Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Lulju u Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, The Divine Name That Will Endure Forever, The Government That Will Bring Paradise, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Il-browxers Ktieb għan-Nies Kollha, Our Problems—Who Will Help Us Solve Them?, Spirits of the Dead—Can They Help You or Harm You? Do They Really Exist?, u Will There Ever Be a World Without War? jistgħu jiġu offruti fejn ikun xieraq. Settembru: Il-kotba li ġejjin: Il-Verità li Twassal għal Ħajja Eterna, u Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem. Ottubru: Kopji individwali taʼ It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ!
◼ B’seħħ minn Settembru, l-indokraturi tas-circuit se jagħtu t-taħdita pubblika intitolata “Il-Ħakma Umana—Imkejla fuq il-Miżien.”
◼ Jekk tixtieq tipprovdi għajnuna finanzjarja għad-diżastri, tistaʼ tibgħat id-donazzjonijiet tiegħek lis-Soċjetà, fejn qed jitwarrab fond biex tingħata l-għajnuna għal dan l-għan. L-indirizz huwa: IBSA House, Triq il-Waqqafa, Mosta, MST 02. (Ara l-Watchtower taʼ l-1 taʼ Diċembru, 1985, paġni 20-2.) Jekk jogħġbok tibgħatx ħwejjeġ, provvisti, jew affarijiet lis-Soċjetà jew fejn seħħ id-diżastru sakemm dan ma jkunx mitlub b’mod speċifiku mis-Soċjetà jew mill-kumitat t’għajnuna. Dan se jassigura li jkun hemm sforz biex tingħata l-għajnuna bl-ordni u t-tqassim kif jixraq taʼ l-affarijiet.