LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/01 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2001
Il-Ministeru tas-Saltna—2001
km 10/01 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-​rivisti It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-​interess fiż-​żjajjar lura, offri l-​ktieb Għarfien jew il-​browxer X’Jirrikjedi, bil-​mira li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-​nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jintuża l-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq l-​Art jew Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. Diċembru: L-​Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Biex tbiddel tistaʼ tuża bħala offerta Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art jew Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja. Jannar: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.

◼ L-​insert f’din il-​ħarġa taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna intitolat “Skeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2002” għandu jinżamm bħala referenza għal matul l-​2002.

◼ Jekk il-​ħinijiet tal-​laqgħat għall-​kongregazzjoni tagħkom se jinbidlu mill-​1 taʼ Jannar, is-​segretarju tal-​kongregazzjoni għandu javża lill-​uffiċċju tas-​Soċjetà fil-​Mosta dwar it-​tibdil billi jimla l-​formola Congregation Meeting Information and Handbill Request (S-5). Jekk ikun hemm bżonn, tistaʼ tiġi ordnata provvista ġdida taʼ volantini fuq l-​istess formola. Il-​volantini għandhom jiġu ordnati għallinqas tnax-il ġimgħa qabel ma tkunu tixtiequ tirċivuhom.

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jibdew jordnaw il-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum—2002 flimkien maʼ l-​ordni tagħhom tal-​letteratura għal Ottubru. Din il-​pubblikazzjoni se tkun disponibbli bl-​Albaniż, bil-​Bulgaru, biċ-​Ċek, biċ-​Ċiniż, biċ-​Ċiniż (Simplifikat), bid-​Daniż, bil-​Finlandiż, bil-​Franċiż, bil-​Ġermaniż, bil-​Grieg, bl-​Għarbi, bl-​Ilokon, bl-​Ingliż, bl-​Ispanjol, bl-​Isvediż, bil-​Kroat, bil-​Malti, bl-​Olandiż, bir-​Russu, bit-​Tagalog, bit-​Taljan, bl-​Ukranjan, u bl-​Ungeriż. Sakemm din il-​pubblikazzjoni tkun disponibbli u tintbagħat bil-​baħar, se tkun tidher bħala “Pending” fuq il-​listi taʼ l-​ippakkjar tal-​kongregazzjoni. Il-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum irid jinkiseb b’ordni speċjali.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja