LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 9/02 pp. 2-7
  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Settembru
  • Ġimgħa li Tibda 7 t’Ottubru
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 9/02 pp. 2-7

Skeda għal-​Laqgħat tas-​Servizz

Ġimgħa li Tibda 9 taʼ Settembru

Għanja 209

13 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin minn Il-​Ministeru tas-​Saltna. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa tal-​15 taʼ Settembru. Fil-​preżentazzjoni uri mod kif wieħed iwieġeb lil xi ħadd li jipprova jwaqqaf il-​konversazzjoni billi jgħid, “M’Iniex Interessat fix-​Xhieda taʼ Jehovah.”—Ara l-​ktejjeb Kif Nibdew u Nkomplu Diskussjonijiet Fuq Il-​Bibbja, paġni 9-10.

17 min: “Ngħinu lil Oħrajn biex Jigglorifikaw lil Jehovah.”a Skond ma jippermetti l-​ħin, semmi xi punt prattiku jew tnejn mill-​ktieb Reasoning, paġni 196-9.

15 min: Għala n-​Nuqqas taʼ Fidi? Diskussjoni maʼ l-​udjenza. Spiss niltaqgħu maʼ nies li ma tantx għandhom fidi. (2 Tess. 3:2) Biex nilħquhom bil-​verità dwar Jehovah, l-​ewwel irridu nipprovaw niddeterminaw x’kien dak li effettwa l-​ħsibijiet tagħhom dwar Alla. Ikkunsidra l-​erbaʼ fatturi li jissemmew fil-​ktieb Reasoning, paġni 129-30, li jżommu lin-​nies lura milli jiksbu l-​fidi. Stieden lil dawk fl-​udjenza jagħtu suġġeriment kif jistgħu jitkellmu maʼ dawn l-​uħud f’kull każ imsemmi fil-​ktieb. Semmi esperjenza taʼ xi mod li kien effettiv, jew uża dik fl-​Awake, tat-​22 t’Awissu, 1993, paġni 14-15.

Għanja 122 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 16 taʼ Settembru

Għanja 163

10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-​kontijiet. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jerġaʼ jgħaddi n-​noti tiegħu mill-​aħħar programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit bħala preparazzjoni għal-​Laqgħa tas-​Servizz tal-​ġimgħa d-​dieħla.

18 min: Kif Morna s-​Sena l-​Oħra? Taħdita mill-​indokratur tas-​servizz. Semmi l-​punti prinċipali tar-​rapport tal-​kongregazzjoni għas-​sena taʼ servizz 2002. Faħħar lil kulħadd għall-​affarijiet tajbin li twettqu. Iffoka fuq kif marret il-​kongregazzjoni fl-​attendenza għal-​laqgħat, fl-​attività taż-​żjajjar lura u l-​istudji tal-​Bibbja, u fix-​xogħol taʼ pijunier awżiljarju, u semmi xi suġġerimenti prattiċi fejn jistaʼ jsir titjib. Poġġi miri realistiċi għas-​sena li ġejja.

17 min: L-​Isfidi li Jiffaċċjaw il-​Ġenituri li Jkunu Waħedhom. Anzjan jintervista ġenitur jew tnejn li huma waħedhom (jew dawk li għandhom is-​sieħeb jew is-​sieħba li m’humiex Xhieda) biex jgħidu kif ikampaw mal-​problemi fejn jidħlu t-​taħriġ, id-​dixxiplina, u l-​gwida spiritwali taʼ wliedhom. Kif jirnexxilhom jieħdu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tal-​familja kif ukoll jiġu għal-​laqgħat u joħorġu fil-​ministeru taʼ l-​għalqa b’mod regulari? Semmi xi suġġerimenti mniżżlin fil-​ktieb Hena Fil-​Familja, paġni 104-10. Bħalma huwa mniżżel f’paġni 113-15, semmi xi modi prattiċi kif oħrajn jistgħu jgħinu.

Għanja 149 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 23 taʼ Settembru

Għanja 107

10 min: Avviżi lokali. Uża s-​suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija minn anzjan li juri kif jiġi preżentat it-​Torri taʼ l-​Għassa taʼ l-​1 t’Ottubru u qaddej ministerjali jippreżenta Stenbaħ! tat-​8 t’Ottubru. Wara kull turija, erġaʼ semmi l-​ewwel sentenza jew tnejn li ntużaw biex iqajmu l-​interess taʼ l-​inkwilin.

10 min: Bżonnijiet lokali.

25 min: “Ibżgħu minn Alla u Agħtuh Glorja.” (Apk. 14:7) Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza bħala reviżjoni tal-​programm taʼ l-​assemblea tas-​circuit li sar matul is-​sena taʼ servizz li għaddiet. Stieden lil dawk fil-​kongregazzjoni biex jikkummentaw fuq il-​punti prinċipali li tgħallmu dwar kif irnexxielhom japplikawhom personalment jew bħala familja. (Jistgħu jiġu assenjati xi partijiet minn qabel.) Tkellem fuq dawn il-​partijiet tal-​programm: (1) “Għin lill-​Ġodda Jikkultivaw il-​Biżaʼ t’Alla.” Kif nistgħu ngħinu lil uħud interessati li attendew għall-​Mafkar biex jagħmlu progress u jsiru qaddejja attivi taʼ Jehovah? (2) “Il-​Biżaʼ taʼ Jehovah Jfisser li Tobgħod il-​Ħażen.” (w-MT87 7/15 16-18) Kif jistaʼ Proverbji 6:​16-19 jgħinna nwarrbu l-​affarijiet li Jehovah jobgħod—il-​kburija, il-​gideb, il-​ġiri wara l-​affarijiet materjali, divertiment mhux xieraq, u l-​użu ħażin taʼ l-​Internet? (3) “Ersaq Dejjem Eqreb Lejn Dawk li Tħobb.” Aħna nħobbu lil Jehovah, lil Ġesù, lill-​membri tal-​familja, lil oħrajn fil-​kongregazzjoni; il-​fatt li nersqu eqreb lejhom kif iħarisna mid-​dinja? (4) “Ibżaʼ minn Jehovah, Mhux mill-​Bnedmin.” Il-​biżaʼ milli tweġġaʼ lil Jehovah kif għenek tegħleb il-​mistħija fl-​ippridkar, iżżomm mal-​prinċipji divini waqt li tkun ix-​xogħol jew l-​iskola, jew ma tħallix il-​pressjoni mill-​imgħallem ittellfek il-​laqgħat, l-​assembleat, u l-​konvenzjonijiet? (5) “Agħmel Kollox għall-​Glorja t’Alla.” (Salm 119:37; Lhud 4:13) Għala għandu l-​biżaʼ minn Alla ma jħalliniex nixorbu żżejjed, naraw il-​pornografija, jew nagħmlu xi dnubiet oħrajn bil-​moħbi? (6) “Ibqaʼ Miexi fil-​Biżaʼ minn Jehovah.” Jehovah kif bierkek talli ħallejt l-​ispirtu tiegħu jmexxilek ħajtek bis-​sħiħ?—Salm 31:20 (31:​19, NW); 33:18; 34:​10, 18 (34:​9, 17, NW); 145:19.

Għanja 171 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 30 taʼ Settembru

Għanja 116

15 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-​pubblikaturi biex jitfgħu r-​rapport tas-​servizz taʼ l-​għalqa għal Settembru. Iddiskuti “Il-​Programm tal-​Bini tas-​Swali tas-​Saltna Jimxi ’l Quddiem.”

15 min: Ir-​Rivisti Tagħna Għala Huma Uniċi? Taħdita u diskussjoni maʼ l-​udjenza. Matul Ottubru se nkunu qed noffru It-​Torri taʼ l-​Għassa u Stenbaħ! Iddiskuti raġunijiet għala r-​rivisti tagħna huma uniċi: (1) Ifaħħru l-​isem taʼ Jehovah. (2) Iħeġġu lil dak li jkun biex ipoġġi fidi f’Ġesù. (3) Jipproklamaw is-​Saltna t’Alla. (4) Jidderieġu l-​attenzjoni lejn il-​Bibbja bħala li hija l-​awtorità aħħarija. (5) Jispjegaw it-​twettiq tal-​profeziji tal-​Bibbja. (6) Jispjegaw it-​tifsira vera tal-​ġrajjiet li jseħħu fid-​dinja. (7) Juru kif tkampa mal-​problemi taʼ llum. (8) Magħmulin biex jintgħoġbu min-​nies minn kull qasam. (9) Huma jżommu newtrali fejn tidħol il-​politika. Ippreżenta żewġ turijiet qosra, u f’kull waħda jintwera kif tistaʼ tinbeda konversazzjoni b’wieħed minn dawn il-​punti.

15 min: “Uri Apprezzament Lejn ir-​Riżorsi Teokratiċi.”b Għandha tingħata minn anzjan. Inkludi kummenti fuq dak li ġie osservat lokalment u x’tistaʼ tagħmel il-​kongregazzjoni biex tuża l-​letteratura tagħna bil-​għaqal. Ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħmel l-​ordni tal-​letteratura skond dak li verament għandu bżonn. Fakkar lill-​aħwa dwar il-​privileġġ li nikkontribwixxu b’mod finanzjarju biex nappoġġaw ix-​xogħol taʼ madwar id-​dinja.—Ara “Aqsam m’Oħrajn Skond il-​Ħtiġijiet Tagħhom,” f’Il-Ministeru tas-​Saltna, taʼ Novembru 1996, paġna 3.

Għanja 21 u talba taʼ l-​għeluq.

Ġimgħa li Tibda 7 t’Ottubru

Għanja 129

10 min: Avviżi lokali.

15 min: Nieħdu Waqfa għall-​Verità fl-​Iskola. Intervista pubblikatur żagħżugħ jew tnejn li reġgħu bdew l-​iskola u li jirrealizzaw kemm hemm bżonn li jillimitaw is-​sħubija tagħhom maʼ sħabhom tal-​klassi li m’humiex taʼ l-​istess twemmin. Kif qed jippjanaw li jiffaċċjaw l-​isfidi u t-​tentazzjonijiet li joffru ċ-​ċerimonji nazzjonalistiċi, żfin u laqgħat taʼ l-​iskola, attivitajiet sportivi supplimentarji, u kondotta mhux nadifa? Inkludi kummenti dwar kif qed jippjanaw li jagħtu xiehda fl-​iskola.

20 min: “Evita li Tiġri Wara ‘Ħwejjeġ Fiergħa.’”c Wara li tiddiskuti paragrafu 4, inkludi kummenti mill-​insert taʼ Il-​Ministeru tas-​Saltna taʼ Novembru 1999, paragrafi 30-2. Meta tiddiskuti paragrafu 5, inkludi xi kummenti mill-​kaxxa fil-​Watchtower taʼ l-​1 t’Ottubru, 1994, paġna 8. Flimkien maʼ paragrafu 6, aqra paragrafu 18 fl-​insert taʼ Novembru 1999.

Għanja 105 u talba taʼ l-​għeluq.

[Noti taʼ taħt]

a Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

b Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

c Illimita l-​kummenti tal-​ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja