Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-7 taʼ Mejju sa l-20 t’Awissu, 2001. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. It-talba msemmija f’Neħemija 2:4 kienet waħda taʼ malajr, fl-aħħar minuta. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 25 par. 8.]
2. Il-kelma “kongregazzjoni” hija tradotta mill-kelma Griega ek·kle·siʹa, u dan it-terminu jinkorpora l-ideat taʼ solidarjetà u appoġġ lejn xulxin. [w-MT99 5/15 pġ. 25 par. 4]
3. Dawk kollha li jħaddnu l-verità għandhom il-privileġġ li jxandru l-aħbar tajba b’mod regulari. Dan hu x-xogħol bażiku li Ġesù ta lid-dixxipli tiegħu biex jagħmlu. [td 44A]
4. Fiż-żmien meta Ġob kien ħaj, hu kien l-uniku bniedem leali lejn Jehovah. (Ġob 1:8) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w92 8/1 pġ. 31 pari. 3-4.]
5. Il-fatt li Sawl, jew Pawlu, kien imantni lilu nnifsu billi kien jagħmel it-tined juri li kien taʼ klassi baxxa. (Atti 18:2, 3) [w-MT99 5/15 pġ. 30 par. 2–pġ. 31 par. 1]
6. Għalkemm David għamel xi dnubiet serji, Jehovah setaʼ jgħid li hu “kien jimxi warajja b’qalbu kollha” minħabba l-attitudnijiet u l-kwalitajiet tajbin tan-niedem David. (1 Slat. 14:8) [w-MT99 6/15 pġ. 11 par. 4]
7. Sakemm dak li nwiegħdu ma jmurx kontra l-iskrittura, għandna nagħmlu dak kollu li nistgħu sabiex inwettqu l-wegħdi tagħna anki jekk iktar tard nindunaw li jkun diffiċli li nagħmlu hekk. (Salm 15:4) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 9/15 pġ. 28 par. 5.]
8. Salm 22:2 [22:1, New World Translation] jurina li x’ħin kien taħt pressjoni David għall-mument tilef il-fidi tiegħu. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 8/15 pġ. 20 par. 19.]
9. Kristjan jistaʼ “jaqaʼ ” f’termini taʼ frustrazzjonijiet, diżappunti, u taqlibiet legali u finanzjarji, iżda hu mhux se jiġi “mixħut ’l isfel” spiritwalment għalkollox. (Salm 37:23, 24, NW) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT87 2/1 pġ. 20 par. 14.]
10. Ġenesi kapitlu 1 jgħallem li Alla ħalaq kollox fuq din l-art f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa. [td 8b]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. Esdra u l-assistenti tiegħu kif “fissru” l-Liġi? (Neħ. 8:8) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 26 par. 4.]
12. Minn xiex jiġi “l-ferħ tal-Mulej”? (Neħ. 8:10) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 26 par. 9.]
13. Għala dawk li “minn rajhom iddeċidew li joqogħdu Ġerusalemm” tbierku? (Neħ. 11:2) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 26 par. 12.]
14. Għala Ester ma qaltlux mill-ewwel lis-sultan dwar l-intenzjoni speċifika tagħha? (Est. 5:6-8) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 3/15 pġ. 24 par. 18.]
15. Liema żewġ mistoqsijiet importanti jitwieġbu fil-ktieb taʼ Ġob? [si pġ. 95 par. 1]
16. Għala l-parir taʼ Elifaż qatagħlu qalbu lil Ġob u ma inkuraġġiehx? (Ġob 21:34; 22:2, 3) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w95 2/15 pġ. 27 pari. 5-6.]
17. Salm x’inhu? [si pġ. 101 par. 2]
18. Dwar liema ħaġa l-ġnus ikomplu “jreddnu għal xejn,” bħalma hemm imniżżel f’Salm 2:1? [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 8/15 pġ. 20 par. 5.]
19. Liema lezzjoni prattika nistgħu nitgħallmu dwar l-imparzjalità mill-ministeru taʼ Filippu fejn jidħlu s-Samaritani u l-uffiċjal Etjopjan? (Atti 8:6-13, 26-39) [w-MT99 7/15 pġ. 25 par. 2]
20. Kif urieha Ġob il-konvinzjoni tiegħu li Alla setaʼ jirxoxtah mill-qabar, li hu kien iħares lejh bħala post fejn setaʼ jeħles mill-problemi tiegħu? (Ġob 14:7, 13-15) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 5/15 pġ. 27 par. 7–pġ. 28 par. 1.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. Ester 8:17 jgħid li l-ġnus kienu qed jgħidu li “saru Lhud”; bl-istess mod illum, ․․․․․․․․ taʼ “nagħaġ oħra” ħadu l-waqfa tagħhom maġenb il-․․․․․․․․. (Apk. 7:9; Ġw. 10:16; Żak. 8:23) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 3/15 pġ. 25 par. 14.]
22. Bħalma jindika Atti 1:7, għalkemm Jehovah huwa konxju ħafna taż-․․․․․․․․, jum ir-rendikont tiegħu se jasal bħal ․․․․․․․․, meta n-nies ma jkunux qed jistennewh. (2 Pt. 3:10) [w-MT99 6/1 pġ. 5 pari. 2-3]
23. Il-ħajja taʼ Sawl bħala raġel ․․․․․․․․ nbidlet kompletament meta ntwera ․․․․․․․․ u sar l-“għodda magħżula” taʼ Sidna Ġesù Kristu. [w-MT99 5/15 pġ. 29 par. 2]
24. Komunikazzjoni bnina tintgħamel possibbli permezz taʼ fidi f’xulxin, fiduċja, u fehma reċiproka u dawn il-kwalitajiet jirriżultaw meta ż-żwieġ jitqies bħala relazzjoni ․․․․․․․․ u meta jkun hemm ․․․․․․․․ ġenwina li dan jirnexxi. [w-MT99 7/15 pġ. 21 par. 3]
25. Influwenza pożittiva minn dawk taʼ madwarna tistaʼ tgħinna npoġġu l-ħtiġijiet morali u spiritwali tagħna fil-․․․․․․․․ u b’hekk tgħinna naqdu lil Jehovah ․․․․․․․․. [w-MT99 8/1 pġ. 24 par. 4]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Li Mordekaj “kien joqgħod ħdejn il-bieb tal-palazz” jindika li hu kien (il-gwardja persunali tas-sultan; wieħed mill-uffiċjali tas-sultan Assweru; qed jistenna biex ikellem lis-sultan). (Est. 2:19, 20) [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 3/15 pġ. 24 par. 9.]
27. Bħalma nsibu dokumentat f’Ġob 19:25-27, Ġob kien esprima fidi li kien se ‘jara ’l Alla’ billi kien se (jiġi premjat b’viżjoni; jiġi rxoxtat għall-ħajja fis-sema; jkollu l-għajnejn tal-fehma tiegħu miftuħin biex jara l-verità dwar Jehovah). [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT94 12/1 pġ. 14 par. 17.]
28. Lil Ġob niftakruh l-iktar (għall-imħabba tiegħu; għat-tjieba tiegħu; għas-sabar tiegħu). (Ġak. 5:11) [si pġ. 100 par. 41]
29. Il-kitba tal-ktieb tas-Salmi damet sejra kważi (tliet mitt; ħames mitt; elf) sena. [si pġ. 101 par. 4]
30. (David; Asaf; Esdra) b’mod evidenti kien l-aħħar wieħed li rranġa l-ktieb tas-Salmi. [si pġ. 102 par. 6]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Neħ. 3:5; Salm 12:3 [12:2, NW]; 19:8 [19:7, NW]; Ġw. 8:28; Eżek. 33:7-9
31. Aħna għandna minn jeddna noffru lilna nfusna u mhux bi kburija noqogħdu lura billi nħarsu lejn ix-xogħol iebes bħala xi ħaġa li tbaxxilna d-dinjità tagħna. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w86 2/15 pġ. 25 pari. 12, 19.]
32. Dak li jagħmel Ġesù huwa dejjem f’armonija totali mar-rieda taʼ Jehovah. [td 42C]
33. Ix-xogħol tax-xandir u li nagħmlu dixxipli huwa obbligu, ħtieġa, u ħajjitna stess tiddependi minnu. [td 44C]
34. Jekk aħna rridu li nkunu ħbieb t’Alla, irridu nkunu onesti mill-fond taʼ qalbna, mingħajr ipokrisija. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 9/15 pġ. 26 par. 7.]
35. L-ubbidjenza għal-liġi t’Alla tagħtina l-ħajja u tikkontribwixxi wkoll għall-benesseri tagħna. [Qari mill-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 10/1 pġ. 13 par. 4.]