LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 4/01 p. 7
  • Kaxxa għall-Mistoqsija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kaxxa għall-Mistoqsija
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • Materjal Simili
  • Kif Jgħinna l-Arranġament taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Kif Tibbenefika mill-Grupp Tiegħek tas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Nikkooperaw maʼ Dak li Jikkonduċilna l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
  • L-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni—Għala Għandna Bżonnu
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 4/01 p. 7

Kaxxa għall-​Mistoqsija

◼ Meta jkun xieraq li jiġi fformat grupp ġdid għall-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni?

Trid tiġi kunsidrata l-​ħtieġa li jiġi fformat grupp ġdid meta jkun meħtieġ sabiex l-​attendenza tinżamm daqs 15-il ruħ jew inqas f’kull grupp taʼ l-​istudju tal-​ktieb, anki dak li jsir fis-​Sala tas-​Saltna. Għala huwa rikkmandat li jsir hekk?

Meta l-​gruppi taʼ l-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni jibqgħu żgħar, ikun iktar faċli għal dak li jikkonduċi biex jagħti attenzjoni lil kulmin jattendi. Barra minn hekk, kulħadd ikollu opportunitajiet biżżejjed biex jikkummenta f’sitwazzjoni li tħajjar iktar lil dak li jkun biex jagħmel stqarrija pubblika tal-​fidi tiegħu. (Lhud 10:23; 13:15) Jekk il-​gruppi jkunu żgħar u mqassmin f’lokalitajiet diversi madwar it-​territorju tal-​kongregazzjoni se jkunu iktar konvenjenti biex kulħadd ikun jistaʼ jattendi għall-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni u għal-​laqgħat tas-​servizz taʼ l-​għalqa. Il-​kongregazzjonijiet li żiedu n-​numru taʼ gruppi sabu li t-​total taʼ l-​attendenza fl-​istudju tal-​ktieb żdied ukoll.

Jistaʼ jkun hemm xi sitwazzjonijiet speċjali li minħabba fihom ikun aħjar li jiġi fformat grupp ġdid, anki jekk ikun kemxejn żgħir. Dan jistaʼ jkun minnu f’xi post iżolat jew f’lokalitajiet li bħalissa qed ikunu mimlijin wisq jew ma jkunx hemm post addattat fejn wieħed ipoġġi bil-​qegħda. Meta jkun hemm bżonn, jistaʼ jiġi fformat grupp li jiltaqaʼ matul il-​jum għall-​benefiċċju taʼ wħud anzjani fl-​età, dawk li jaħdmu bil-​lejl, jew aħwa nisa li r-​raġel tagħhom m’huwiex Xhud.

Kull grupp taʼ l-​istudju tal-​ktieb irid ikollu assenjati fih ammont taʼ pubblikaturi li huma b’saħħithom spiritwalment u attivi, kif ukoll ħu li jikkonduċi, u qarrej kwalifikat. L-​aħwa rġiel għandhom jipprogressaw biex iwettqu dawn il-​bżonnijiet fil-​kongregazzjoni.

L-anzjani jistgħu jinkuraġġixxu l-​progress tal-​kongregazzjoni billi jiżguraw ruħhom li l-​gruppi għall-​istudju tal-​ktieb tal-​kongregazzjoni jkunu taʼ daqs raġunevoli, li l-​ispiritwalità tal-​gruppi qed tiġi mħarsa sew u li qed jiltaqgħu f’postijiet konvenjenti. Kulmeta jkun prattiku, għandhom jiġu fformati gruppi ġodda sabiex kulħadd ikun jistaʼ jieħu vantaġġ sħiħ mill-​benefiċċji taʼ dan l-​arranġament spiritwali uniku. Tistaʼ toffri d-​dar tiegħek biex fiha jsir l-​istudju tal-​ktieb? Ħafna minn dawk li għamlu hekk esperjenzaw barkiet spiritwali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja