LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/00 p. 3
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 11/00 p. 3

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Novembru: Ikompli t-​tqassim taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36. Il-​kongregazzjonijiet li jlestu t-​territorju tagħhom billi jilħqu lill-​inkwilini f’kull dar u abitazzjoni b’kopja taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36 jistgħu joffru l-​browxer X’Jirrikjedi jew il-​ktieb Għarfien. Jekk in-​nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-​ktieb Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem jew il-​ktieb Il-​Verità. Diċembru: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem flimkien man-​New World Translation. Jannar: Is-​Sigriet Taʼ L-​Hena Fil-​Familja. Frar: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja.

◼ Wara li titlesta l-​kampanja taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna, il-​kongregazzjonijiet li jkun għad baqgħalhom provvista taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36 jistgħu jinkuraġġixxu lill-​pubblikaturi biex joffruhom bl-​istess mod li jintużaw il-​fuljetti, kemm minn bieb għal bieb u kemm xi mkien ieħor. Jekk ikun għaqli, il-​pubblikaturi jistgħu jħallu waħda f’kull dar fejn ma jsibu ’l ħadd, filwaqt li jkunu ċerti li ma tkunx tidher min-​nies. Għandhom isiru sforzi biex jitqassmu l-​kopji kollha li jkun għad fadal taʼ dan il-​messaġġ importanti.

◼ L-​indokratur li jippresiedi jew xi ħadd imqabbad minnu għandu jawditja l-​kontijiet tal-​kongregazzjoni fl-​1 taʼ Diċembru jew mill-​iktar fis possibbli wara din id-​data. Meta dan isir, agħmel avviż lill-​kongregazzjoni wara li jinqara r-​rapport tal-​kontijiet li jmiss.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-​ktieb 2001 Yearbook of Jehovah’s Witnesses maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura għal Novembru. Il-​Yearbook se jkun disponibbli bl-​Albaniż, biċ-​Ċek, biċ-​Ċiniż, bid-​Daniż, bil-​Finlandiż, bil-​Franċiż, bil-​Ġappuniż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bl-​Għarbi, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bl-​Isvediż, bil-​Korean, bil-​Kroat, bin-​Norveġiż, bl-​Olandiż, bil-​Pollakk, bil-​Portugiż, bir-​Rumen, bir-​Russu, bis-​Serbjan, bis-​Slovakk, bit-​Taljan, u bl-​Ungeriż. Sakemm ikun disponibbli l-​Yearbook u jsiru l-​konsenji, dan se jidher bħala “Pending” fuq il-​listi taʼ l-​ippakkjar tal-​kongregazzjonijiet. Il-​Yearbooks huma kotba li jinkisbu b’ordni speċjali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja