LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 12/02 pp. 5-6
  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2002
  • Sottitli
  • Agħżel it-​tweġiba korretta f’kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:
Il-Ministeru tas-Saltna—2002
km 12/02 pp. 5-6

Reviżjoni taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku

Reviżjoni mingħajr l-​użu tal-​kotba fuq il-​materjal mgħoddi fl-​inkarigi taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​ġimgħat mit-​2 taʼ Settembru sat-​23 taʼ Diċembru, 2002. Uża karta separata biex tikteb it-​tweġibiet tal-​mistoqsijiet skond kemm tilħaq fil-​ħin assenjat.

[Nota: Matul ir-​reviżjoni bil-​kitba, il-​Bibbja biss tistaʼ tintuża biex twieġeb kwalunkwe mistoqsija. Ir-​referenzi li ssib wara l-​mistoqsijiet huma hemm għar-​riċerka persunali tiegħek. Jistaʼ jkun li n-​numru tal-​paġna u tal-​paragrafi ma jidhrux fir-​referenzi kollha għal It-​Torri taʼ l-​Għassa.]

Wieġeb kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin Veru jew Falz:

1. Il-​meditazzjoni fuq il-​kwalitajiet meraviljużi taʼ Jehovah hija pass vitali biex nersqu qrib lejh. (Salm 143:5) [w-MT00 10/15 pġ. 4 par. 6]

2. It-​tagħqid flimkien taż-​żewġ stikek imsemmijin f’Eżekjel 37:​15-​24 għandu xebh modern billi fl-​1919 l-​uħud midlukin u leali ġew magħqudin taħt Kristu, is-​“sultan wieħed” u r-​“ragħaj wieħed.” [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 14 par. 13.]

3. Għalkemm il-​kritiċi letterarji tal-​Bibbja qajmu dubju dwar kemm hu storikament korrett il-​ktieb taʼ Danjel, sejbiet arkeoloġiċi tul is-​snin ħarbtu għalkollox l-​istqarrijiet bla bażi tagħhom. [si pġ. 138 par. 4]

4. Meta dak li nisimgħu jkun ġej minn xi sors li jidher awtorevoli jew mingħand xi ħadd li jgħid li jaf ħafna, ma jistaʼ jkun hemm ebda raġuni solida għala għandna niċħduh bħala falz. [w-MT00 12/1 pġ. 29 pari. 7-8]

5. L-​espressjoni “l-​profeti ż-​żgħar” tiddeskrivi b’mod xieraq l-​importanza iżgħar li għandhom l-​aħħar 12-il ktieb taʼ l-​Iskrittura Ebrajka. [si pġ. 143 par. 1]

6. Għamos kien wieħed minn “ulied il-​profeti” meta Jehovah sejjaħlu u bagħtu jipprofetizza lil Ġuda u lil Iżrael. (2 Slat. 2:3) [si pġ. 148 par. 1]

7. Għabdija 16 ibassar l-​estinzjoni nazzjonali tal-​poplu Edomi minħabba l-​mibegħda tagħhom lejn Ġuda. (Għabd. 12) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 4/15 pġ. 30 kaxxa.]

8. Il-​“lingwa pura” li jitkellem dwarha Sofonija 3:9 (NW) tinkludi l-​fehma xierqa tal-​verità dwar Alla u l-​iskopijiet tiegħu. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT01 2/15 pġ. 27 par. 18.]

9. Ir-​raġuni għala Ġesù ħass pressjoni emozzjonali intensa fil-​ġnien tal-​Ġetsemani hi minħabba li hu kien imħasseb dwar kif mewtu bħala kriminal imżeblaħ kienet se teffettwa lil Jehovah u l-​isem qaddis Tiegħu. (Mt. 26:38; Lq. 22:44) [w-MT00 11/15 pġ. 23 par. 1]

10. Il-​“Filistin” li jsiru “bħal familja f’Ġuda,” deskritti f’Żakkarija 9:​6, 7, jiddeskrivu profetikament lil membri tan-​nagħaġ oħra li llum huma mħarrġin mill-​“ilsir leali u diskret” u mogħtijin l-​awtorità skond ma jkun meħtieġ. (Mt. 24:​45, NW) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT95 7/1 pġ. 30 par. 14.]

Wieġeb il-​mistoqsijiet li ġejjin:

11. Ir-responsabbiltà tagħna li nippridkaw kif tistaʼ tiġi mqabbla maʼ dik taʼ Eżekjel bħala għassies? (Eżek. 33:​1-​11) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT88 4/1 pġ. 18 par. 13.]

12. Liema xebh għall-​viżjoni taʼ Eżekjel rigward l-​għadam niexef rajna fiż-​żminijiet moderni? (Eżek. 37:​5-​10) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT89 1/1 pġ. 14 par. 12.]

13. Liema hi l-​iktar prova konvinċenti li l-​ktieb taʼ Żakkarija hu mnebbaħ minn Alla? [si pġ. 169 par. 5]

14. Il-​belt fil-​viżjoni taʼ Eżekjel x’tirrappreżenta? (Eżek. 48:​15-​17) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT99 3/1 pġ. 18 par. 22.]

15. Kif tistaʼ tirraġuna fuq il-​bażi taʼ Isaija 2:​2-4 li l-​ġrajjiet li qed iseħħu f’Iżrael illum ma jwettqux speċifikament il-​profezija Biblika? [rs pġ. 223 par. 3]

16. Liema lezzjoni nistgħu nitgħallmu mir-​reazzjoni taʼ Danjel għad-​digriet tas-​sultan li l-​ebda petizzjoni m’għandha ssir lil xi alla jew bniedem ħlief biss lis-​sultan għal 30 jum? (Dan. 6:​7-​10) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara dp-MT pġ. 125 pari. 25-​8.]

17. Il-​fdal kien u għadu bħal iljun fost il-​ġnus waqt li qed jipproklama liema messaġġ taʼ Jehovah? (Mik. 5:8) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT81 9/15 pġ. 14 par. 10.]

18. Xi tfisser l-​espressjoni “nfidt bix-​xettru tiegħek ras il-​gwerriera tiegħu,” f’Ħabakkuk 3:​14? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT00 2/1 pġ. 22 par. 15; w81 8/1 pġ. 29 pari. 6-7.]

19. X’inhu indikat bl-​użu tal-​kelma “forsi” f’Sofonija 2:3? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT01 2/15 pġ. 19 par. 8.]

20. Skond Żakkarija 8:​6, mill-​1919 ’l hawn, Jehovah kif wettaq dak li setaʼ jidher diffiċli wisq mil-​lat uman? [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT96 1/1 pġi. 26-27 pari. 18-19.]

Ipprovdi l-​kelma (kliem) jew frażi meħtieġa biex titkompla kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

21. Nitkellmu maʼ Jehovah permezz taʼ ․․․․․․․․, li hu indirizzat lil Alla bil-​qima kollha; mill-​banda l-​oħra, il-​mezz prinċipali li bih ikellimna hu huwa permezz tal-​․․․․․․․․ tiegħu. (Salm 65:​3, 4a [65:​2, NW]; 2 Tim. 3:​16) [w-MT00 10/15 pġ. 5 pari. 1-2]

22. Ġesù Kristu jistaʼ jiġi identifikat bħala Mikiel billi nqabblu Ġuda 9 maʼ l-​1 Tessalonikin 4:​16, fejn il-​kmand taʼ Ġesù Kristu biex jinbeda l-​irxoxt hu deskritt bħala li jsir “․․․․․․․․; iktar minn hekk, l-​isem Mikiel ifisser “․․․․․․․․ ․․․․․․․․,” li b’mod ċar jindika li Ġesù hu dak li jkun fuq quddiem biex iżomm fl-​għoli s-​sovranità taʼ Jehovah u biex jeqred lill-​għedewwa t’Alla. [rs pġ. 218 pari. 1-2]

23. ‘Il-​ħruġ tal-​kelma biex jerġgħu jiġu u jibnu lil Ġerusalemm’ seħħ fis-​sena ․․․․․․․․, u dan immarka l-​bidu tad-​69 ġimgħat taʼ snin, li ntemmu bid-​dehra tal-​Messija fis-​sena ․․․․․․․․. (Dan. 9:​25) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara dp-MT pġ. 190 par. 20–pġ. 191 par. 22.]

