Avviżi
◼ Offerta taʼ letteratura għal Ottubru: Ir-rivisti It-Torri taʼ l-Għassa u Stenbaħ! Fejn jintwera l-interess, offri l-browxer X’Jirrikjedi, u agħmel sforz speċjali biex tibda studji tal-Bibbja. Novembru: Alla X’Jirrikjedi Minna? jew Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem. Jekk in-nies diġà għandhom minnhom, jistaʼ jiġi offrut il-ktieb Qim lill-Uniku Alla Veru jew xi pubblikazzjoni li ħarġet qabel. Diċembru: L-Aqwa Bniedem Li Qatt Għex. Bħala għażla oħra tistaʼ toffri Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja, jew Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. Jannar: Kwalunkwe ktieb antik li l-kongregazzjoni jistaʼ jkollha maħżun. L-indokratur tas-servizz taʼ kull kongregazzjoni għandu jiċċekkja mal-koordinatur tal-letteratura tas-Sala tas-Saltna biex jara jekk hemmx xi kotba antiki li huma żejda. Jekk intom ma jkollkomx pubblikazzjonijiet antiki maħżunin, tistgħu tiċċekkjaw mal-kongregazzjonijiet fil-viċin jekk għandhomx pubblikazzjonijiet antiki żejda li tistgħu tużaw.
◼ L-insert taʼ din il-ħarġa tal-Ministeru tas-Saltna intitolat “Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2004” għandu jinżamm bħala referenza għal matul l-2004.
◼ Jekk il-ħinijiet tal-laqgħat għall-kongregazzjoni tagħkom se jinbidlu mill-1 taʼ Jannar, is-segretarju tal-kongregazzjoni għandu javża lill-uffiċċju lokali dwar it-tibdil billi jimla l-formola Congregation Meeting Information and Handbill Request (S-5). Jekk ikun hemm bżonn, tistaʼ tiġi ordnata provvista ġdida taʼ volantini fuq l-istess formola. Il-volantini għandhom jiġu ordnati għallinqas tnax-il ġimgħa qabel ma tkunu tixtiequ tirċivuhom.