Għanja 184
Ragħajja li b’Imħabba Jieħdu Ħsieb in-“Ngħaġ” t’Alla
1. Sovran kbir, lejk aħna grati,
O ragħ’j kbir, għax lin-“ngħaġ” tħobb.
Lilna b’imħabba tgħassisna,
F’“merħla waħda” bla intopp.
2. “Għotjiet f’irġiel” Kristu tana
Bħala ragħ’jja jieħdu ħsieb.
Huma minn taʼ quddiem jaqdu,
Jgħinu biex is-sew jinġieb.
3. Ragħ’jja taʼ Jehovah l-merħla
Jfittxu biex jagħmlulha l-ġid;
Jgħinu ‘n-ngħaġ’ biex jikbru sewwa;
Jaħdmu magħqudin, id f’id.
4. Waqt li nxandru l-aħbar tajba
Flimkien aħna qawwijin.
Naqdu ’l Alla b’dalmod dejjem
Mal-anzjani magħqudin.