Reviżjoni taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
Il-mistoqsijiet li ġejjin se jiġu diskussi fl-Iskola tal-Ministeru Teokratiku matul il-ġimgħa li tibda fis-27 t’Ottubru, 2003. L-indokratur taʼ l-iskola se jikkonduċi reviżjoni taʼ 30 minuta bbażata fuq il-materjal li ġie mgħoddi fl-inkarigi għall-ġimgħat taʼ l-1 taʼ Settembru sas-27 t’Ottubru, 2003. [Nota: Fejn m’hemmx referenzi għall-mistoqsija, se jkollok tagħmel riċerka biex issib it-tweġibiet.—Ara Ministry School, pġi. 36-7.]
KWALITAJIET TAD-DISKORS
1. Xi jfisser il-parir mogħti fl-1 Timotju 2:9 li jgħid li għandna niżżejnu “bi lbies xieraq,” u dan kif jistaʼ jeffettwa l-preżentazzjonijiet tagħna li nagħtu minn fuq il-platform jew fil-ministeru taʼ l-għalqa? [be pġ. 132 pari. 4-5]
2. Il-prinċipji Bibliċi li nsibu fl-1 Ġwanni 2:15-17, f’Efesin 2:2, u f’Rumani 15:3 kif għandhom jinfluwenzaw l-apparenza persunali tagħna? [be pġ. 133 pari. 2-4]
3. L-ekwilibriju, jew li wieħed iżomm ruħu kontrollat, għala hu importanti, u dak li jkun kif jistaʼ jikseb l-ekwilibriju meta jitkellem minn fuq il-platform jew meta jkun fil-ministeru? [be pġ. 135 kaxxa; pġ. 136 par. 5, kaxxa]
4. Bħala “x-Xhud fidil u veru,” Ġesù kif tana eżempju taʼ kif għandna nużaw il-Bibbja fil-ministeru? (Apk. 3:14) [be pġ. 143 pari. 2-3]
5. Kif nistgħu nsiru iktar tas-sengħa meta nużaw il-Bibbja? (Titu 1:9, NW) kaxxa]
INKARIGU NRU. 1
6. L-istudju x’jinvolvi, u x’inhuma xi benefiċċji taʼ li nistudjaw il-Kelma t’Alla regolarment? [be pġ. 27 par. 3; pġ. 32 par. 4]
7. Fi qbil maʼ Ġakbu 1:5, 6, x’inhu essenzjali meta niffaċċjaw deċiżjoni importanti? [w-MT01 9/1 pġ. 28 par. 4]
8. X’inhuma dati kruċjali, u għala huma taʼ valur kbir? [si pġ. 282 par. 27]
9. B’liema mod “min iqassas fuq l-oħrajn hu iblah”? (Prov. 10:18) [w-MT01 9/15 pġ. 25 par. 3]
10. Fid-dinja l-ġdida, il-bnedmin kif se jifhmu iktar sew il-ħarsa li Jehovah għandu lejn iż-żmien? [si pġ. 283 par. 32]
QARI TAL-BIBBJA TAʼ KULL ĠIMGĦA
11. Veru jew Falz: Fl-1 Korintin 2:9, l-appostlu Pawlu qed jirreferi għall-affarijiet li Jehovah ipprepara bħala wirt għall-poplu leali tiegħu. Spjega. [ip-2-MT pġ. 366 kaxxa]
12. Il-kliem dokumentat fl-1 Korintin 10:13 japplika għal liema tiġrib jew tentazzjonijiet, u Jehovah kif jagħti “l-għajnuna”? [w-MT92 1/1 pġ. 10 pari. 11-14]
13. L-eżempju taʼ Ġesù fejn tidħol il-ġenerożità kif jeffettwa lill-Kristjani? (2 Kor. 8:9) [w-MT92 4/15 pġ. 14 par. 10]
14. Il-Liġi kif mexxiet lill-Iżraelin qishom “tfal lejn Kristu”? (Gal. 3:24) [w-MT02 6/1 pġ. 15 par. 11]
15. X’inhuma “l-prinċipji tad-dinja” li għandna ngħassu kontrihom sabiex ma nintilfux? (Kol. 2:8)