salm 148:​12, 13)

1. Għal kulħadd hemm post fl-​arranġament taʼ Alla;

Żgħar u kbar jistedinhom biex ifaħħruh.

Ir-​rispons sabiħ taż-​żgħażagħ jimpressjona

Hekk kif il-​messaġġ tas-​Saltna ixandruh.

Effettiva hija x-​xiehda li qed jagħtu,

Edukati, nodfa u imħejjijin!

Għal Jehovah dawn iż-​żgħar huma prezzjużi

U lill-​kbar ukoll jagħmluhom ferħanin.

2. Mela żgħażagħ li sirtu tafu ’l Jehovah

Kemm se jkun il-​jum taʼ ferħ, feliċità!

Aħsbu ftit x’hemm jistenniekom fil-​ġejjieni

—Ġenna fl-​art se tgawdu għall-​eternità.

Sadattant ilkoll qed ngħixu taħt pressjoni

Minn did-dinja li dalwaqt ‘tilgħaq it-​trab.’

Nistinkaw irridu lkoll biex żgur negħ’lbuha

W lealtà għas-​Saltna nżommu bħala sħab.

3. Ħbieb tajbin fost nies minn taʼ Jehovah jsibu.

Għala jfittxu li tad-​dinja jkunu ħbieb?

Jalla jkunu involuti f’kull ma jibni,

F’dak kollu li hemm miktub f’ta’ Alla l-​Ktieb.

Fl-​inkwiet huma jfittxu ’l dawk illi jħobbuhom

U jgħidulhom b’dak kollu li jinkwet’hom.

Biss l-​aqwa Ħabib għalihom hu Jehovah;

Lilu jsibu illi jħenn u jifhimhom.

4. Ilkoll aħna tal-​kongregazzjoni membri

Fejn Kristu Ġesù tagħna jserraħ ir-​ras;

Mela lealment ej’ nieħdu postna miegħu;

Il-​pariri li hu joffri nagħtu kas.

Qatt ma nħallu d-​dinja li f’morsa tagħsarna;

Minn Jehovah, b’Kelmtu, nkunu imnaddfin,

U flimkien, kemm kbar u żgħar, ilkoll leali,

Infaħħruh, u hekk għal dejjem ferħanin.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja