Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 10 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u ħejji turija taʼ kif jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Marzu flimkien maʼ waħda mill-ħarġiet kurrenti tar-rivista Stenbaħ!
15 min: Nibbenefikaw mit-2003 Yearbook. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Iddiskuti l-punti prinċipali fl-“Ittra Mingħand il-Ġemgħa li Tiggverna,” li tinsab f’paġna 7 taʼ din il-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna. Ftiehem minn qabel maʼ xi wħud biex isemmu rapporti u esperjenzi li sabuhom taʼ inkuraġġiment speċjali u li saħħewlhom il-fidi. Semmi xi punti prinċipali mir-rapport tad-dinja kollha. Ħeġġeġ lill-familji biex jaqraw il-ktieb kollu ftit ftit matul is-sena. Agħti suġġerimenti dwar kif nistgħu nużaw il-ktieb biex nidderieġu lil uħud ġodda lejn l-organizzazzjoni taʼ Jehovah u biex ninkuraġġuhom ħalli jattendu għal-laqgħat.
20 min: “Kun Ħerqan għat-Tajjeb!”* (Paragrafi 1-12) Wara li tiddiskuti paragrafu 6, ħejji turija qasira minn pubblikatur li jistieden lil xi qarib, xi ġâr, xi sieħeb mill-iskola, jew xi sieħeb mix-xogħol għat-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù, billi juża l-invit. Jekk l-inviti għadhom ma tqassmux, dan għandu jsir wara l-laqgħa.
Għanja 19 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 17 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
15 min: Kun Għaqli Meta Tagħżel maʼ Min Tagħmilha. Taħdita minn anzjan ibbażata fuq l-Awake! tat-22 taʼ Frar, 1997, paġna 13, u l-materjal taħt it-titlu “Bad Associations” f’paġna 189 tal-ktieb Reasoning. Uri kif il-prinċipji japplikaw kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti. Enfasizza l-benefiċċji li hemm meta tagħżel ħbieb li jħobbu lil Jehovah u li juru li qegħdin jistinkaw biex iżommu mal-livelli tiegħu.
20 min: “Kun Ħerqan għat-Tajjeb!”* (Paragrafi 13-26) Għandha tingħata mill-indokratur li jippresiedi. Meta jkun qed jiġi kunsidrat paragrafu 14, ħejji turija qasira minn anzjan li jagħmel żjara inkuraġġanti lil ħu li huwa marid, u bi mħabba jispjega kif il-ħu jistaʼ jieħu sehem fl-attività miżjuda tal-kongregazzjoni fiż-żmien tat-Tifkira.
Għanja 53 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 24 taʼ Marzu
10 min: Avviżi lokali. Uża s-suġġerimenti f’paġna 8, u uri kif għandu jiġi preżentat It-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’April u Stenbaħ! tat-8 t’April.
15 min: Bżonnijiet Lokali.
20 min: Ix-Xhieda taʼ Jehovah—Influwenza Tajba fil-Komunità. Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Xi drabi jkollna l-opportunità biex nuru kif il-ministeru u l-eżempju tagħna jistgħu jkunu taʼ benefiċċju għall-komunità. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar il-punti li ġejjin: (1) Aħna ngħallmu lin-nies biex jgħixu mal-livelli tal-Bibbja dwar il-moralità. (2) Ngħallmu l-onestà u r-rispett lejn l-awtorità. (3) Ngħallmu li għandu jkun hemm armonija bejn ir-razez, in-nazzjonalitajiet, u l-gruppi soċjali. (4) Ngħinu lil oħrajn biex itejbu l-ħajja tal-familja tagħhom billi ninkuraġġuhom biex japplikaw il-prinċipji tal-Bibbja. (5) Għallimna lil eluf taʼ nies jiktbu u jaqraw. (6) Nagħmlu sforz biex ngħinu lil oħrajn meta jkun hemm xi diżastru. (7) Lgħabna parti importanti biex niżguraw li jkun hemm libertajiet reliġjużi li jgawdi minnhom kulħadd.—Ara l-ktieb Proclaimers, paġna 699.
Għanja 121 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 31 taʼ Marzu
12 min: Avviżi lokali. Fakkar lil kulħadd biex jitfaʼ r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Marzu. Semmi l-letteratura li għandha tiġi offruta f’April. Irrivedi “Uża l-Ktieb Qim lil Alla biex Tikkonduċi Studji tal-Bibbja.” Iddiskuti l-punti prinċipali mit-“Tfakkiriet għat-Tifkira.”
13 min: Esperjenzi lokali. Stieden lill-membri tal-kongregazzjoni biex jaqsmu xi esperjenzi li gawdew fl-attività miżjuda f’Marzu. Faħħarhom għall-isforzi tagħhom, u inkuraġġixxi lil kulħadd biex f’April jieħu sehem sħiħ skond kif jippermettu ċ-ċirkustanzi.
20 min: “Jehovah taʼ Min Ifaħħru bil-Bosta.”a Enfasizza l-importanza tat-Tifkira. Uri kif kulħadd jistaʼ jgħin biex ħaddieħor ikun preżenti wkoll. Spjega x’jistaʼ jsir biex jiġu kuntattjati dawk l-uħud inattivi ħalli jerġgħu jqanqlu l-interess. Stieden lill-udjenza biex taqsam xi esperjenzi inkuraġġanti mill-osservanza tas-sena li għaddiet.
Għanja 173 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 7 t’April
10 min: Avviżi lokali.
15 min: Kif Tirraġuna mill-Iskrittura. Diskussjoni maʼ l-udjenza. Kif nistgħu niżviluppaw l-abbiltà biex nirraġunaw b’mod effettiv man-nies fil-ministeru? (1) Ikseb għarfien eżatt taʼ l-Iskrittura billi regolarment tagħmel studju persunali u tattendi għal-laqgħat. (2) Immedita dwar dak li titgħallem, waqt li teżamina l-veritajiet minn angoli differenti. (3) Fittex mhux biss spjegazzjonijiet dwar l-iskritturi imma wkoll raġunijiet Skritturali għalihom. (4) Ikkunsidra kif kieku tispjega l-iskritturi lil tipi differenti taʼ nies. (5) Ikkunsidra kif tistaʼ tispjega ċerti punti b’tixbiha.
20 min: “Kif il-Verità Teħlisna.”b Inkludi l-kummenti fil-kaxxa f’paġna 6 tat-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Ottubru, 1998. Stieden lil dawk fl-udjenza biex jikkummentaw dwar kif il-veritajiet mill-Kelma t’Alla ġabulhom ħelsien.
Għanja 217 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.