Ippjana Issa biex fir-Rebbiegħa Taqdi Bħala Pijunier!
Ilkoll kemm aħna nagħmlu tajjeb jekk nistaqsu lilna nfusna: ‘Sa liema punt se nħalli d-dawl tiegħi jiddi matul ix-xhur tar-rebbiegħa? Nistaʼ naqdi bħala pijunier awżiljarju?’ (Mt. 5:14, 16) Din is-sena Marzu għandu ħames Sibtijiet u Ħdud filwaqt li April għandu ħamest Iħdud. L-aħjar ħaġa li nistgħu nagħmlu hi li nippjanaw minn issa biex inkunu nistgħu ngawdu iktar ħin fis-servizz taʼ l-għalqa matul dan ix-xahar.
Fattur importanti li se jgħinna naqdu bħala pijunieri awżiljarji hu li nkunu lesti nistinkaw iktar mis-soltu biex nagħmlu l-isforz meħtieġ. (Lq. 13:24) Jekk norganizzaw l-attivitajiet tagħna sew, inkluż l-affarijiet tal-familja u dawk tal-kongregazzjoni, se jkollna l-ħin sabiex nesperjenzaw il-ferħ li jiġi milli naqdu bħala pijunieri awżiljarji.
Se tkun tistaʼ żżid il-ħin li tqattaʼ fil-ministeru matul ir-rebbiegħa? Jekk tagħmel hekk, int se tħossok iktar kunfidenti fuq il-bibien u se jkollok esperjenzi inkuraġġanti. Jekk tagħmel hekk se jkollok ferħ akbar.—Atti 20:35.