Skeda għal-Laqgħat tas-Servizz
Ġimgħa li Tibda 14 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Avviżi magħżulin mill-Ministeru tas-Saltna. Uża s-suġġerimenti f’paġna 4 u ħejji turija realistika taʼ kif jistaʼ jiġi preżentat it-Torri taʼ l-Għassa tal-15 taʼ Lulju flimkien maʼ ħarġa oħra taʼ Stenbaħ! fit-territorju tal-kongregazzjoni. F’kull turija, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien minkejja li l-preżentazzjoni ssir fuq It-Torri taʼ l-Għassa biss.
15 min: Il-Qima Lejn Jehovah Kif Se Ttejbilna Ħajjitna? Diskussjoni maʼ l-udjenza. Il-qima vera hija fundamentali jekk irridu li jkollna ħajja mimlija ferħ u tifsir. (1) Tgħinna nkampaw mal-problemi u l-ansjetajiet tal-ħajja. (Flp. 4:6, 7) (2) Tinkuraġġina nikkultivaw kwalitajiet li jogħġbu lil Alla. (2 Pt. 1:5-8) (3) Tgħinna nużaw il-ħin u r-riżorsi tagħna b’tali mod li jiswew għal ġid. (1 Tim. 6:17-19) (4) Tagħtina tama ċerta għall-futur. (2 Pt. 3:13) (5) Tgħinna niżviluppaw relazzjoni intima maʼ Jehovah. (Ġak. 4:8) Uri kif dawn l-affarijiet huma nieqsa fost dawk li la jafu u lanqas jaqdu lil Jehovah.
20 min: “Gratitudni għall-Ħniena t’Alla.”a Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 3, offri suġġerimenti dwar kif tinbeda rotta bir-rivisti, ibbażati fuq il-Ministeru tas-Saltna t’Ottubru taʼ l-1998, paġna 8. Staqsi pubblikatur jew tnejn li huma kapaċi biex jgħidu liema metodu effettiv sabu biex jibdew studju tal-Bibbja. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmilha mira li jibda u jikkonduċi studju tal-Bibbja.—om pġ. 91.
Għanja 176 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 21 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Rapport tal-kontijiet.
10 min: “Programm Ġdid taʼ l-Assemblea tas-Circuit.” Taħdita u diskussjoni maʼ l-udjenza. Ħabbar id-data taʼ l-assemblea tas-circuit li jmiss. Jekk il-kongregazzjoni tkun se tattendi l-assemblea fix-xhur li jmiss, semmi li dawk li jixtiequ jitgħammdu għandhom javżaw lill-indokratur li jippresiedi. Inkuraġġixxi lil kulħadd biex jagħmel sforz speċjali sabiex jistieden lill-istudenti tal-Bibbja u biex ikun preżenti għal kull sessjoni.
25 min: Imita l-Qlubija Tagħhom fl-Ippridkar. Diskussjoni maʼ l-udjenza bbażata fuq il-ktieb Qim lil Alla, paġni 170-1. Stieden lill-udjenza biex twieġeb il-mistoqsijiet li hemm maʼ paragrafu 7 u biex mal-kummenti tinkludi l-iskritturi ċitati. Agħżel xi ftit skritturi biex jinqraw. Iġbed l-attenzjoni lejn il-lezzjonijiet li nitgħallmu minn dawn ir-rakkonti u kif jgħinuna jkollna ħarsa xierqa lejn l-inkarigu li għandna biex nippridkaw.
Għanja 201 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 28 taʼ Lulju
10 min: Avviżi lokali. Fakkar lill-pubblikaturi biex jitfgħu r-rapport tas-servizz taʼ l-għalqa għal Lulju. Billi tuża s-suġġerimenti li hemm f’paġna 4, ħejji żewġ turijiet separati fuq kif jiġu preżentati t-Torri taʼ l-Għassa taʼ l-1 t’Awissu u Stenbaħ! tat-8 t’Awissu. F’kull turija, iż-żewġ rivisti għandhom jiġu offruti flimkien minkejja li l-preżentazzjoni ssir fuq wieħed biss. F’waħda mill-preżentazzjonijiet, wieħed mill-pubblikaturi jkun qed jagħti xiehda informali.
15 min: Bżonnijiet lokali.
20 min: “L-Għoti taʼ Xiehda bħala Grupp Iġib il-Ferħ.”b Meta tkun qed tiddiskuti paragrafu 3, inkludi kummenti mill-Kaxxa għall-Mistoqsija tal-Ministeru tas-Saltna taʼ Settembru 2001. Agħmel intervista qasira maʼ wieħed mill-indokraturi taʼ l-Istudju tal-Ktieb tal-Kongregazzjoni. Staqsih dwar l-arranġamenti tas-servizz taʼ l-għalqa li għamel għall-grupp tiegħu taʼ l-istudju tal-ktieb u kif il-grupp jibbenefika meta jippridkaw flimkien.
Għanja 36 u talba taʼ l-għeluq.
Ġimgħa li Tibda 4 t’Awissu
10 min: Avviżi lokali. Semmi l-offerta taʼ letteratura għal dan ix-xahar. Ħejji preżentazzjoni qasira jew tnejn li jistgħu jintużaw.
20 min: “Noffru l-Letteratura f’Territorju Fejn Hemm Iktar minn Lingwa Waħda.”c Uża l-mistoqsijiet li huma provduti. Meta tkun qed tikkunsidra paragrafu 3, agħmel turija taʼ preżentazzjoni sempliċi b’lingwa barranija li hija mitkellma fit-territorju lokali u li m’hemmx kongregazzjoni għaliha.—km-Mt 7/02 pġ. 1 par. 4.
15 min: Iż-Żgħażagħ Qed Ifaħħru lil Jehovah! Taħdita li tinkludi diskussjoni maʼ l-udjenza u intervisti. Nieħdu pjaċir nisimgħu liż-żgħażagħ jagħtu kummenti preparati sewwa waqt il-laqgħat. Nitgħaxxqu bl-isforz ħabrieki u l-progress tagħhom fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku. Huma juru fidi ġenwina hekk kif jagħtu xiehda mill-aqwa fil-ministeru. Il-kondotta tajba tagħhom tonora lil Jehovah. (yb88 pġi. 53-4) Il-progress spiritwali tagħhom ipoġġi pedament tajjeb għall-privileġġi fil-futur. Agħmel intervista qasira lil żewġ jew tliet żgħażagħ Kristjani li jieħdu sehem regolarment fl-attivitajiet tal-kongregazzjoni. Faħħar mill-qalb liż-żgħażagħ fil-kongregazzjoni għall-isforzi eċċellenti tagħhom biex ifaħħru lil Jehovah.
Għanja 49 u talba taʼ l-għeluq.
[Noti taʼ taħt]
a Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
b Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.
c Illimita l-kummenti tal-ftuħ għal inqas minn minuta, u kompli b’diskussjoni f’għamla taʼ mistoqsija u tweġiba.