Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku Għall-2002
Istruzzjonijiet
Dawn li ġejjin se jkunu l-arranġamenti għall-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul l-2002.
MATERJAL BĦALA SORS: Il-Bibbja Għaqda Biblika Maltija, It-Tieni Edizzjoni (1996), It-Torri taʼ l-Għassa [w-MT], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni taʼ l-1990) [si], “Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni” [td-MT], u Reasoning From the Scriptures [rs] se jkunu l-bażi għall-inkarigi.
L-iskola għandha tibda FIL-ĦIN b’għanja, talba, u merħba fil-qosor. M’hemmx bżonn li jingħad bil-quddiem x’se jkun hemm fil-programm. Hekk kif l-indokratur taʼ l-iskola jintroduċi kull parti, se jsemmi s-suġġett li se jiġi żviluppat. Kompli kif ġej:
INKARIGU NRU. 1: 15-il minuta. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Meta jkun ibbażat fuq It-Torri taʼ l-Għassa, dan l-inkarigu għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ 15-il minuta mingħajr ebda reviżjoni orali; meta jkun ibbażat fuq il-ktieb “All Scripture,” għandu jsir bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ minn 10 sa 12-il minuta, segwita minn reviżjoni orali taʼ minn 3 sa 5 minuti billi jintużaw il-mistoqsijiet stampati fil-pubblikazzjoni. L-objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-materjal imma li l-attenzjoni tiġi ffokata fuq il-valur prattiku taʼ l-informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun taʼ l-iktar għajnuna għall-kongregazzjoni. Għandha tintuża t-tema murija.
L-aħwa rġiel inkarigati b’din it-taħdita għandhom joqogħdu attenti biex iżommu mal-ħin. Jistgħu jingħataw pariri fil-privat, jekk ikun hemm bżonn jew jekk il-kelliemi jitlob li dan isir.
PUNTI PRINĊIPALI MILL-QARI TAL-BIBBJA: 6 minuti. Dan għandu jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali li b’mod effettiv japplika l-materjal għall-bżonnijiet lokali. M’hemmx bżonn taʼ tema. Dan m’għandux ikun sempliċement sommarju tal-qari li għandu jsir. Tistaʼ tiġi inkluża reviżjoni ġenerali taʼ bejn 30 u 60 sekonda li tiġbor fiha l-kapitli li għandhom jinqraw. Madankollu, l-objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-udjenza tapprezza għala u kif l-informazzjoni hija taʼ valur għalina. L-istudenti mbagħad jintbagħtu lejn id-diversi klassijiet tagħhom mill-indokratur taʼ l-iskola.
INKARIGU NRU. 2: 5 minuti. Dan huwa qari mill-Bibbja tal-materjal assenjat li jrid jingħata minn ħu, kemm jekk l-istudent ikun fl-iskola prinċipali kif ukoll fit-tieni jew it-tielet skola. L-inkarigi tal-qari ġeneralment ikunu qosra biżżejjed biex l-istudent ikun jistaʼ jippreżenta xi informazzjoni qasira taʼ spjegazzjoni fir-rimarki tal-ftuħ u taʼ l-għeluq. Jistgħu jiġu inklużi l-isfond storiku, is-sinifikat profetiku jew duttrinali, u l-applikar taʼ prinċipji. Għandhom jinqraw il-versi assenjati kollha mingħajr ebda waqfien. M’għandniex xi ngħidu, meta l-versi li għandhom jinqraw ma jkunux eżatt wara xulxin, l-istudent jistaʼ jsemmi l-vers fejn ikompli l-qari.
INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. Is-suġġett għal din il-preżentazzjoni se jkun ibbażat fuq “Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni” jew minn Reasoning From the Scriptures. Jistaʼ jintuża kwalunkwe setting xieraq għat-territorju tagħkom, u l-parteċipanti jistgħu joqogħdu bil-qiegħda jew bil-wieqfa. L-indokratur taʼ l-iskola se jkun interessat partikolarment fil-mod kif l-istudenta tiżviluppa t-tema assenjata lilha u kif tgħin lill-inkwilina tirraġuna fuq l-iskritturi. L-istudenta li tiġi assenjata din il-parti għandha tkun taf taqra. L-indokratur taʼ l-iskola se jagħżel assistenta waħda, imma tistaʼ tintuża assistenta oħra. Huwa l-użu effettiv tal-materjal u mhux is-setting li għandu jingħata konsiderazzjoni l-iktar.
INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. Is-suġġett għal dan l-inkarigu se jkun ibbażat fuq “Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni” jew minn Reasoning From the Scriptures. Ħu jew oħt jistgħu jingħataw l-Inkarigu Nru. 4. Meta din il-parti tiġi assenjata lil ħu, għandha dejjem tkun taħdita. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tippreżentaha kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3.
SKEDA TAL-QARI TAL-BIBBJA: Kulħadd fil-kongregazzjoni huwa inkuraġġit li jsegwi l-iskeda tal-qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa, u dan ifisser li dak li jkun jaqra madwar paġna kuljum.
NOTA: Għal iktar informazzjoni u istruzzjoni rigward pariri, ħin, reviżjonijiet bil-miktub, u l-preparazzjoni taʼ l-inkarigi, jekk jogħġbok ara paġna 3 taʼ Il-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru 1996.
SKEDA
Jan. 7 Qari tal-Bibbja: Koħèlet 1-6
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ekkleżjasti (si pġi. 112-13 pari. 1-8)
Nru. 2: Koħèlet 4:1-16
Nru. 3: a‘Intom Temmnu fil-Fejqan?’ (rs pġ. 160 par. 6–pġ. 161 par. 1)
Nru. 4: Konna Aħna Lkoll Neżistu fil-Qasam taʼ l-Ispirti Qabel Ma Twelidna Bħala Bnedmin? (rs pġ. 161 par. 2–pġ. 162 par. 3)
Jan. 14 Qari tal-Bibbja: Koħèlet 7-12
Nru. 1: Ekkleżjasti—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 114 pari. 15-19)
Nru. 2: Koħèlet 8:1-17
Nru. 3: Kieku Adam Ma Dinibx, Kien maż-Żmien Se Jmur is-Sema? (rs pġ. 162 pari. 4-5)
Nru. 4: Persuna Trid Tmur is-Sema biex Ikollha Futur Verament Hieni? (rs pġ. 163 pari. 1-3)
Jan. 21 Qari tal-Bibbja: L-Għanja taʼ l-Għanjiet 1-8
Nru. 1: Introduzzjoni għall-Għanja taʼ Salamun u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 115-17 pari. 1-4, 16-18)
Nru. 2: Għanja taʼ l-Għanjiet 5:1-16
Nru. 3: Xi Jfisser l-1 Pietru 3:19, 20? (rs pġ. 163 par. 4)
Nru. 4: Xi Jfisser l-1 Pietru 4:6? (rs pġ. 163 par. 5)
Jan. 28 Qari tal-Bibbja: Isaija 1-6
Nru. 1: Introduzzjoni għal Isaija (si pġi. 118-19 pari. 1-8)
Nru. 2: Isaija 2:1-17
Nru. 3: Hija l-Ħajja fis-Sema t-Tama tal-Kristjani Kollha? (rs pġ. 164 pari. 1-3)
Nru. 4: X’Jgħid it-“Testment il-Ġdid” dwar il-Ħajja Eterna fuq l-Art? (rs pġ. 165 par.1–pġ. 166 par. 2)
Frar 4 Qari tal-Bibbja: Isaija 7-11
Nru. 1 Aħna Għandna Bżonn l-Organizzazzjoni taʼ Jehovah (w-MT00 1/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: Isaija 8:1-22
Nru. 3: Il-Bibbja lil Kemm Nies Tagħti t-Tama taʼ Ħajja fis-Sema? (rs pġ. 166 pari. 3-4)
Nru. 4: Huma l-144,000 Lhud Naturali Biss? (rs pġ. 166 par. 5–pġ. 167 par. 3)
Frar 11 Qari tal-Bibbja: Isaija 12-19
Nru. 1: Int Kif Tħares Lejk Innifsek? (w-MT00 1/15 pġi. 20-2)
Nru. 2: Isaija 17:1-14
Nru. 3: X’Inhi t-Tama Skritturali għall-“Kotra Kbira”? (rs pġ. 167 par. 4–pġ. 168 par. 1)
Nru. 4: X’Se Jagħmlu fis-Sema Dawk li Jmorru Hemm? (rs pġ. 168 pari. 2-6)
Frar 18 Qari tal-Bibbja: Isaija 20-26
Nru. 1: Stinka biex Issir Midħla taʼ Jehovah (w-MT00 1/15 pġi. 23-6)
Nru. 2: Isaija 22:1-19
Nru. 3: Tgħid il-Bibbja li r-Ruħ Tibqaʼ Ħajja Wara li l-Ġisem Imut? (rs pġ. 169 pari. 1-5)
Nru. 4: Liema Tip taʼ Nies Imorru fl-Infern tal-Bibbja? (rs pġ. 170 pari. 1-3)
Frar 25 Qari tal-Bibbja: Isaija 27-31
Nru. 1: Il-Persekutur Jara Dawl Kbir (w-MT00 1/15 pġi. 27-9)
Nru. 2: Isaija 29:1-14
Nru. 3: Qatt Xi Ħadd Joħroġ mill-Infern tal-Bibbja? (rs pġ. 170 par. 4–pġ. 171 par. 1)
Nru. 4: Hemm Kastig Etern għall-Ħżiena? (rs pġ. 171 par. 2–pġ. 172 par. 1)
Mar. 4 Qari tal-Bibbja: Isaija 32-37
Nru. 1: Suċċess Permezz tal-Perseveranza (w-MT00 2/1 pġi. 4-6)
Nru. 2: Isaija 33:1-16
Nru. 3: td-MT 1A Għala Alla Ma Japprovax il-Qima lill-Antenati
Nru. 4: X’Inhi l-‘Geħenna tan-Nar’ li Semma Ġesù? (rs pġ. 173 pari. 1-3)
Mar. 11 Qari tal-Bibbja: Isaija 38-42
Nru. 1: Pariri Għaqlin taʼ Omm (w-MT00 2/1 pġi. 30-1)
Nru. 2: Isaija 42:1-16
Nru. 3: X’Inhu l-Kastig għad-Dnub? (rs pġ. 174 pari. 1-4)
Nru. 4: td-MT 1B Il-Bnedmin Jistgħu Jingħataw Ġieħ, iżda Alla Biss Jingħata Qima
Mar. 18 Qari tal-Bibbja: Isaija 43-47
Nru. 1: Tidħolx fiż-Żona taʼ Periklu (w-MT00 2/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Isaija 44:6-20
Nru. 3: td-MT 2A Armageddon—Il-Gwerra biex Ittemm il-Ħażen
Nru. 4: Huwa l-Milied Ċelebrazzjoni Bbażata fuq il-Bibbja? (rs pġ. 176 pari. 1-4)
Mar. 25 Qari tal-Bibbja: Isaija 48-52
Nru. 1: Il-Qawwa li Għandu t-Talb (w-MT00 3/1 pġi. 3-4)
Nru. 2: Isaija 49:1-13
Nru. 3: Min Kienu l-Irġiel Għorrief, jew Maġi, li Tmexxew Lejn Ġesù Permezz taʼ Stilla? (rs pġ. 177 pari. 1-3)
Nru. 4: td-MT 2B Għala Armageddon Hija Att taʼ Mħabba minn Alla
Apr. 1 Qari tal-Bibbja: Isaija 53-59
Nru. 1: Infittxu lil Jehovah b’Qalb Imħejjija (w-MT00 3/1 pġi. 29-31)
Nru. 2: Isaija 54:1-17
Nru. 3: td-MT 3A L-Art—Maħluqa biex Tkun Ġenna
Nru. 4: X’Għandna Nkunu Nafu dwar iċ-Ċelebrazzjonijiet taʼ l-Għid u s-Sena l-Ġdida? (rs pġ. 179 par. 3–pġ. 180 par. 2)
Apr. 8 Qari tal-Bibbja: Isaija 60-66
Nru. 1: Isaija—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 123 pari. 34-9)
Nru. 2: Isaija 61:1-11
Nru. 3: Minfejn Ġejjin il-Btajjel b’Tifkira taʼ l-“Ispirti tal-Mejtin”? (rs pġ. 180 par. 3–pġ. 181 par. 3)
Nru. 4: td-MT 3B Il-Ħajja fuq l-Art M’Hi Se Tispiċċa Qatt
Apr. 15 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 1-4
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ġeremija (si pġ. 124 pari. 1-5)
Nru. 2: Ġeremija 2:4-19
Nru. 3: td-MT 4A Il-Bibbja Hija l-Kelma Mnebbħa t’Alla
Nru. 4: Jistgħu x-Xbihat Jintużaw Sempliċement biex Permezz Tagħhom Tingħata Qima lil Alla l-Veru? (rs pġ. 183 par. 5–pġ. 184 par. 4)
Apr. 22 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 5–8:22 (5:1–8:22, NW)
Nru. 1: Għala l-Umanità Għandha Bżonn Wieħed li Jgħinha (w-MT00 3/15 pġi. 3-4)
Nru. 2: Ġeremija 7:1-20
Nru. 3: Għandna Nqimu lill-“Qaddisin” Bħala Interċessuri m’Alla? (rs pġ. 184 par. 5–pġ. 185 par. 2)
Nru. 4: td-MT 4B Il-Bibbja—Gwida Prattika għal Żmienna
Apr. 29 Reviżjoni bil-Miktub. Qari tal-Bibbja: Ġeremija 8:23–13:27 (Ġeremija 9:1–13:27, NW)
Mej. 6 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 14-18
Nru. 1: Kif Ġesù Kristu Jistaʼ Jgħinna (w-MT00 3/15 pġi. 5-9)
Nru. 2: Ġeremija 17:1-18
Nru. 3: td-MT 4Ċ Il-Bibbja—Ktieb għan-Nies Kollha
Nru. 4: L-Użu tax-Xbihat fil-Qima X’Effett Jistaʼ Jkollu fuq il-Futur Tagħna Stess? (rs pġ. 187 pari. 1-4)
Mej. 13 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 19-23
Nru. 1: Il-Modestja—Kwalità li Tikkontribwixxi għall-Paċi (w-MT00 3/15 pġi. 21-4)
Nru. 2: Ġeremija 19:1-15
Nru. 3: Meta n-Nies Iwarrbu fil-Ġenb il-Livelli tal-Bibbja, Verament Jiksbu l-Libertà? (rs pġ. 187 par. 5–pġ. 188 par. 2)
Nru. 4: td-MT 5A It-Trasfużjonijiet tad-Demm Imorru Kontra l-Qdusija tad-Demm
Mej. 20 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 24-28
Nru. 1: Raġel Eżemplari li Aċċetta l-Korrezzjoni (w-MT00 3/15 pġi. 25-8)
Nru. 2: Ġeremija 25:1-14
Nru. 3: td-MT 5B Għandha l-Ħajja taʼ Individwu Tiġi Salvata Akkost taʼ Kollox?
Nru. 4: Min Ħeġġeġ lill-Bnedmin biex Jinjoraw il-Kmandi t’Alla? (rs pġ. 189 par. 3–pġ. 190 par. 1)
Mej. 27 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 29-31
Nru. 1: L-Ispirtu t’Alla Kif Jopera Llum? (w-MT00 4/1 pġi. 8-11)
Nru. 2: Ġeremija 30:1-16
Nru. 3: Liema Attitudnijiet Għandna Nevitaw? (rs pġ. 190 par. 2–pġ. 191 par. 1)
Nru. 4: td-MT 6A Il-Bniedem M’Huwiex Gwidat mid-Destin
Ġun. 3 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 32-35
Nru. 1: Ikseb il-Faraġ mill-Qawwa taʼ Jehovah (w-MT00 4/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Ġeremija 34:1-16
Nru. 3: td-MT 7A X’Inhu d-Dnub?
Nru. 4: Għaliex Ħafna Traduzzjonijiet tal-Bibbja Ma Jużawx l-Isem Persunali t’Alla? (rs pġ. 193 par. 8–pġ. 194 par. 4)
Ġun. 10 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 36-40
Nru. 1: Għandek Int l-Istess Ħarsa t’Alla Lejn Uħud Vjolenti? (w-MT00 4/15 pġi. 26-9)
Nru. 2: Ġeremija 37:1-17
Nru. 3: Liema Forma taʼ l-Isem Divin Hija Korretta, Jehovah jew Jaħweh? (rs pġ. 195 par. 1–pġ. 197 par. 7)
Nru. 4: td-MT 7B Għala Kulħadd Kellu Jbati mid-Dnub taʼ Adam?
Ġun. 17 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 41-45
Nru. 1: “Ħares Lil Qalbek” (w-MT00 5/15 pġi. 20-4)
Nru. 2: Ġeremija 41:1-15
Nru. 3: td-MT 7Ċ Il-Frotta Projbita Kienet id-Diżubbidjenza, Mhux l-Att Sesswali
Nru. 4: Liema Twemmin tax-Xhieda taʼ Jehovah Jagħmilhom Differenti minn Reliġjonijiet Oħrajn? (rs pġ. 199 par. 2–pġ. 200 par. 7)
Ġun. 24 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 46-49
Nru. 1: Ħajja Perfetta M’Hijiex Sempliċement Ħolma! (w-MT00 6/15 pġi. 5-7)
Nru. 2: Ġeremija 49:1-13
Nru. 3: Huma x-Xhieda taʼ Jehovah Reliġjon Amerikana? (rs pġ. 201 pari. 1-6)
Nru. 4: td-MT 7D X’Inhu Dnub Kontra l-Ispirtu Qaddis?
Lul. 1 Qari tal-Bibbja: Ġeremija 50-52
Nru. 1: Ġeremija—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 129 pari. 36-9)
Nru. 2: Ġeremija 50:1-16
Nru. 3: td-MT 8A Kemm Hu Importanti l-Fejqan Spiritwali?
Nru. 4: Ir-Reliġjon Vera Żżomm mal-Bibbja (rs pġ. 204 par. 1)
Lul. 8 Qari tal-Bibbja: Lamentazzjonijiet 1-2
Nru. 1: Introduzzjoni għal-Lamentazzjonijiet (si pġi. 130-1 pari. 1-7)
Nru. 2: Lamentazzjonijiet 1:1-14
Nru. 3: Ix-Xhieda taʼ Jehovah Kif Jaslu għall-Ispjegazzjoni Tagħhom tal-Bibbja? (rs pġ. 204 par. 2–pġ. 205 par. 3)
Nru. 4: td-MT 8B Is-Saltna t’Alla—Il-Mezz li Bih Se Jiġi l-Fejqan Fiżiku Permanenti
Lul. 15 Qari tal-Bibbja: Lamentazzjonijiet 3-5
Nru. 1: Lamentazzjonijiet—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 132 pari. 13-15)
Nru. 2: Lamentazzjonijiet 3:1-30
Nru. 3: td-MT 8Ċ Il-Fejqan bil-Fidi taʼ Żmienna Mhux Ġej minn Alla
Nru. 4: Għala x-Xhieda taʼ Jehovah Jiġu Persegwitati? (rs pġ. 207 pari. 1-2)
Lul. 22 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 1-6
Nru. 1: Introduzzjoni għal Eżekjel (si pġi. 132-3 pari. 1-6)
Nru. 2: Eżekjel 4:1-17
Nru. 3: b‘Għala Ma Tinvolvux Ruħkom f’li Tagħmlu d-Dinja Post Aħjar biex Ngħixu Fih?’ (rs pġ. 207 par. 3–pġ. 208 par. 2)
Nru. 4: td-MT 8D Huwa l-Fatt li Titkellem bil-Lingwi Prova Ċerta tal-Favur t’Alla
Lul. 29 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 7-12
Nru. 1: Ibbenefika mill-Eżempji Tajbin (w-MT00 7/1 pġi. 19-21)
Nru. 2: Eżekjel 10:1-19
Nru. 3: td-MT 9A Il-Ħarsa Kristjana Lejn iċ-Ċelebrazzjonijiet
Nru. 4: Kien Ġesù Kristu Sempliċement Raġel Tajjeb? (rs pġ. 210 par. 1)
Awis. 5 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 13-16
Nru. 1: Int Tistaʼ Tibqa Safi f’Dinja Immorali (w-MT00 7/15 pġi. 28-31)
Nru. 2: Eżekjel 13:1-16
Nru. 3: Kien Ġesù Sempliċement Mexxej Reliġjuż bħall-Oħrajn? (rs pġ. 210 par. 2)
Nru. 4: td-MT 10A Il-Ħajja Umana taʼ Ġesù Tħallset Bħala l-“Prezz tal-Fidwa għal Kulħadd”
Awis. 12 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 17–21:5 (17:1–20:49, NW)
Nru. 1: Għala Għandna Nirrispettaw l-Awtorità? (w-MT00 8/1 pġi. 4-7)
Nru. 2: Eżekjel 17:1-18
Nru. 3: td-MT 10B Għala l-Prezz tal-Fidwa Kien Eżatt il-Prezz Meħtieġ
Nru. 4: Ġwanni 1:1 Jagħti Prova li Ġesù Hu Alla? (rs pġ. 212 pari. 4-6)
Awis. 19 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 21:6–23:49 (21:1–23:49, NW)
Nru. 1: Kif Taġixxi Meta Jkollok Nuqqas taʼ Qbil? (w-MT00 8/15 pġi. 23-5)
Nru. 2: Eżekjel 22:1-16
Nru. 3: L-Istqarrija taʼ Tumas fi Ġwanni 20:28 Tagħti Prova li Ġesù Tassew Hu Alla? (rs pġ. 213 pari. 1-3)
Nru. 4: td-MT 11A Ġesù Kristu—L-Iben t’Alla u s-Sultan Maħtur
Awis. 26 Reviżjoni bil-Miktub. Qari tal-Bibbja: Eżekjel 24-28
Sett. 2 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 29-32
Nru. 1: Għala Tissagrifika Lilek Innifsek? (w-MT00 9/15 pġi. 21-4)
Nru. 2: Eżekjel 30:1-19
Nru. 3: td-MT 11B Għala t-Twemmin f’Ġesù Huwa Essenzjali għas-Salvazzjoni
Nru. 4: Il-Fatt li Ġesù Jingħata Qima Jagħti Prova li Hu Alla? (rs pġ. 214 par. 6–pġ. 215 par. 2)
Sett. 9 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 33-36
Nru. 1: Kif Tistaʼ Tħossok Qrib t’Alla (w-MT00 10/15 pġi. 4-7)
Nru. 2: Eżekjel 33:1-16
Nru. 3: Il-Mirakli li Wettaq Ġesù Jagħtu Prova li Hu Alla? (rs pġ. 215 par. 3–pġ. 216 par. 1)
Nru. 4: td-MT 11Ċ Biżżejjed li Sempliċement Nemmnu b’Ġesù biex Insalvaw?
Sett. 16 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 37-40
Nru. 1: X’Ifisser Għalik is-Suċċess? (w-MT00 11/1 pġi. 18-21)
Nru. 2: Eżekjel 39:1-16
Nru. 3: td-MT 12A Ħajja taʼ Dejjem M’Hijiex Biss Ħolma
Nru. 4: Għandu Ġesù l-Ġisem Tiegħu tal-Laħam fis-Sema? (rs pġ. 217 pari. 2-5)
Sett. 23 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 41-45
Nru. 1: Aqdi lil Alla minn Qalbek u minn Rajk (w-MT00 11/15 pġi. 21-3)
Nru. 2: Eżekjel 42:1-20
Nru. 3: Huwa Ġesù Kristu l-Istess Persuna taʼ Mikiel l-Arkanġlu? (rs pġ. 218 pari. 1-3)
Nru. 4: td-MT 12B Min Imur is-Sema?
Sett. 30 Qari tal-Bibbja: Eżekjel 46-48
Nru. 1: Eżekjel—Għala taʼ Benefiċċju (si pġ. 137 pari. 29-33)
Nru. 2: Eżekjel 46:1-15
Nru. 3: td-MT 12Ċ L-Għadd taʼ Dawk li Jirċievu Ħajja taʼ Dejjem fuq l-Art Hu bla Limitu
Nru. 4: c‘Jien Aċċettajt lil Ġesù Bħala s-Salvatur Persunali Tiegħi’ (rs pġ. 220 par. 1)
Ott. 7 Qari tal-Bibbja: Danjel 1-4
Nru. 1: Introduzzjoni għal Danjel (si pġi. 138-9 pari. 1-6)
Nru. 2: Danjel 1:1-17
Nru. 3: Huma l-Lhud Naturali taʼ Llum il-Poplu Magħżul t’Alla? (rs pġ. 220 par. 2–pġ. 221 par. 4)
Nru. 4: td-MT 13A Min Hu Responsabbli għall-Inkwiet tad-Dinja?
Ott. 14 Qari tal-Bibbja: Danjel 5-8
Nru. 1: Għandek Dejjem Temmen Bilfors Dak li Jgħidu l-“Għorrief”? (w-MT00 12/1 pġi. 29-31)
Nru. 2: Danjel 5:1-16
Nru. 3: td-MT 13B Alla Għala Jippermetti l-Ħażen?
Nru. 4: Huma l-Affarijiet li Qed Jiġru f’Iżrael Illum Evidenza tat-Twettiq tal-Profezija Biblika? (rs pġ. 223 par. 2–pġ. 224 par. 2)
Ott. 21 Qari tal-Bibbja: Danjel 9-12
Nru. 1: Danjel—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 141-2 pari. 19-23)
Nru. 2: Danjel 10:1-21
Nru. 3: Il-Profeziji dwar ir-Restawrazzjoni taʼ Iżrael Għandhom Twettiq Illum? (rs pġ. 224 par. 3–pġ. 225 par. 3)
Nru. 4: td-MT 13Ċ Iż-Żmien Imtawwal tat-Tmiem Huwa Provvediment taʼ Ħniena
Ott. 28 Qari tal-Bibbja: Hosegħa 1-14
Nru. 1: Introduzzjoni għal Hosegħa u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 143-5 pari. 1-8, 14-17)
Nru. 2: Hosegħa 4:1-19
Nru. 3: td-MT 13D Ir-Rimedju għall-Inkwiet tad-Dinja Mhux mill-Bniedem
Nru. 4: Liema Effett Se Jkollha s-Saltna t’Alla fuq il-Gvernijiet Umani? (rs pġ. 227 pari. 1-2)
Nov. 4 Qari tal-Bibbja: Ġoel 1-4 (1:1–3:21, NW)
Nru. 1: Introduzzjoni għal Ġoel u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 146-8 pari. 1-5, 12-14)
Nru. 2: Ġoel 1:1-20
Nru. 3: Is-Saltna t’Alla Se Tqaddes l-Isem taʼ Jehovah (rs pġ. 227 pari. 3-5)
Nru. 4: td-MT 14A Ix-Xjenza Bbażata fuq il-Provi Tappoġġa r-Rakkont tal-Bibbja dwar il-Ħolqien
Nov. 11 Qari tal-Bibbja: Għamos 1-9
Nru. 1: Introduzzjoni għal Għamos u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 148-50 pari. 1-6, 13-17)
Nru. 2: Għamos 1:1-15
Nru. 3: td-MT 14B Kien Kull Jum tal-Ħolqien Perijodu taʼ 24 Siegħa?
