LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/99 p. 2
  • Laqgħat tas-Servizz għal Ottubru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Laqgħat tas-Servizz għal Ottubru
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 4 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 11 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 18 t’Ottubru
  • Ġimgħa li Tibda 25 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 10/99 p. 2

Laqgħat tas-​Servizz għal Ottubru

Ġimgħa li Tibda 4 t’Ottubru

Għanja 147

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

17 min: “Il-​Kelma Profetika t’Alla se Ssir Realtà!” Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Iġbed l-​attenzjoni lejn xi ftit dettalji mill-​ktieb il-​ġdid li jenfasizzaw is-​sinjifikat taʼ żmienna.

18 min: Kun Konxju taʼ l-​Importanza tar-​Rivisti! Għid x’kien it-​total taʼ rivisti li tqassmu mill-​kongregazzjoni x-​xahar li għadda. Dan kif jitqabbel maʼ l-​għadd li rċivejna mis-​Soċjetà? Jekk hemm differenza kbira, x’hemm bżonn li jsir? Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jikkummentaw dwar dan li ġej: (1) Kull pubblikatur għandu jordna provvista adegwata imma xierqa. (2) Qis kull Sibt bħala Ġurnata tar-​Rivisti. (3) Irranġa l-​iskeda persunali tiegħek tas-​servizz biex tinkludi xi attività bir-​rivisti kull xahar. (4) Ippjana li tagħti iktar xiehda informali billi tuża r-​rivisti biex tibda konversazzjonijiet. (5) Ħu artikli speċjalizzati lil nies tan-​negozju u taʼ professjoni li x’aktarx se jinteressaw ruħhom fihom. (6) Żomm nota eżatta taʼ dak li tqassam, u żviluppa rotta bir-​rivisti, billi tmur lura regolarment bl-​aħħar ħarġiet. (7) Uża tajjeb il-​kopji iktar qodma tar-​rivisti sabiex ma jakkumulawx. Uri r-​rivisti kurrenti, u iġbed l-​attenzjoni lejn l-​artikli li x’aktarx se jqajmu interess. Ħejji adult u żagħżugħ biex kull wieħed minnhom jagħmel preżentazzjoni qasira bir-​rivisti.​—Ara l-​insert taʼ l-​Our Kingdom Ministry taʼ Settembru 1995.

Għanja 105 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 11 t’Ottubru

Għanja 194

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Kif Niksbu Iktar Ferħ mil-​Laqgħat.” Mistoqsijiet u tweġibiet. Semmi eżempji speċifiċi taʼ kif nistgħu nuru konsiderazzjoni u ninkuraġġixxu lil xulxin fil-​laqgħat. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex isemmu xi eżempji mill-​esperjenzi tagħhom stess.

Għanja 152 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 18 t’Ottubru

Għanja 196

10 min: Avviżi lokali u esperjenzi mis-​servizz taʼ l-​għalqa.

13 min: “Se Tmur Toqgħod xi Mkien Ieħor?” Taħdita inkuraġġanti mis-​segretarju. Meta l-​pubblikaturi jħossu li jkun hemm bżonn li jmorru f’kongregazzjoni oħra, huwa importanti li jistabbilixxu ruħhom sew fl-​ambjent il-​ġdid sabiex jevitaw li jmorru lura spiritwalment. Enfasizza l-​bżonn li dak li jkun javża lill-​anzjani dwar pjanijiet simili u biex jitlob l-​għajnuna tagħhom ħalli jikkuntattjaw il-​kongregazzjoni l-​ġdida.

10 min: Kaxxa għall-​Mistoqsija. “X’affarijiet għandna nieħdu għal-​laqgħat?” Taħdita.

12 min: “Għala Nżommu Nota taʼ Dawk li ma Jkunux id-​Dar?” Taħdita b’xi parteċipazzjoni mill-​udjenza.

Għanja 142 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 25 t’Ottubru

Għanja 179

15 min: Avviżi lokali. Għin lil kulħadd jipprepara ruħu biex joffri l-​browxer X’Jirrikjedi jew il-​ktieb Għarfien matul Novembru. Spjega kif għandna nħejju preżentazzjoni li tiffoka fuq il-​mistoqsija, “Alla jwieġbu t-​talb?” Uża punti minn lezzjoni 7 fil-​browxer jew kapitlu 16, paragrafi 12-14, fil-​ktieb. Uri preżentazzjoni sempliċi li tinkludi skrittura waħda.

15 min: Insibu t-​Tweġibiet għal Mistoqsijiet mill-​Bibbja. Pubblikatur, li jkun iltaqaʼ maʼ xi ħadd interessat, javviċina lil qaddej ministerjali b’mistoqsija Biblika. Minflok ma jagħti t-​tweġiba, il-​qaddej ministerjali jispjegalu kif isibha. L-​ewwel, jirrevedi s-​suġġerimenti misjubin fl-​iSchool Guidebook, studju 7, paragrafi 8-9. Imbagħad, flimkien jagħmlu riċerka dwar mistoqsija li faċilment tqum fit-​territorju lokali. Huma jfittxu referenzi speċifiċi li jitkellmu dwar is-​suġġett u jsibu punti konvinċenti li jiċċaraw ir-​raġuni bażika għat-​tweġiba tal-​Bibbja. Inkuraġġixxi lill-​membri taʼ l-​udjenza biex jagħmlu dan it-​tip taʼ studju premjanti meta jagħmlu riċerki dwar mistoqsijiet Bibliċi.

15 min: Miri li Nistgħu Nagħmlu. Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Irrevedi l-​miri prattiċi msemmijin fil-​kaxxa f’paġna 11, tat-​Torri taʼ l-​Għassa, taʼ l-​1 t’April, 1997. Inkludi inkuraġġiment biex nieħdu sehem fis-​servizz taʼ pijunier awżiljarju jew regulari. Spjega kif billi nilħqu dawn il-​miri nistgħu nibbenefikaw personalment. Stieden lil dawk fl-​udjenza biex jirrakkontaw xi ftit mill-​ferħ li esperjenzaw meta rnexxielhom jilħqu ċerti miri teokratiċi.

Għanja 151 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja