Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Mnisteru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mill-1 taʼ Jannar sat-23 t’April, 2001. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. Għalkemm m’għandna qatt inħallu s-sentimenti waħedhom jagħmuna għal għemil ħażin kbir, nistgħu nimitaw l-eżempju taʼ Ġużeppi billi bil-ħniena naħfru lill-individwu li jkun dineb kontra tagħna u nidem. (Ġen. 42:21; 45:4, 5) [w-MT99 1/1 pġ. 31 pari. 2-3]
2. Minbarra l-lista tal-ġeneoloġiji, l-1 Kronaki fih biss ripetizzjoni tal-materjal misjub fil-kotba taʼ Samwel u Slaten. [si pġ. 75 par. 1]
3. Il-Bibbja turi li mhux il-Kristjani kollha jridu jkunu ministri. [td 29A]
4. Ġesù wera l-umiltà tiegħu billi aċċetta l-inkarigu uniku biex jiġi fuq l-art mill-qasam tas-sema u jsir bniedem umli, inferjuri għall-anġli. (Fil. 2:5-8; Lhud 2:7) [w-MT99 2/1 pġ. 6 par. 3]
5. L-invażjoni taʼ Sisak fuq Ġuda u l-ħtif tat-“teżori tat-tempju tal-Mulej, u t-teżori tal-palazz tas-sultan” ġew konfermati mill-arkeoloġija. (2 Kron. 12:9) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 2/1 pġ. 26 par. 4.]
6. Ir-ritorn taʼ Kristu kellu jkun inviżibbli għall-bnedmin. [td 36A]
7. Wieħed għandu jaqdi lil Alla mingħajr ma jaħseb li qatt se jirċievi barkiet. [w-MT99 4/15 pġ. 16 par. 1]
8. Billi rrefera għall-‘ġid li għamel’ Jehovah, kif dokumentat f’Salm 103:2, David kellu f’moħħu l-ħolqien fiżiku taʼ Jehovah. [w-MT99 5/15 pġ. 21 pari. 5-6]
9. It-tempji mibnijin minn Salamun, Żerubbabel, u Erodi, kif ukoll it-tabernaklu li bena Mosè, kollha jagħtu stampa taʼ l-istess ħaġa. [si pġ. 87 par. 16]
10. Il-ġeneoloġiji misjubin fl-1 Kronaki ma kinux taʼ benefiċċju kbir għall-kongregazzjoni Kristjana bikrija. [si pġ. 78 par. 23]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Jehovah għala kkaġuna ġudizzju aħrax fuq dar Aħab? (1 Slat. 16:31; 2 Slat. 9:7, 26) [si pġ. 74 par. 34]
12. Skond it-2 Timotju 2:15 u Isaija 61:1-3 x’inhuma xi ftit mill-kwalifiki taʼ ministru Kristjan? [td 29B]
13. Liema lezzjoni dwar il-kwalitajiet tajbin, li ġġagħalna nirriflettu, nistgħu nitgħallmu mill-każ tas-Sultan Użżija taʼ Ġuda? (2 Kron. 26:15-21) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 12/1 pġ. 26 pari. 1-2.]
14. Minflok ma kien qed jistitwixxi ritwal, liema lezzjoni qawwija pprovdielna Ġesù billi ħasel saqajn l-appostli tiegħu? (Ġw. 13:4, 5) [w-MT99 3/1 pġ. 31 par. 1]
15. Ir-rakkont fl-1 Kronaki 14:8-17 għala kien taʼ interess fi żmien Isaija, u għala għandu jkun taʼ interess għall-Kristjaneżmu llum? (Is. 28:21) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT91 9/1 pġi. 12-13 pari. 2-3.]
16. Liema aspetti mill-qima lil Bagħal għamluha attraenti għal ħafna Iżraelin? [w-MT99 4/1 pġ. 29 pari. 3-6]
17. Liema lezzjoni prattika nistgħu nitgħallmu mix-xogħol taʼ Ħeżekija biex jipproteġi u jżid il-provvista taʼ l-ilma f’Ġerusalemm? (2 Kron. 32:3, 4) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w96 8/15 pġ. 6 pari. 1-2.]
18. L-eżempju taʼ Ġosija kif jistaʼ jkun taʼ inkuraġġiment għaż-żgħażagħ illum biex jaqdu lil Alla u jieqfu sodi kontra l-qima falza? (2 Kron. 34:3, 8, 33) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT90 11/1 pġ. 3 par. 6.]
19. Veru li l-Lhud kollha li baqgħu f’Babilonja ma kinux leali, u liema lezzjoni prattika nistgħu nitgħallmu minn dan? (Esd. 1:3-6) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 1/15 pġ. 8 pari. 4, 7.]
20. X’kien indikat mill-mużika u l-għana fl-inawgurazzjoni tat-tempju meta Jehovah mela lil daru bi sħaba soprannaturali? (2 Kron. 5:13, 14) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT94 5/1 pġ. 18 par. 7.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Wieħed li jkun se joffri xi parir lil Kristjan sieħbu jrid ikun żgur li jibbaża dak li jingħad fuq ․․․․․․․․ t’Alla, u mhux fuq ․․․․․․․․ u ․․․․․․․․ umani. (Kol. 2:8) [w-MT99 1/15 pġ. 22 par. 1]
22. Ir-reliġjon waħda vera kellha tingħaraf mill-․․․․․․․․ tagħha, u l-akbar frotta fosthom kellha tkun ․․․․․․․․. (Mt. 7:19, 20; Ġw. 13:35) [td 34A]
23. Bħax-xewk li jistaʼ jżomm liż-żerriegħa milli tilħaq il-maturità,․․․․․․․․ mingħajr kontroll u l-poter qarrieqi tal-․․․․․․․․ jistgħu jżommu lil dak li jkun lura milli javanza lejn il-maturità spiritwali. (Mt. 13:19, 22) [w-MT99 3/15 pġ. 22 par. 5]
24. Il-․․․․․․․․ tneħħiet għalkollox fuq il-bażi tal-․․․․․․․․ u għaldaqstant il-Kristjani m’humiex obbligati li jħarsu s-Sabat. (Efes. 2:14b, 15 [2:15, NW]) [td 37A]
25. Sabiex Kristjan veru jirnexxilu fejn naqas Salamun, hu jrid iwarrab kull ․․․․․․․․ jew ․․․․․․․․ fil-qima tiegħu u josserva l-kliem taʼ Ġesù li ‘jħobb lill-Mulej, Alla tiegħu, b’qalbu kollha.’ (Mt. 22:37; 1 Kron. 28:9) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT86 9/1 pġ. 14 pari. 17-18.]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Ir-rakkont fit-2 Slaten 17:5, 6 jirrakkonta kif (Tiglat-pileser; Salmaneser V; Esarħaddun) invada s-saltna taʼ l-għaxar tribujiet tat-tramuntana taʼ Iżrael u beda assedju taʼ tliet snin kontra s-Samarija, li fl-aħħar mill-aħħar ġiet konkwistata mill-Assirjani fis-sena (740; 607; 537) Q.E.K. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w88 2/15 pġ. 27 par. 1.]
27. Billi jirrakkonta l-ġrajjiet li seħħew f’Ġerusalemm wara li beda l-eżilju taʼ Babilonja, it-2 Slaten kapitlu 25 jipponta indirettament lejn (Danjel; Eżekjel; Ġeremija) bħala l-kittieb tal-ktieb u jindika wkoll li l-kitba tlestiet madwar is-sena (580; 537; 455) Q.E.K. (2 Slat. 25:27) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġ. 64 par. 3.]
28. Bħalma jindika Eżodu 4:11, Alla Jehovah ‘jagħmel l-imbikkem, it-trux, u l-agħma u ’l min jara’ fis-sens li (għandu jieħu t-tort għad-diżabilitajiet li għandhom in-nies; jagħżel lil uħud differenti għall-privileġġi tas-servizz; jippermetti li d-difetti fiżiċi jidhru fost il-bnedmin). [w-MT99 5/1 pġ. 28 par. 2]
29. Il-perijodu taʼ 70 sena msemmi fit-2 Kronaki 36:17-23 spiċċa fis-sena (537; 607; 677) Q.E.K. [si pġ. 84 par. 35]
30. Il-projbizzjoni li ngħatat lil Adam u Eva msemmija f’Ġenesi 2:17 tirreferi għal (l-att sesswali; id-diżubbidjenza; xi ħaġa li m’għandhiex tittieħed letteralment). [td 39C]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
1 Kor. 7:39; Prov. 25:11; Rum. 12:2; 1 Ġw. 3:4; 1 Tim. 2:5, 6
31. Irridu nkunu lesti li nagħmlu l-isforz meħtieġ sabiex inbiddlu l-ħsieb tagħna u nimlew moħħna bil-verità divina. [w-MT99 4/1 pġ. 22 par. 2]
32. Meta tagħti parir, huwa importanti li tagħżel il-kliem xieraq. [w-MT99 1/15 pġ. 23 par. 1]
33. Il-Kristjani għandhom jiżżewġu biss lil Kristjani bħalhom. [td 26D]
34. Is-sagrifiċċju tal-ħajja umana perfetta taʼ Ġesù ġie offrut bħala prezz tal-fidwa li kien jikkorrispondi eżattament. [td 33B]
35. Id-dnub huwa ksur tal-liġi t’Alla, il-livell perfett tiegħu. [td 39A]