Nru. 4: Is-Saltna t’Alla Se Tipprovdi Ikel għal Kulħadd u Se Tneħħi il-Mard Għalkollox (rs pġ. 229 pari. 3-5)
Nov. 18 Qari tal-Bibbja: Għabdija 1–Ġona 4
Nru. 1: Introduzzjoni Għal Għabdija u Ġona u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 151-3 pari. 1-5, 10-14; pġi. 153-5 pari. 1-4, 9-12)
Nru. 2: Għabdija 1:1-16
Nru. 3: Is-Saltna t’Alla Se Tipprovdi Djar, Xogħol, u Sigurtà għal Kulħadd (rs pġ. 229 par. 6–pġ. 230 par. 2)
Nru. 4: td-MT 15A L-Infern M’Huwiex Post taʼ Turment
Nov. 25 Qari tal-Bibbja: Mikea 1-7
Nru. 1: Introduzzjoni għal Mikea u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 155-8 pari. 1-8, 16-19)
Nru. 2: Mikea 1:1-16
Nru. 3: td-MT 15B In-Nar Huwa Simbolu taʼ Qerda Totali
Nru. 4: Is-Saltna t’Alla Se Tipprovdi Dinja Kollha Mħabba u Armonija (rs pġ. 231 pari. 4-6)
Diċ. 2 Qari tal-Bibbja: Naħum 1–Ħabakkuk 3
Nru. 1: Introduzzjoni għal Naħum u Ħabakkuk u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 158-60 pari. 1-7, 11-12; pġi. 161-3 pari. 1-5, 12-14)
Nru. 2: Naħum 3:1-19
Nru. 3: Is-Saltna t’Alla Se Tagħmel l-Art Ġenna (rs pġ. 232 pari. 1-3)
Nru. 4: td-MT 15Ċ Ir-Rakkont tar-Raġel Għani u Lazzru Ma Jagħtix Prova tat-Turment Etern
Diċ. 9 Qari tal-Bibbja: Sofonija 1–Ħaggaj 2
Nru. 1: Introduzzjoni għal Sofonija u Ħaggaj u Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 163-6 pari. 1-6, 10-12; pġi. 166-8 pari. 1-7, 13-16)
Nru. 2: Sofonija 2:1-15
Nru. 3: td-MT 16A Il-Kristjani Għandhom Jużaw l-Isem Persunali t’Alla
Nru. 4: d‘Is-Saltna t’Alla Mhix Ġejja fi Żmieni’ (rs pġ. 233 par. 4–pġ. 234 par. 1)
Diċ. 16 Qari tal-Bibbja: Żakkarija 1-8
Nru. 1: Introduzzjoni għal Żakkarija (si pġi. 168-9 pari. 1-7)
Nru. 2: Żakkarija 6:1-15
Nru. 3: X’Jurina li Qegħdin Ngħixu fl-Aħħar Jiem? (rs pġ. 234 par. 2)
Nru. 4: td-MT 16B Veritajiet dwar l-Eżistenza t’Alla
Diċ. 23 Qari tal-Bibbja: Żakkarija 9-14
Nru. 1: Żakkarija—Għala taʼ Benefiċċju (si pġi. 171-2 pari. 23-7)
Nru. 2: Żakkarija 9:1-17
Nru. 3: td-MT 16Ċ Nidentifikaw l-Attributi t’Alla
Nru. 4: X’Tindika ż-Żjieda fil-Ksur tal-Liġi? (rs pġ. 237 pari 1-2)
Diċ. 30 Reviżjoni bil-Miktub. Qari tal-Bibbja: Malakija 1-3 (1-4, NW)
[Noti taʼ taħt]
a Skond ma jippermetti l-ħin, l-istudent għandu jwieġeb għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn, sabiex jilħaq il-bżonn fit-territorju.
b Skond ma jippermetti l-ħin, l-istudent għandu jwieġeb għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn, sabiex jilħaq il-bżonn fit-territorju.
c Skond ma jippermetti l-ħin, l-istudent għandu jwieġeb għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn, sabiex jilħaq il-bżonn fit-territorju.
d Skond ma jippermetti l-ħin, l-istudent għandu jwieġeb għal dak li jistaʼ jsostni l-inkwilin, l-oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn, sabiex jilħaq il-bżonn fit-territorju.