24. Ġoel 3:4 (2:​31, NW), li jgħid li x-​xemx tinbidel fi dlam, jixbah lil Mattew 24:​29, 30, fejn ․․․․․․․․ jiddeskrivi l-​miġja tiegħu bħala Bin il-​bniedem b’․․․․․․․․. [si pġ. 147 par. 13]

25. Il-​profezija taʼ ․․․․․․․․ rigward l-​Assirja u l-​belt kapitali tagħha, ․․․․․․․․, teżalta l-​ġustizzja u s-​supremazija taʼ Jehovah u timlina bil-​fiduċja li Jehovah se jagħmel ħaqq mill-​ħżiena kollha. [si pġ. 160 par. 11]

Agħżel it-​tweġiba korretta f’kull waħda mill-​istqarrijiet li ġejjin:

26. Il-ktieb taʼ Eżekjel jenfasizza li Jehovah hu (ġeneruż; umli; qaddis) u jurina li (l-iżvilupp tal-​personalità tagħna nfusna; it-​taqdis taʼ l-​isem taʼ Jehovah; li nkunu ġirien tajbin) hu iktar importanti minn kull ħaġa oħra. [si pġ. 137 par. 33]

27. Eżekjel, li għex fl-​istess żmien taʼ Danjel, jikkonferma li Danjel kien bniedem li eżista tassew, għax isemmih flimkien maʼ (Noè u Ġob; Mosè u Ġożwè; Elija u Eliżew). [si pġ. 138 par. 2]

28. Fi qbil maʼ Danjel 2:​34, 35, 45, il-​ġebla li tolqot lill-​istatwa u tfarrakha tirrappreżenta (lil Armageddon; lill-​messaġġi qawwija taʼ ħaqq proklamati mill-​poplu t’Alla; lis-​Saltna Messjanika). [si pġ. 142 pari. 20, 23]

29. Il-​ġens simboliku taʼ ġradijiet imsemmi f’Ġoel 1:​4-6 jirrappreżenta (lill-ġens taʼ Iżrael; lill-​Kristjani midlukin; lill-​eżerċti Rumani). (Atti 2:​1, 14-​17) [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w-MT98 5/1 pġ. 9 par. 9.]

30. Ir-​rakkont tar-​raġel għani u Lazzru juża lingwaġġ simboliku biex jiddeskrivi (it-turment etern; il-​mewt taʼ żewġ persuni letterali; klassi taʼ nies li tinġieb f’pożizzjoni taʼ favur m’Alla Jehovah). [td-MT 15Ċ]

Qabbel l-​iskritturi li ġejjin maʼ l-​istqarrijiet miktubin taħt:

Hos. 6:6; Ġoel 3:5 (2:​32, “NW”); Żak. 4:​6, 7; 13:3; Rum. 12:2

31. Ma rridux inħallu l-​livelli kulturali jew sekulari taʼ din is-​sistema jagħġnulna l-​mod kif naħsbuha. [w-MT00 11/1 pġ. 21 par. 5]

32. M’humiex xi kotra taʼ sagrifiċċji offruti b’mod formalistiku li jogħġbu lil Alla, imma l-​espressjonijiet taʼ mħabba leali bbażata fuq l-​għarfien dwaru. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara si pġ. 145 par. 16.]

33. Biex insalvaw huwa essenzjali li nkunu nafu, nirrispettaw, u nistrieħu fuq dak li jġorr l-​isem divin. [Qari tal-​Bibbja taʼ kull ġimgħa; ara w89 3/15 pġ. 30 kaxxa.]

34. L-​iskop t’Alla jitwettaq, mhux bis-​saħħa taʼ xi qawwa umana, imma permezz taʼ l-​ispirtu tiegħu, li jagħmilha possibbli għall-​qaddejja tiegħu li jegħlbu ostakli bħal muntanji u jibqgħu jissaportu fis-​servizz t’Alla. [si pġ. 169 par. 2]

35. Il-​lealtà li timmarka l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah tisboq lil kull relazzjoni umana, bħal dik taʼ qraba tad-​demm u l-​laħam. [si pġ. 171 par. 24]

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja