Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Awissu: Jistaʼ jintuża kwalunkwe browxer taʼ 32 paġna minn dawn li ġejjin: Gawdi l-Ħajja fuq l-Art Għal Dejjem!, Għandek Int Temmen fit-Trinità?, “Ħares! Qed Nagħmel l-Affarijiet Kollha Ġodda,” Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut, The Divine Name That Will Endure Forever, The Government That Will Bring Paradise, Veru li Alla Jimpurtah Minna?, X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja—Kif Tistaʼ Ssibu?, u X’Jiġrilna meta Mmutu? Settembru: Is-Sigriet Taʼ L-Hena Fil-Familja jew Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja. Ottubru: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-interess fiż-żjajjar lura, offri l-ktieb Għarfien jew il-browxer X’Jirrikjedi, bil-mira li tibda studji tal-Bibbja fid-djar. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-ktieb Tgħix Għal Dejjem jew il-ktieb Stejjer mill-Bibbja.
◼ L-indokratur li jippresiedi jew xi ħadd maħtur minnu għandu jawditja l-kontijiet tal-kongregazzjoni fl-1 taʼ Settembru jew kemm jistaʼ jkun malajr wara din id-data. Meta dan ikun sar, agħmel avviż lill-kongregazzjoni wara li jkun inqara r-rapport tal-kontijiet li jmiss.
◼ Il-kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw it-2002 Calendar of Jehovah’s Witnesses mar-rikjesta tagħhom tal-letteratura għal Settembru. Il-kalendarji se jkunu disponibbli bl-Albaniż, bl-Armenjan tal-Lvant, biċ-Ċek, biċ-Ċiniż, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġappuniż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Għarbi, bil-Ħindi, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Korean, bil-Kroat, bil-Malagasi, bin-Norveġiż, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bir-Russu, bis-Serbjan, bis-Sinhala, bis-Slovakk, bit-Taljan, bit-Tamil, bit-Tork, bl-Ukranjan, u bl-Ungeriż.
◼ Qed tintbagħat provvista adegwata taʼ formoli għall-użu matul is-sena taʼ servizz 2002 lil kull kongregazzjoni. Jekk jogħġobkom użaw dawn il-formoli bil-għaqal. Għandhom jintużaw biss għall-iskop intenzjonat għalihom.
◼ L-inventarju annwali tal-letteratura u r-rivisti kollha disponibbli għandu jsir fil-31 t’Awissu, 2001 jew kemm jistaʼ jkun qrib dik id-data. Dan l-inventarju huwa simili għal dak li jagħmel il-koordinatur tal-letteratura meta kull xahar jgħodd kollox, u t-totali jridu jitniżżlu fil-formola taʼ l-Inventarju tal-Letteratura (S-18). L-ammont totali taʼ rivisti disponibbli jistaʼ jinkiseb mill-aħwa inkarigati mir-rivisti f’kull kongregazzjoni fil-grupp tal-letteratura. Il-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni se tirċievi tliet formoli taʼ l-Inventarju tal-Letteratura (S-18). Jekk jogħġobkom ibagħtu l-oriġinal bil-posta lill-uffiċċju tas-Soċjetà f’Malta mhux iktar tard mis-6 taʼ Settembru. Żommu kopja għall-files tagħkom. It-tielet kopja tistaʼ tintuża bħala karta biex taħdmu fuqha. Is-segretarju tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni għandu jiċċekkja l-inventarju. Hu u l-indokratur li jippresiedi tal-kongregazzjoni li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mbagħad jiffirmaw il-formola.
◼ B’seħħ mill-1 taʼ Settembru, 2001, It-Torri taʼ l-Għassa bis-Swaħili se jkun disponibbli f’edizzjoni b’tipa kbira.
◼ Stenbaħ! bil-Ġappuniż huwa issa disponibbli fuq l-audiocassette.
◼ B’seħħ minn din is-sena, il-pijunieri regulari mhux se jikkwalifikaw biex jattendu l-Iskola tas-Servizz taʼ Pijunier jekk ikunu għadhom m’għalqux taʼ l-inqas is-16-il sena sa l-1 taʼ Settembru tas-sena li fiha jattendu l-iskola. Issir eċċezzjoni jekk il-ġenitur pijunier tal-minorenni jikkwalifika biex jattendi għall-istess klassi.