Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mill-1 taʼ Mejju sal-21 t’Awissu, 2000. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. It-tweġiba taʼ Gidgħon għall-attakk verbali mhux ġustifikat taʼ l-irġiel taʼ Efrajm irriflettiet il-ħlewwa u l-umiltà tiegħu, u b’hekk warrab il-kritika inġusta tagħhom u żamm il-paċi. (Mħ. 8:1-3) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa]
2. Għalkemm Manuħa qal “rajna lil Alla,” fir-realtà hu u martu raw il-kelliemi persunali t’Alla materjalizzat u mhux lil Jehovah nnifsu. (Mħ. 13:22) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 5/15 pġ. 23 par. 3.]
3. Fi Mħallfin 5:31, l-espressjoni “dawk li jħobbuk” tirreferi b’mod profetiku għall-144,000 werriet tas-Saltna. [si pġ. 50 par. 28]
4. L-ebda fdalijiet tal-ktieb taʼ Rut ma nstabu fost l-Iskrolli tal-Baħar il-Mejjet. [si pġ. 51 par. 3]
5. Mħallfin 21:25 jirreferi għal perijodu taʼ żmien meta Jehovah ħalla lill-ġens taʼ Iżrael mingħajr ebda gwida. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 7/1 pġ. 15 par. 16.]
6. Il-figuri tal-kerubini fuq l-arka tal-patt indikaw il-preżenza rjali taʼ Jehovah, li ntqal li “qiegħed fuq [jew, bejn] il-kerubini.” (1 Sam. 4:4) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w80 11/1 pġ. 29 par. 2.]
7. Meta s-suldati taʼ Sawl kielu d-demm waqt li kienu f’sitwazzjoni diffiċli u ma ġewx kastigati, dan wera li jistaʼ jkun hemm raġunijiet ġustifikati meta wieħed ma jagħtix kas il-liġi divina għal ftit żmien biex jibqaʼ ħaj. (1 Sam. 14:24-35) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w94 4/15 pġ. 31 pari. 7-9.]
8. Għalkemm xi wħud jassoċjaw il-kelma “persważjoni” maʼ manipulazzjoni u makakkerija, din tistaʼ tintuża f’sens pożittiv biex tagħti l-idea taʼ li tikkonvinċi u tbiddel il-ħsieb tal-moħħ permezz taʼ raġunar sod u loġiku. (2 Tim. 3:14, 15) [w-MT98 5/15 pġ. 21 par. 4]
9. Is-“sorra [jew, ħorġa] tal-ħajja” tirreferi għal provvediment divin taʼ protezzjoni u ppreservar, li David setaʼ jibbenefika minnu jekk kemm-il darba kien se jevita li jsir ħati tad-demm f’għajnejn Alla. (1 Sam. 25:29) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT91 9/15 pġ. 12 par. 3.]
10. Il-patt tas-Saltna taʼ David, li jirreferi għalih it-2 Samwel 7:16, illimita l-linja taż-Żerriegħa li kellha twassal għall-Messija u kien garanzija legali li xi ħadd fil-linja taʼ David kellu jaħkem “għal dejjem.” [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 5/1 pġ. 8 pari. 21, 22.]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Liema assiguranza jipprovdi Salm 34:19 [34:18, NW]? [w-MT98 4/1 pġ. 31 par. 2]
12. X’inhu indikat mill-fatt li Ġużeppi ngħata l-laqam Barnaba? (Atti 4:36) [w-MT98 4/15 pġ. 20 par. 3, ntt.]
13. Ir-rakkont Bibliku għala jgħid li Għeli baqaʼ jirrispetta lil uliedu iktar milli kien jirrispetta lil Jehovah? (1 Sam. 2:12, 22-24, 29) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 10/1 pġ. 11 par. 14.]
14. Il-ktieb taʼ Rut għala għandu jsaħħilna l-fiduċja tagħna fil-wegħdi tas-Saltna? [si pġ. 53 par. 10]
15. Skond l-1 Samwel 1:1-7, liema eżempju mill-aħjar stabbiliet il-familja taʼ Samwel? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 3/1 pġ. 16 par. 12.]
16. F’liema sens jistaʼ jintqal li ‘l-għana hu qarrieq’? (Mt. 13:22, Karm Żammit) [w-MT98 5/15 pġ. 5 par. 1]
17. Ġonatan, li kien akbar fl-età, kif irrikonoxxa lil David bħala l-wieħed midluk taʼ Jehovah, u dan x’jirrappreżenta llum? (1 Sam. 18:1, 3, 4) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 4/1 pġi. 13, 14 pari. 4, 13.]
18. Għalkemm kien “raġel bla ħtija u rett,” kif il-ktieb taʼ Ġob jindika li dan ma jfissirx li Ġob kien perfett? (Ġob 1:8, NW) [w-MT98 5/1 pġ. 31 par. 1]
19. X’jiġifieri li nistinkaw b’mod vigoruż? (Lq. 13:24) [w-MT98 6/15 pġ. 31 pari. 1, 4]
20. Hekk kif naħdmu flimkien m’oħrajn, liema lezzjoni taʼ valur nistgħu ngħożżu, kif dokumentata fit-2 Samwel 12:26-28? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara l-browxer t’artikli taʼ studju li ħareġ fl-1993, pġ. 60 par. 19.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Il-kundanna ħarxa taʼ Jehovah lejn il-qima taʼ Bagħal għandha ġġagħalna nżommu ’l bogħod minn dak kollu li fi żmienna għandu x’jaqsam mal-․․․․․․․․, ․․․․․․․․, u ․․․․․․․․. (Mħ. 2:11-18) [si pġ. 50 par. 26]
22. Kien fi żmien Samwel li spiċċat l-era taʼ ․․․․․․․․ u bdiet l-era tas-․․․․․․․․ li matulha Iżrael fl-aħħar tilef il-favur taʼ Jehovah. [si pġ. 53 par. 1]
23. L-isem divin, Jehovah, ifisser “․․․․․․․․” u jimplika li Jehovah jistaʼ jbiddel l-irwol skond kif inhu meħtieġ sabiex iwettaq ․․․․․․․․ tiegħu. [w-MT98 5/1 pġ. 5 par. 3]
24. Kemm Għeli u kemm Sawl kienu naqsu billi l-ewwel wieħed ․․․․․․․․ li jaġixxi u t-tieni wieħed aġixxa ․․․․․․․․. [si pġ. 57 par. 27]
25. Il-parabbola taʼ Ġesù dwar is-Samaritan taʼ qalbu tajba turi li individwu verament rett huwa wieħed li mhux biss jobdi ․․․․․․․․ t’Alla imma jimita ․․․․․․․․ tiegħu wkoll. (Lq. 10:29-37) [w-MT98 7/1 pġ. 31 par. 2]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Il-kwalità taʼ (l-għerf; il-qawwa; l-imħabba) taʼ Jehovah tidher kemm hi bla limitu mill-għażla tiegħu tal-Mowabija (Rut; Nagħomi; Għorfa), li qabel kienet tqim lil (Bagħal; Kemos; Dagon), u li kkonvertiet għar-reliġjon vera u saret antenata taʼ Ġesù Kristu. (Mt. 1:3, 5, 16) [si pġ. 51 par. 1]
27. L-era f’Iżrael tal-ħakma mill-imħallfin spiċċat meta (Samwel; David; Sawl) ġie midluk bħala sultan u ftit wara għeleb lill-(Għammonin; Mowabin; Filistin) bl-appoġġ taʼ Jehovah. (1 Sam. 11:6, 11) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w95 12/15 pġ. 9 par. 2–pġ. 10 par. 1.]
28. Timotju rċieva l-edukazzjoni fil-“Kotba Mqaddsa” (mill-appostlu Pawlu; minn missieru; minn ommu u nanntu) sakemm fl-aħħar sar missjunarju u indokratur eċċellenti. (2 Tim. 3:14, 15; Flp. 2:19-22) [w-MT98 5/15 pġ. 8 par. 3–pġ. 9 par. 5]
29. Il-ministeru taʼ (David; Samwel; Ġonatan) matul żgħożitu għandu jinkuraġġixxi liż-żgħażagħ biex ikollhom sehem sħiħ fil-ministeru llum, u l-fatt li baqaʼ jagħmel dan sa tmiem ħajtu mingħajr ma rtira għandu jkun t’appoġġ għal dawk għajjenin minħabba l-età. [si pġ. 58 par. 30]
30. Il-perijodu li jkopri t-2 Samwel hu mill-(1077 sa madwar 1040; 1077 sa madwar 1037; 1070 sa madwar 1040) Q.E.K. [si pġ. 59 par. 3]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Mħ. 11:30, 31; 1 Sam. 15:22; 30:24, 25; 2 Slat. 6:15-17; Ġak. 5:11
31. Jehovah jipprovdi l-assiguranza li hu se juża l-armati tiegħu tas-sema biex jipproteġi lill-poplu tiegħu skond ir-rieda tiegħu. [w-MT98 4/15 pġ. 29 par. 5]
32. L-indokraturi fil-kongregazzjoni għandhom ir-responsabbiltà li jimxu skond il-ftehim li jagħmlu anki jekk xi drabi dan ikun taʼ wġigħ u jiswielhom ħafna. [w-MT99 9/15 pġ. 10 pari. 3-4]
33. Li nżommu l-integrità taħt xi prova jwassal għal premju kbir mingħand Alla Jehovah. [w-MT98 5/1 pġ. 31 par. 4]
34. L-imħabba ġenwina lejn Alla titlob ubbidjenza lejn ordnijiet divini u mhux biss li noffrulu sagrifiċċji. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w96 6/15 pġ. 5 par. 1.]
35. Jehovah juri apprezzament profond lejn dawk li l-irwol tagħhom fl-organizzazzjoni tiegħu llum hu li jagħtu appoġġ. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 9/1 pġ. 28 par. 4.]