Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-New World Translation. Jannar: Kwalunkwe ktieb taʼ 192 paġna pubblikat qabel l-1986 li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Il-kongregazzjonijiet li m’għandhomx provvista taʼ dawn il-kotba jistgħu joffru Life—How Did It Get Here? By Evolution or by Creation? jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Frar: Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-ktieb 2000 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-ordni tagħhom tal-letteratura għal Novembru. Il-Yearbook se jkun disponibbli biċ-Ċek, biċ-Ċiniż, bid-Daniż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Għarbi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Korean, bil-Kroat, bin-Norveġiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, bis-Serbjan, bis-Slovakk, bit-Taljan, u bl-Ungeriż. Sakemm ikun disponibbli l-Yearbook u jsiru l-konsenji, dan se jidher bħala “Pending” fuq il-listi taʼ l-ippakkjar tal-kongregazzjonijiet. Il-Yearbooks huma kotba li jinkisbu b’ordni speċjali.
◼ L-indokratur li jippresiedi għandu jċempel lill-IBSA House jekk ma jirċivix il-provvista tal-kongregazzjoni tal-Ministeru tas-Saltna sa l-20 tax-xahar taʼ qabel id-data tal-ħruġ.