Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 8 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-Ministeru tas-Saltna. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jara l-vidjo United by Divine Teaching (Magħqudin Permezz taʼ Tagħlim Divin) bħala preparazzjoni għad-diskussjoni fil-Laqgħa tas-Servizz għall-ġimgħa tat-22 t’Ottubru. Uża s-suġġeriment f’paġna 8, u ħejji turija taʼ preżentazzjoni qasira billi tuża It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 t’Ottubru.
35 min: “Qiegħed Tapplika Dak li Tgħallimt fil-Konvenzjoni Distrettwali ‘Għalliema tal-Kelma t’Alla’?” Diskussjoni maʼ l-udjenza dwar il-programm tal-konvenzjoni li għandha titmexxa mill-ħu li jikkonduċi l-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa. Wara introduzzjoni taʼ minuta, ħalli minn 10-12-il minuta għall-programm taʼ kull ġurnata. Ippreżenta fil-qosor il-punti prinċipali taħt kull sottitlu, u mbagħad stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar (1) kif stinkaw biex japplikaw it-tagħlim, (2) kif ibbenefikaw billi għamlu dan, u (3) xi jħossu li għandhom bżonn jagħmlu iktar. Uża mistoqsijiet li jġagħluhom jaħsbu biex tqanqal diskussjoni vivaċi. Għin lil kulħadd biex jagħraf il-bżonn taʼ li japplika dak li tgħallem.
Għanja 151 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 15 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Għandek Int “Qalb Ubbidjenti”? (1 Slat. 3:9, NW) Taħdita minn anzjan, ibbażata fuq it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju, 1998, paġni 29-31. Iddiskuti modi li bihom nistgħu nuru l-ubbidjenza meta naħdmu mal-kongregazzjoni.
20 min: Uża r-Rivisti Tagħna Tajjeb. L-indokratur tas-servizz u l-ħu inkarigat mir-rivisti jiddiskutu t-tħassib tagħhom fuq il-mod kif qed jitqassmu r-rivisti lokalment. Isemmu l-ammont taʼ kopji li tirċievi l-kongregazzjoni kull xahar u jqabbluhom man-numru li jiġu rapportati bħala li tqassmu. Jidher ċar, li xi ftit rivisti qed jintrefgħu jew qed jintremew. Kif jistgħu l-pubblikaturi jużaw aħjar ir-rivisti tagħna? L-aħwa jiddiskutu s-sebaʼ punti li jinsabu fil-parti tal-Laqgħa tas-Servizz “Kun Konxju taʼ l-Importanza tar-Rivisti!” għall-ġimgħa li tibda 4 t’Ottubru, 1999. Jirrivedu l-esperjenza f’It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Frar, 1998, paġni 28-9, u jikkunsidraw xi modi kif is-suġġerimenti jistgħu jintużaw lokalment. Kulħadd huwa mħeġġeġ biex jipprova l-eżempji taʼ preżentazzjonijiet li jidhru kull xahar f’Il-Ministeru tas-Saltna.
Għanja 156 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 22 t’Ottubru
10 min: Avviżi lokali. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ żewġ preżentazzjonijiet qosra bir-rivisti, f’waħda uża It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Novembru u fl-oħra uża Stenbaħ! tat-8 taʼ Novembru.
10 min: Kieku Int Kif Twieġeb? Fil-qosor iġbed l-attenzjoni lejn paġni 204-5 fil-ktieb Reasoning, fejn hemm tweġiba ċara għall-mistoqsija, “Ix-Xhieda taʼ Jehovah kif jaslu għall-ispjegazzjoni tagħhom tal-Bibbja?” Ippreżenta turija preparata sew taʼ kif inwieġbu għal din il-mistoqsija fuq żjara lura, u għandha tiġi segwita minn stedina mill-qalb sabiex l-inkwilin jattendi l-laqgħat tal-kongregazzjoni.
25 min: “United by Divine Teaching—Ħarsa Lejn l-Unità Vera bħal Dik taʼ bejn l-Aħwa.” Diskussjoni maʼ l-udjenza. Uża l-ewwel u l-aħħar paragrafi biex tintroduċi u tagħlaq il-parti. Sabiex tqanqal diskussjoni vivaċi tal-vidjo, staqsi kull mistoqsija li hemm provduta. Jekk xi wħud fil-kongregazzjoni attendew xi konvenzjonijiet f’pajjiżi oħrajn, itlobhom jaqsmu dak li ħassew wara li raw b’għajnejhom stess id-daqs u l-unità internazzjonali taʼ l-organizzazzjoni tagħna. Inkella, inkariga lil xi wħud biex jirrakkontaw mill-qalb l-esperjenzi li hemm fin-1994 Yearbook, paġni 7-9, u fin-1995 Yearbook, paġni 8-11. F’Diċembru se niddiskutu l-vidjo To the Ends of the Earth (Sa Truf l-Art).
Għanja 47 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 29 t’Ottubru
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Ottubru. L-offerta taʼ letteratura għal Novembru hija l-browxer X’Jirrikjedi u l-ktieb Għarfien. Uri din il-preżentazzjoni qasira: “F’dawn iż-żminijiet meta l-ekonomija hija batuta, ħafna nies qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ħajja. Taħseb li l-gvernijiet umani se jsolvu din il-problema b’tali mod li jaqbel għal kulħadd? [Agħti ċans għal tweġiba.] Jien sibt din il-wegħda fil-Bibbja tant inkuraġġanti.” Aqra Salm 72:12-14. Imbagħad offri l-browxer X’Jirrikjedi jew il-ktieb Għarfien, u inkludi kumment addattat mill-pubblikazzjoni.
15 min: Bżonnijiet lokali.
18 min: “Kemm Tiekol Sew Spiritwalment?”a Stieden lill-udjenza biex iżżid xi kummenti mill-Watchtower tal-15 t’April, 1997, paġni 28-31, ħalli jispjegaw kif u għala għandna nistinkaw iebes biex inżommu drawwiet tajbin fejn jidħol l-ikel spiritwali.
Għanja 181 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 5 taʼ Novembru
10 min: Avviżi lokali.
20 min: Preparazzjoni għal-Laqgħat mal-Familja. Missier jiddiskuti mal-familja tiegħu kif kollha kemm huma jistgħu jippreparaw ħalli jagħtu sehem tajjeb fil-laqgħat. Bl-użu tal-linji taʼ gwida li hemm fit-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 taʼ Lulju, 1999, paġni 19-20, paragrafu 9, jippreparaw il-kummenti li jistgħu jagħtu fl-Istudju tat-Torri taʼ l-Għassa taʼ din il-ġimgħa. (1) Kull membru tal-familja jagħżel mistoqsija jew tnejn fuqiex jikkummenta. (2) Wara li jirrivedu l-paragrafi konċernati, huma jifformaw il-kummenti fi kliemhom. (3) Jagħżlu l-iskritturi prinċipali li huma ċitati, jiddiskutu kif kull waħda għandha x’taqsam mas-suġġett, u jippjanaw x’se jgħidu sabiex japplikawhom għal dak li tgħallmu. Kollha jinsabu ħerqana biex jipparteċipaw fil-laqgħa.
15 min: “Programm Ġdid għall-Assemblea tas-Circuit.” Taħdita. Ħabbar id-data taʼ l-assemblea tas-circuit li jmiss. Kulħadd għandu jagħmel sforz speċjali biex jistieden lill-istudenti tal-Bibbja. Ħeġġeġ lill-pubblikaturi mhux mgħammdin biex jaħsbu bis-serjetà dwar li jissimbolizzaw id-dedikazzjoni tagħhom lil Jehovah fl-assemblea li jmiss. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jattendi s-sessjonijiet kollha kuljum.
Għanja 186 u talba taʼ l-għeluq.
[Notai taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.