LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/12 pp. 5-6
  • Kif Tibbenefika mill-Grupp Tiegħek tas-Servizz tal-Għalqa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tibbenefika mill-Grupp Tiegħek tas-Servizz tal-Għalqa
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2012
  • Materjal Simili
  • Laqgħat għas-Servizz tal-Għalqa
    Il-Ministeru tas-Saltna—2009
  • Laqgħat għas-servizz tal-għalqa li jwettqu x-xogħol tagħhom
    Il-Ministeru tas-Saltna—2015
  • L-Għoti taʼ Xiehda bħala Grupp Iġib il-Ferħ
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Nikkooperaw maʼ Dak li Jikkonduċilna l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni
    Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2012
km 10/12 pp. 5-6

Kif Tibbenefika mill-​Grupp Tiegħek tas-​Servizz tal-​Għalqa

1. Liema benefiċċji mill-​arranġament tal-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni għadhom disponibbli permezz tal-​grupp tagħna tas-​servizz tal-​għalqa?

1 Timmissja xi affarijiet mill-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni? Il-​gruppi kienu jkunu żgħar u l-​atmosfera kienet tkun iktar rilassata. Dan kien jagħmilha faċli biex wieħed jibni ħbiberiji li jkunu sors taʼ appoġġ spiritwali. (Prov. 18:24) L-​indokratur tal-​istudju tal-​ktieb sar midħla taċ-​ċirkustanzi uniċi tagħna u setaʼ jipprovdi inkuraġġiment b’mod persunali. (Prov. 27:23; 1 Pt. 5:2, 3) Dawn il-​benefiċċji għadhom disponibbli permezz tal-​grupp tagħna tas-​servizz tal-​għalqa.

2. Kif nistgħu nieħdu l-​inizjattiva biex nibnu ħbiberiji li jkunu sors taʼ appoġġ spiritwali fil-​grupp tagħna tas-​servizz tal-​għalqa?

2 Ħu l-​Inizjattiva: Il-​gruppi tas-​servizz tal-​għalqa ġeneralment ikunu magħmulin mill-​istess ammont taʼ nies daqs kemm kienu l-​gruppi tal-​istudju tal-​ktieb. Meta taħdem “spalla maʼ spalla” fil-​ministeru m’oħrajn, jistaʼ jkollok rabta mill-​qrib magħhom. (Flp. 1:27) Maʼ kemm-​il persuna differenti fil-​grupp tiegħek ħdimt? Tistaʼ ‘twessaʼ qalbek’ f’dan ir-​rigward? (2 Kor. 6:13) Iktar minn hekk, kultant nistgħu nistiednu lil xi ħadd mill-​grupp tagħna jingħaqad magħna fil-​lejla tal-​Qima tal-​Familja jew jiekol xi ikla magħna. F’xi kongregazzjonijiet, il-​gruppi tas-​servizz tal-​għalqa juru ospitalità mal-​kelliemi li jiġi minn kongregazzjoni oħra biex jagħtihom taħdita, u dan jagħmluh skont meta jkun imisshom. Matul il-​ġimgħa li fiha jkun imissu xi grupp partikulari, il-​grupp jinġabar flimkien għal xi ikla u biex wieħed jinkuraġġixxi lill-​ieħor, anke jekk il-​kelliemi minn kongregazzjoni oħra ma jiġix.

3. X’inhuma xi opportunitajiet biex ikollna żjara pastorali fil-​grupp tagħna tas-​servizz tal-​għalqa?

3 Għalkemm issa l-​kongregazzjoni tiltaqaʼ flimkien darbtejn biss fil-​ġimgħa, dan ma jfissirx li l-​pubblikaturi għandu jkollhom inqas żjajjar pastorali. L-​indokraturi tal-​gruppi jiġu maħturin f’kull grupp biex jagħtu lill-​individwi inkuraġġiment b’mod persunali u taħriġ għall-​ministeru. Jekk l-​indokratur tal-​grupp tiegħek għadu m’għamilx arranġament biex jaħdem miegħek fil-​ministeru, għala ma titolbux biex taħdem miegħu? Iktar minn hekk, darba kull xahar, l-​indokratur tas-​servizz jieħu sehem fil-​ministeru maʼ grupp differenti matul tmiem il-​ġimgħa. F’kongregazzjonijiet iżgħar fejn ikun hemm biss ftit gruppi tas-​servizz tal-​għalqa, hu għandu mnejn jagħmel arranġamenti biex iżur lil kull grupp darbtejn matul is-​sena. Tirranġaha l-​iskeda tiegħek biex toħroġ fil-​ministeru meta hu jżur il-​grupp tiegħek?

4. (a) Il-​laqgħat għas-​servizz kif jiġu organizzati? (b) Għala għandna nikkunsidraw li niftħu darna għal-​laqgħat tas-​servizz tal-​għalqa?

4 Spiss ikun utli li kull grupp jiltaqaʼ b’mod separat għas-​servizz tal-​għalqa fi tmiem il-​ġimgħa. Il-​fatt li jkollna diversi postijiet fejn niltaqgħu għas-​servizz fl-​istess ħin, bejn wieħed u ieħor, jistaʼ jagħmilha iktar faċli għall-​pubblikaturi biex imorru għal-​laqgħa għas-​servizz u forsi għat-​territorju. Il-​pubblikaturi jistgħu jiġu organizzati malajr u jerħulha lejn it-​territorju bla dewmien. Ikun iktar faċli wkoll għall-​indokratur tal-​grupp biex jagħti attenzjoni mill-​qrib lil dawk tal-​grupp tiegħu. Madankollu, minħabba ċ-​ċirkustanzi forsi jkun aħjar li jingħaqdu żewġ gruppi jew iktar. Jekk il-​kongregazzjoni kollha kemm hi tiltaqaʼ flimkien għas-​servizz fl-​ewwel Sibt tax-​xahar jew wara l-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa, spiss ikun taʼ benefiċċju li kull grupp ipoġġi bilqiegħda flimkien u l-​indokratur tal-​grupp jingħata ftit minuti biex jorganizza l-​grupp tiegħu qabel ma l-​laqgħa għas-​servizz tal-​għalqa tiġi fi tmiemha permezz tat-​talba.—Ara l-​kaxxa “Tistaʼ Tiftaħ Darek?”

5. Għalkemm l-​arranġament tal-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni ntemm, dwar xiex nistgħu nkunu fiduċjużi?

5 Għalkemm l-​arranġament tal-​Istudju tal-​Ktieb tal-​Kongregazzjoni ntemm, Ġeħova għadu jipprovdi kulma għandna bżonn biex nagħmlu r-​rieda tiegħu. (Ebr. 13:20, 21) Taħt il-​ħarsien taʼ Ġeħova, ma jonqosna xejn. (Salm 23:1) Il-​grupp tagħna tas-​servizz tal-​għalqa jwassal għal bosta barkiet. Jekk nieħdu l-​inizjattiva u ‘niżirgħu bil-​kotra,’ se ‘naħsdu bil-​kotra.’—2 Kor. 9:6.

[Kaxxa f’paġna 6]

Tistaʼ Tiftaħ Darek?

Xi kongregazzjonijiet jgħaqqdu l-​gruppi tas-​servizz fi tmiem il-​ġimgħa għax ma jkunx hemm biżżejjed djar fejn jiltaqgħu. Il-​laqgħat għas-​servizz tal-​għalqa huma aspett ieħor tal-​arranġament tal-​kongregazzjoni, u allura li żżomm laqgħat bħal dawn f’darek huwa tassew privileġġ. Tistaʼ tagħmel id-​dar tiegħek disponibbli? Iżżommx lura minħabba li d-​dar tiegħek tkun modesta. L-​anzjani se jikkunsidraw il-​lokalità fejn tinsab darek u fatturi oħrajn simili għal dawk li ġew kunsidrati meta ntgħażlu l-​lokalitajiet għall-​istudju tal-​ktieb. Jekk tixtieq tiftaħ darek, informa lill-​indokratur tal-​grupp tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja