LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/99 p. 1
  • Kif Niksbu Iktar Ferħ mil-Laqgħat

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Niksbu Iktar Ferħ mil-Laqgħat
  • Il-Ministeru tas-Saltna—1999
  • Materjal Simili
  • Kif Jistgħu Jgħinuk il-Laqgħat tax-Xhieda ta’ Ġeħova?
    Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Għala għandna niltaqgħu flimkien għall-qima?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Tieħu Sehem f’li Tagħmel il-Laqgħat Kristjani Inkuraġġanti?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Il-Laqgħat Huma taʼ Benefiċċju għaż-Żgħażagħ
    Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—1999
km 10/99 p. 1

Kif Niksbu Iktar Ferħ mil-​Laqgħat

1 Il-​laqgħat huma vitali għas-​saħħa spiritwali tagħna. Il-​ferħ li dawn jagħtuna għandu x’jaqsam direttament maʼ dak li nagħmlu qabel, matul, u wara l-​laqgħat. Kif nistgħu ngħinu lilna nfusna u lil oħrajn biex ilkoll nibqgħu nattendu l-​laqgħat b’ferħ kbir?

2 Qabel il-​Laqgħat: Il-​preparazzjoni teffettwa direttament il-​gost li nieħdu fil-​laqgħat. Meta nkunu preparati sew, it-​tendenza se tkun li noqogħdu iktar attenti u li nieħdu iktar sehem. Iktar minn hekk, kwalunkwe inkarigu li nirċievu f’xi laqgħa għandna nippreparawh sew, bil-​ħsieb li nwasslu l-​informazzjoni eżatta skond l-​istruzzjonijiet u li nżommu l-​interess taʼ l-​udjenza. Għandna nipprattikawh tajjeb ħafna. Meta nikkontribwixxu għal laqgħat interessanti u edifikanti li jibbenefika minnhom kulħadd, il-​progress persunali tagħna jsir evidenti u jkollna iktar ferħ.—1 Tim. 4:​15, 16.

3 Matul il-​Laqgħat: Jekk nikkummentaw waqt il-​laqgħat inkunu nistgħu ngawdu l-​laqgħat iżjed.Partijiet li jeħtieġu l-​parteċipazzjoni taʼ l-​udjenza għandhom jitqiesu bħala inkarigi persunali għal kulħadd fil-​kongregazzjoni. Kummenti konċiżi u li jolqtu l-​musmar fuq rasu ġeneralment jagħmlu l-​iktar ġid. Jekk nirrakkontaw xi esperjenzi edifikanti nistgħu ninkuraġġixxu u nsaħħu lil ħaddieħor, u għandna nkunu lesti biex dawn ninkluduhom kulmeta jkun addattat. (Prov. 15:23; Atti 15:3) Meta nippreżentaw xi parti fil-​laqgħa, għandna nitkellmu b’entużjażmu u konvinzjoni, u nagħmluha interessanti, realistika, u prattika.

4 Wara l-​Laqgħat: Jekk nitkellmu bil-​ħlewwa m’oħrajn, nagħtu tislima amikevoli, u naqsmu xi punti importanti minn dak li nkunu kkunsidrajna fil-​laqgħat se nibbenefikaw ilkoll. Il-​fatt li nesprimu l-​ferħ tagħna meta naraw iż-​żgħar, il-​kbar, u l-​uħud ġodda jipparteċipaw ikabbar l-​imħabba tal-​fratellanza. Minflok ma nitkellmu b’mod negattiv dwar xi wħud li għandhom mnejn jitilfu l-​laqgħat, għandna naqsmu magħhom il-​ferħ li nħossu meta mmorru għal-​laqgħat, billi b’hekk ninkuraġġuhom biex jattendu.​—Lhud 10:​24, 25.

5 Ejja ma niċċaħħdux minn dan il-​provvediment essenzjali biex ninkuraġġixxu lil xulxin. (Rum. 1:​11, 12) Billi kuxjenzjożament nagħmlu kull sforz ħerqan, ilkoll nistgħu nibqgħu nattendu l-​laqgħat Kristjani bil-​ferħ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja