LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 1/02 p. 7
  • Avviżi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Avviżi
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 1/02 p. 7

Avviżi

◼ Offerta taʼ letteratura għal Jannar: Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art. Frar: Kwalunkwe ktieb ieħor li l-​kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. Marzu: Għarfien Li Jwassal Għall-​Ħajja Taʼ Dejjem. Se jsir sforz speċjali biex jinbdew studji tal-​Bibbja fid-​djar. April: Ir-​rivisti t-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Fejn jinstab l-​interess fiż-​żjajjar lura, offri l-​browxer X’Jirrikjedi, bil-​mira li tibda studji tal-​Bibbja fid-​djar.

◼ Il-​pubblikaturi mgħammdin kollha preżenti għal-​Laqgħa tas-​Servizz fil-​ġimgħa taʼ l-​14 taʼ Jannar, jistgħu jiksbu d-​dokument Advance Medical Directive/Release u l-​Identity Card għal uliedhom.

◼ B’seħħ mill-​bidu taʼ Frar, u mhux iktar tard mit-​3 taʼ Marzu, it-​taħdita pubblika l-​ġdida għall-​indokraturi tas-​circuit se tkun “Insibu s-​Sigurtà f’Dinja Mimlija Perikli.”

◼ Il-​kongregazzjonijiet għandhom jagħmlu arranġamenti konvenjenti biex josservaw il-​Mafkar din is-​sena nhar il-​Ħamis, 28 taʼ Marzu, wara nżul ix-​xemx. Għalkemm it-​taħdita tistaʼ tibda iktar kmieni, it-​tqassim taʼ l-​emblemi m’għandux jibda qabel inżul ix-​xemx. Iċċekkjaw maʼ sorsi lokali biex tiddeterminaw meta jkun se jseħħ inżul ix-​xemx fil-​lokalità tagħkom. Għalkemm huwa mixtieq li kull kongregazzjoni jkollha ċ-​ċelebrazzjoni tal-​Mafkar tagħha stess, dan mhux dejjem jistaʼ jkun possibbli. Fejn normalment għadd taʼ kongregazzjonijiet jużaw l-​istess Sala tas-​Saltna, forsi kongregazzjoni waħda jew iktar jistgħu jiksbu l-​użu taʼ xi faċilità oħra għal dik il-​lejla. Fejn ikun possibbli, nissuġġerixxu minn taʼ l-​inqas 40 minuta bejn kull programm sabiex kulħadd ikun jistaʼ jibbenefika bis-​sħiħ mill-​okkażjoni, billi jkun hemm biżżejjed ħin biex niltaqgħu mal-​viżitaturi u ninkuraġġixxu lil uħud ġodda interessati. Għandha tingħata konsiderazzjoni għall-​problemi tat-​traffiku u taʼ l-​ipparkjar, inkluż il-​fatt li l-​passiġġieri jkunu deħlin u ħerġin mill-​karozzi. Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani għandha tiddeċiedi liema arranġamenti jkunu l-​aħjar lokalment.

◼ Meta kull xahar l-​indokratur li jippresiedi jirċievi l-​ittra li tinformah li l-​kontribuzzjonijiet għax-​xogħol mad-​dinja kollha u fondi oħra jkunu waslu, għandu jaqraha lill-​kongregazzjoni mar-​rapport tal-​kontijiet li jkun imiss.

◼ Stenbaħ! biċ-​Ċiniż u ċ-​Ċiniż Simplifikat minn darbtejn fix-​xahar se jibda joħroġ darba fix-​xahar.

◼ Stenbaħ! bis-​Cibemba minn darba fix-​xahar se jibda joħroġ kull tliet xhur.

◼ It-​Torri taʼ l-​Għassa bl-​Armenjan minn darbtejn fix-​xahar se jibda joħroġ darba fix-​xahar.

◼ B’seħħ mill-​ħarġiet taʼ Jannar 2002 It-​Torri taʼ l-​Għassa (darbtejn fix-​xahar) u Stenbaħ! (darba fix-​xahar) se jkunu disponibbli kemm bil-​Papiamento (Curaçao) u kemm bil-​Papiamento (Aruba).

◼ B’seħħ mill-​ħarġa taʼ Jannar 2002, It-​Torri taʼ l-​Għassa se jkun disponibbli bil-​Kreol Mawrizjan bħala edizzjoni taʼ darba fix-​xahar.

◼ B’seħħ mill-​ħarġa taʼ l-​1 taʼ Jannar, 2002, edizzjoni b’tipa kbira taʼ It-​Torri taʼ l-​Għassa se tkun disponibbli bil-​Kroat u bin-​Norveġiż.

◼ Stenbaħ! biż-​Żulu minn darbtejn fix-​xahar se jibda joħroġ darba fix-​xahar.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja