LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/01 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 4/01 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal April u Mejju: Ir-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-​interess fiż-​żjajjar lura, offri l-​ktieb Għarfien jew il-​browxer X’Jirrikjedi, bil-​mira li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar. Ġunju: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Ikkonċentra fuq li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar. Lulju: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-​Ħajja fuq l-​Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-​Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-​Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, The Divine Name That Will Endure Forever, The Government That Will Bring Paradise, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu?

◼ B’seħħ minn April, il-​badges tal-​konvenzjoni distrettwali għall-​2001 bl-​Ingliż u bil-​Malti se jkunu awtomatikament inklużi mal-​letteratura li tasal bil-​baħar. Mhux se jkun hemm bżonn li dawn jiġu rikjesti. Skond in-​numru taʼ pubblikaturi f’kull kongregazzjoni, il-​badges se jintbagħtu f’pakketti taʼ 25. Jekk il-​kongregazzjonijiet ikollhom bżonn iktar badges, dawn għandhom jiġu rikjesti fuq il-​Literature Request Form (S-14). Huwa neċessarju li jiġi rikjest il-​plastik fejn jinżammu l-​badges għal dawk kollha fil-​kongregazzjoni li jixtiquh.

◼ Huwa neċessarju għas-​Soċjetà li żżomm dokumentazzjoni aġġornata taʼ indirizzi u numri tat-​telefon taʼ l-​indokraturi li jippresiedu u s-​segretarji kollha. Jekk ikun hemm xi bidla fi kwalunkwe żmien, is-​segretarju għandu jimla u jibgħat il-​formola Presiding Overseer/Secretary Change of Address (S-29) lis-​Soċjetà mill-​ewwel. Dan jinkludi kwalunkwe bidliet fil-​kodiċi postali. L-​indirizz tas-​Soċjetà hu: International Bible Students Association, IBSA House, Triq il-​Waqqafa, Mosta, MST 12.

◼ Is-​segretarji tal-​kongregazzjoni għandhom iżommu provvista adegwata tal-​formoli Application for Regular Pioneer Service (S-205) u Application for Auxiliary Pioneer Service (S-205b). Dawn jistgħu jiġu ordnati fuq il-​Literature Request Form (S-14). Minn taʼ l-​inqas żommu provvista għal sena. Irrevedu l-​formoli kollha taʼ l-​applikazzjoni għall-​pijunier regulari biex tkunu ċerti li huma kompluti. Jekk dawk li japplikaw ma jkunux jistgħu jiftakru d-​data eżatta tal-​magħmudija tagħhom, għandhom jikkalkulaw id-​data bejn wieħed u ieħor u jżommu nota tagħha.

◼ Edizzjoni b’tipa kbira tal-​ktieb Isaiah’s Prophecy​—Light for All Mankind I qed tiġi preparata għall-​benefiċċju taʼ dawk li huma batuti mill-​vista. Dan il-​ktieb li hu d-​daqs taʼ rivista u bil-​qoxra ratba se jkun fih 512-il paġna u mhux se jkollu stampi, u d-​daqs tat-​tipa se jkun bħal taʼ l-​edizzjonijiet b’tipa kbira taʼ The Watchtower li jkollhom żewġ artikli taʼ l-​istudju. Għalissa se jkun hawn bl-​Ingliż biss. Malli jsir f’lingwi oħra dan jiġi mħabbar. Jistaʼ jitniżżel fil-​formola tar-​rikjesti bħala Isaiah’s Prophecy I-Large Print.

◼ Kulmeta l-​pjanijiet biex tivvjaġġa jinkludu li tattendi l-​laqgħat tal-​kongregazzjoni, xi assemblea tas-​circuit, jew xi konvenzjoni distrettwali f’pajjiż ieħor, ir-​rikjesta tiegħek għall-​informazzjoni fuq id-​dati, il-​ħinijiet, u l-​postijiet fejn dawn isiru, iridu jkunu diretti lill-​uffiċċju tal-​fergħa li jieħu ħsieb ix-​xogħol f’dak il-​pajjiż. L-​indirizzi taʼ l-​uffiċċji tal-​fergħa jinsabu mniżżlin fl-​aħħar paġna tal-​Yearbook kurrenti.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja