LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 11/00 p. 2
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2000
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Novembru
  • Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Diċembru
Il-Ministeru tas-Saltna—2000
km 11/00 p. 2

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 13 taʼ Novembru

Għanja 4

10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna.

13 min: “Is-​Servizz f’Betel—Hemm Bżonn taʼ Volontiera li Lesti li Jaqdu Fih.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba minn anzjan. Inkuraġġixxi lil kulmin jistaʼ jagħmel il-​wisaʼ għal dan il-​privileġġ biex jikkunsidrah bis-​serjetà u bit-​talb.

22 min: “Kif Nikkultivaw l-​Interess li Ntwera Permezz taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36.” Diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba taʼ paragrafi 1-5. Semmi l-​arranġamenti lokali sabiex jintlaħaq kwalunkwe territorju li għadu ma nħadimx. Irrevedi l-​preżentazzjonijiet f’paragrafi 7 u 8 biex isiru ż-​żjajjar lura, u ħejji turija taʼ kull suġġeriment. Enfasizza l-​importanza li mmorru lura kulfejn sibna interess u li nħabirku biex nibdew studji tal-​Bibbja. Ikkonkludi billi tiddiskuti paragrafu 9 u l-​iskritturi ċitati.

Għanja 63 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 20 taʼ Novembru

Għanja 111

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet.

15 min: Esperjenzi mit-​Tqassim taʼ l-​Aħbar tas-​Saltna Nru. 36. Irrapporta s-​suċċess li kien hemm f’li jintlaħaq it-​territorju. Kien hemm xi ħadd fil-​kongregazzjoni li ħa sehem fis-​servizz għall-​ewwel darba? Irrakkonta xi kummenti favorevoli li għamlu l-​inkwilini. Kien hemm xi pubblikaturi li rnexxielhom jibdew studji tal-​Bibbja? Jekk iva, għidilhom jispjegaw jew jirreċtaw kif għamlu dan. Fakkar lil kulħadd biex jikkultiva l-​interess li jkun sab.

20 min: “Ibqgħu Ppridkaw!” Taħdita u intervista. Xi wħud ilhom ħajjithom kollha jassoċjaw maʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u ppersistew fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. B’attitudni pożittiva huma sabu l-​ferħ f’li jagħmlu dan. (Ara l-​ktieb Għarfien, paġna 179, paragrafu 20, u t-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Awissu, 1992, paġni 14-15, paragrafi 14-15.) Stieden lil pubblikatur li ilu attiv għal ħafna snin biex jirrakkonta r-​raġunijiet għala ppersista fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar.

Għanja 141 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 27 taʼ Novembru

Għanja 153

10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Novembru. L-​offerta taʼ letteratura għal Diċembru hi l-​ktieb Għarfien flimkien man-​New World Translation. Spjega kif ix-​Xhieda taʼ Jehovah kellhom irwol prinċipali f’li jipproduċu l-​Bibbja f’ħafna lingwi.—Ara l-​Watchtower tal-​15 t’Ottubru 1997, paġni 11-​12.

20 min: Agħmel Użu Tajjeb mill-​Ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja. Diskussjoni taʼ paġna 2 f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba. Uri kif dan il-​ktejjeb huwa magħmul biex jgħinna nippreparaw għal sehem iktar effettiv fil-​ministeru. Spjega kif il-​ktejjeb jistaʼ jintuża meta nkunu qed nagħtu xiehda fuq it-​telefon. Uri kif nistgħu nużaw informazzjoni t’għajnuna f’paġni 7 sa 16 biex inkomplu xi konversazzjoni. Ħeġġeġ lil kulħadd biex isir familjari maʼ dan il-​ktejjeb, iżommu fil-​basket tas-​servizz, u jużah regolarment.

15 min: Kif Nistaʼ Nikkontrolla l-​Ħin li Nqattaʼ Nara t-​TV? Anzjan jitkellem maʼ żagħżugħ li jqattaʼ ħafna sigħat mill-​ġurnata jara t-​TV. Għall-​ewwel, iż-​żagħżugħ jibda jinsisti li dan ma jagħmilx ħsara. Jgħid li huwa sempliċement mod biex jistrieħ u li hu ma jiġix effettwat b’mod ħażin. L-​anzjan jirrevedi xi punti prinċipali minn kapitlu 36 tal-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu. Hu jispjega l-​fatt li meta wieħed iqattaʼ ħin żejjed jara t-​TV jkun qed jaħli ħin prezzjuż li jistaʼ jqattgħu f’li jagħmel l-​istudju persunali, joħroġ fuq il-​ministeru, jew jgħin fil-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni. Iż-​żagħżugħ jesprimi apprezzament għall-​parir u jgħid li għall-​benefiċċju spiritwali tiegħu, hu se jnaqqas il-​ħin li jqattaʼ jara t-​TV.

Għanja 175 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 4 taʼ Diċembru

Għanja 189

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Bżonnijiet lokali.

20 min: “Kelma li Tingħad f’Waqtha.” Diskussjoni maʼ l-​udjenza u turijiet. Ħafna jħossuhom li m’humiex kapaċi meta jipprovaw jibdew konversazzjonijiet, billi jaħsbu b’mod żbaljat li għandhom bżonn xi abbiltà speċjali biex ikollhom riżultati tajbin. Spjega kif ilkoll kemm aħna, inkluż il-​pubblikaturi l-​ġodda u ż-​żgħar, nistgħu nibdew diskussjonijiet bi ftit iktar sforz. Irrevedi l-​preżentazzjonijiet li ġew suġġeriti, billi tenfasizza s-​sempliċità tagħhom, u ħejji żewġ pubblikaturi jew tlieta biex jagħmlu turija. Irreferi għall-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Marzu, 1998, paġna 8, għall-​preżentazzjonijiet oħra li jistgħu jintużaw. Ħeġġeġ lil kulħadd ikun pożittiv biex b’hekk isib iktar ferħ fil-​ministeru tiegħu.

Għanja 218 u talba taʼ l-​għeluq.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja