Għanja 153
Jehovah, Dak Alla tas-Salvazzjoni Tagħna
1. Alla Jehovah, Sid maħbub,
F’imħabbtek aħfer tagħna d-dnub.
Fl-iżball ilkoll ġejna mwelldin,
Mis-sewwa konna imbegħdin.
Salvana minn tant gwaj u mard.
Mexxina int lejn tiegħek l-art.
Għall-favur tiegħek nimmiraw;
Dwar salvazzjoni inkantaw;
Lilek għal dan nirringrazzjaw.
2. Fil-maqjel tiegħek miġburin
Bħan-ngħaġ minn Kristu imbassrin.
Issalvazzjoni qed tinstab
Mill-bnedmin fl-art li huma trab.
Nafu is-sliem minn taʼ idejk
Għal kulmin umli jersaq lejk.
Dawk li minnek jibżgħu għaqlin
Għax salvazzjoni ’ssa viċin.
Int se tagħmilna ferħanin.
3. Qed tiffjorixxi l-verità
Fost dawk li jżommu ’ntegrità.
Ħwejjeġ tal-għaġeb illum hemm
Mindu fuq l-art Ibnek jaħkem.
Għas-Saltna tiegħek dan hu ż-żmien;
Fostna hemm sliem maʼ kullimkien.
Irridu nxandru din l-aħ-bar
Taʼ salvazzjoni lil kull dar
Li int tipprovdi lejl u nhar.