Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Reviżjoni mingħajr l-użu tal-kotba fuq il-materjal mgħoddi fl-inkarigi taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-ġimgħat mis-7 taʼ Jannar sat-22 t’April, 2002. Uża karta separata biex tikteb it-tweġibiet tal-mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-ħin assenjat.
[Nota: Matul ir-reviżjoni bil-kitba, il-Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-referenzi li ssib wara l-mistoqsijiet huma għar-riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-numru tal-paġna u tal-paragrafu ma jidhrux fir-referenzi kollha għal It-Torri taʼ l-Għassa.]
Wieġeb kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:
1. F’Koħèlet 2:2, il-punt li joħroġ Salamun hu li d-daħq u l-ferħ għandhom jiġu evitati. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w87 9/15 pġ. 24 par. 5.]
2. Koħèlet mhux talli m’huwiex ktieb kollu pessimiżmu, iżda huwa mimli b’veritajiet prezzjużi taʼ għerf divin u juri li l-attivitajiet diżastrużi huma attivitajiet li jinjoraw ’l Alla. [si pġ. 114 par. 15]
3. F’Isaija 1:7, il-profeta jirreferi għall-ħerba taʼ Ġuda matul ir-renju t’Aħaż. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 17 par. 16.]
4. Il-frażi “weqfin quddiem it-tron u quddiem il-Ħaruf,” li tissemma f’Apokalissi 7:9, tindika post fis-sema. [rs pġ. 167 par. 5]
5. Li b’mod ġeneruż ‘nonoraw lil Jehovah’ bir-riżorsi tagħna—il-ħin, it-talenti, is-saħħa, u l-affarijiet materjali li għandna—iġibilna barkiet spiritwali kbar mingħand Jehovah. (Prov. 3:9, 10) [w-MT00 1/15 pġ. 25 par. 1]
6. L-‘għemil waħdani [jew, stramb] u l-opra misterjuża’ mbassrin f’Isaija 28:21 jirreferu għall-qerda tal-ġnus f’Armageddon. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 295 par. 16; pġ. 301 par. 28.]
7. Bħalma juri Mattew 24:38, 39, in-nuqqas taʼ rażan fl-ikel u x-xorb, flimkien maʼ attivitajiet umani oħra, ġiegħel lin-nies taʼ żmien Noè jinġarru mid-Dilluvju. [w-MT00 2/15 pġ. 6 par. 6]
8. Jehovah dejjem jilqaʼ t-talbiet li jagħmlulu l-qaddejja umlin tiegħu li jaqduh mingħajr egoiżmu. [w-MT00 3/1 pġ. 4 par. 3]
9. Il-“ġnus” li jirreferi għalihom Isaija 60:3 huma ġnus politiċi individwali li nġibdu mid-dawl li jagħti Alla. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 1/1 pġ. 12 par. 4.]
10. Jehovah ‘ikkonsagra’ lil Ġeremija qabel ma twieled għaliex Hu ħejjielu d-destin etern tiegħu bil-quddiem. (Ġer. 1:5) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT88 7/1 pġ. 3 par. 2.]
Wieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
11. F’Koħèlet 11:1, xi jfisser il-kliem ‘tibgħat il-ħobż’? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w87 9/15 pġ. 25 par. 11.]
12. F’Isaija 6:8, Jehovah lil min jinkludi meta jgħid “imurilna”? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġi. 93-4 par. 13.]
13. Bħala twettiq taʼ Isaija 9:1 (9:2, NW), “dawl kbir” kif idda fil-Galilija? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 126 par. 17.]
14. Liema ħaġa fi żmienna tistaʼ titqabbel mal-waqgħa taʼ Babilonja fis-sena 539 Q.E.K. u r-rovina totali tagħha li seħħet eventwalment? (Is. 13:19, 20; 14:22, 23) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 188 pari. 30-1.]
15. “L-ilsir leali u diskret” kif aġixxa bħall-“għassies” deskritt f’Isaija 21:6? (Mt. 24:45, NW) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġi. 221-2 par. 11.]
16. Liema parir għaqli jinsab fi Proverbji 31:10 għal raġel żagħżugħ li jixtieq isib sieħba għaż-żwieġ? [w-MT00 2/1 pġ. 31 par. 1]
17. F’Isaija 43:9, liema sfida toħroġ lill-allat tal-ġnus? [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT88 5/1 pġ. 16 par. 3.]
18. B’liema mod huma “sbieħ” riġlejn dawk li jiddikjaraw l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla? (Is. 52:7) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w97 4/15 pġ. 27 par. 6.]
19. X’hemm bżonn li nagħmlu biex ma nħallux lil qalbna tqarraq bina? (Ġer. 17:9) [w-MT00 3/1 pġ. 30 par. 4]
20. Dawk li ‘jimxu fit-triq taʼ Alla’ xi jridu jagħmlu? (Ġer. 7:23) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 8/15 pġ 29 par. 6.]
Ipprovdi l-kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
21. “Qalb l-għaref issuqu lejn il-lemin” fis-sens li “l-lemin” taʼ spiss ifisser ․․․․․․․․; b’hekk, dan jindika li ․․․․․․․․ timmotivah biex ifittex it-tajjeb, mod taʼ ħajja favorevoli. (Koħ. 10:2; Mt. 25:33) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w87 9/15 pġ. 25 par. 8.]
22. Fost il-lezzjonijiet taʼ benefiċċju li jiġu mgħallma fl-Għanja taʼ l-Għanjiet insibu ․․․․․․․․, ․․․․․․․․, u ․․․․․․․․ lejn il-prinċipji divini. [si pġ. 117 par. 16]
23. Dik li tħarbat il-bliet taʼ Ġuda, deskritta f’Isaija 33:1, hi ․․․․․․․․, li hi stess kienet se ġġarrab telfa fis-632 Q.E.K. u tħalli warajha priża kbira għall-abitanti taʼ ․․․․․․․․, li kienu se ‘jiġbruha bħall-ġradijiet.’ (Is. 33:4) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 343 par. 4; pġ. 345 par. 6.]
24. Meta tqabbel Isaija 54:1 maʼ Galatin 4:26, 27 jidher ċar li l-“mara bla tfal” tiffigura lil “․․․․․․․․”; u l-mara “miżżewġa,” il-․․․․․․․․. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 8/1 pġi. 23-4 par. 8.]
25. Meta niltaqgħu maʼ wħud li jirridikolawna jew ikeċċuna fil-ministeru pubbliku tagħna, jeħtieġ niftakru li oppożizzjoni bħal din m’hijiex fil-fatt diretta kontra ․․․․․․․․, imma kontra ․․․․․․․․, is-Sors tal-messaġġ tagħna. (2 Kor. 4:1, 7) [w-MT00 1/15 pġ. 21 par. 2]
Agħżel it-tweġiba korretta f’kull waħda mill-istqarrijiet li ġejjin:
26. Meta kien qed jikteb dwar il-viżjoni li kellu tal-glorja taʼ Ġesù fis-sema, Pawlu rrefera għalih innifsu bħala wieħed li ‘twieled mormi qabel il-waqt,’ jiġifieri li (kien għadu kemm ġie mnissel mill-ispirtu; ġie maħtur qabel iż-żmien bħala appostlu tal-ġnus; kien bħallikieku ngħata l-unur li jitwieled, jew jiġi rxoxtat, għall-ħajja bħala spirtu qabel iż-żmien). (1 Kor. 9:1; 15:8) [w-MT00 1/15 pġ. 29 par. 6]
27. It-titlu “Missier għal dejjem” jirreferi għall-qawwa u l-awtorità tas-Sultan Messjaniku biex lill-bnedmin jagħtihom (is-saħħa spiritwali; il-ħajja immortali fis-sema; il-prospett taʼ ħajja eterna fuq l-art). (Is. 9:5 [9:6, NW]; Ġw. 11:25, 26) [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 131 par. 26.]
28. Fit-twettiq modern taʼ Isaija 66:7, l-“iben” li twieled jirrappreżenta (lil Ġesù Kristu; lis-Saltna Messjanika; lil ġens spiritwali ġdid fl-1919). [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 1/1 pġ. 24 par. 3.]
29. Qari bir-reqqa taʼ Mattew 10:28 (NW) jgħinna naraw li Geħenna tan-nar (hija post fejn tkun taf li qed tiġi turmentat, tirrappreżenta qerda taʼ dejjem; tfisser li tkun ’il bogħod minn Alla). [rs pġ. 173 par. 3]
30. Fit-twettiq taż-żmien taʼ llum, “il-ġens li ma jismax leħen il-Mulej,” li dwaru jitkellem Ġeremija 7:28 jirreferi (għal Babilonja l-Kbira; għall-Kristjaneżmu; għas-sebaʼ qawwa dinjija). [16, Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT88 7/1 pġi. 9-10 par. 10.]
Qabbel l-iskritturi li ġejjin maʼ l-istqarrijiet miktubin taħt:
Prov. 24:16; Koħ. 3:11; Is. 40:8; Rum. 10:15; 1 Pt. 4:6
31. Meta jasal il-waqt, se jinkixef liema post xieraq għandu kull xogħol t’Alla fl-iskop tiegħu. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w87 9/15 pġ. 24 par. 8.]
32. L-ippridkar taʼ l-aħbar tajba lil dawk li huma mejtin spiritwalment jagħtihom opportunità biex jindmu. [rs pġ. 163 par. 5]
33. Għalkemm id-diffikultajiet huma inevitabbli fil-ħajja, individwu li jħobb ’l Alla ma jaqtax qalbu milli jistinka biex jagħmel it-tajjeb. [w-MT00 2/1 pġ. 5 par. 1]
34. Il-Kelma, jew l-iskop mistqarr, t’Alla ma tistax titħassar jew tiġi mfixkla milli titwettaq. [Qari tal-Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara ip-1-MT pġ. 401 par. 10.]
35. L-appostli taʼ Ġesù użaw tajjeb il-profezija taʼ Isaija, billi applikawha għall-ministeru tagħhom. [si pġ. 123 par. 37]