Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Frar: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-Bibbja fid-dar. April u Mejju: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Ara li jkollok il-browxer X’Jirrikjedi disponibbli għal nies li juru interess, u stinka biex tibda studji tal-Bibbja fid-dar.
◼ Is-segretarju u l-indokratur tas-servizz għandhom jirrevedu l-attività tal-pijunieri regulari kollha. Jekk xi ħadd minnhom qed isib diffikultà biex jilħaq il-ħtieġa tas-sigħat, l-anzjani għandhom jiftiehmu biex jagħtuhom l-għajnuna. Għal suġġerimenti, irrevedu l-ittri annwali tas-Soċjetà S-201 taʼ l-1 t’Ottubru. Araw ukoll paragrafi 12-20 taʼ l-insert taʼ l-Our Kingdom Ministry t’Awissu 1986.
◼ L-indokratur taż-żona, Ħuna Kikot, u martu se jżuru Malta. Huma se jkunu Malta minn nhar it-Tlieta 28 taʼ Marzu, sa nhar il-Ħadd, 2 t’April, 2000 u aħna qed inħarsu ’l quddiem bil-ħerqa għal meta jkunu hawn.