LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 10/03 pp. 3-6
  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2004

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skeda taʼ l-Iskola tal-Ministeru Teokratiku għall-2004
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 10/03 pp. 3-6

Skeda taʼ l-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku għall-​2004

Istruzzjonijiet

Dawn li ġejjin se jkunu l-​arranġamenti għall-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku matul l-​2004.

MATERJAL BĦALA SORS: New World Translation of the Holy Scriptures [bi12], It-​Torri taʼ l-​Għassa [w-MT], Benefit From Theocratic Ministry School Education [be], “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial” (Edizzjoni taʼ l-​1990) [si], “Suġġetti Bibliċi għal Diskussjoni” [td-MT], u Reasoning From the Scriptures (Edizzjoni taʼ l-​1989) [rs].

L-iskola trid tibda FIL-​ĦIN b’għanja, talba, u kummenti taʼ merħba u mbagħad tkompli kif ġej:

IL-KWALITÀ TAD-​DISKORS: 5 minuti. L-​indokratur taʼ l-​iskola, l-​ajjutant li jagħti l-​pariri, jew anzjan kwalifikat ieħor se jiddiskuti kwalità tad-​diskors ibbażata mill-​ktieb Ministry School. (F’kongregazzjonijiet fejn hemm numru limitat taʼ anzjani, jistaʼ jintuża qaddej ministerjali kwalifikat.) Sakemm ma jkunx hemm indikat mod ieħor, il-​kaxxi li jidhru fil-​paġni assenjati jridu jiġu inklużi fid-​diskussjoni. L-​eżerċizzji għandhom jitħallew barra. Dawn qegħdin primarjament għall-​użu persunali u għal pariri li jingħataw fil-​privat.

INKARIGU NRU. 1: 10 minuti. Dan irid jingħata minn anzjan jew qaddej ministerjali, u se jkun ibbażat fuq It-​Torri taʼ l-​Għassa, Benefit From Theocratic Ministry School Education, jew “All Scripture Is Inspired of God and Beneficial.” Irid jingħata bħala taħdita taʼ istruzzjoni taʼ għaxar minuti mingħajr ebda reviżjoni orali. L-​objettiv m’għandux ikun biss li jiġi mgħoddi l-​materjal imma li l-​attenzjoni tiġi ffokata fuq il-​valur prattiku taʼ l-​informazzjoni diskussa, billi jintwera ċar x’se jkun l-​iktar taʼ għajnuna għall-​kongregazzjoni. Għandha tintuża t-​tema murija. Huwa mistenni mill-​aħwa inkarigati b’din it-​taħdita li joqogħdu attenti li jżommu mal-​ħin. Jistaʼ jingħata parir fil-​privat skond il-​bżonn.

PUNTI PRINĊIPALI MILL-​QARI TAL-​BIBBJA: 10 minuti. Fl-​ewwel sitt minuti, anzjan jew qaddej ministerjali kwalifikat irid japplika l-​materjal b’mod effettiv skond il-​bżonnijiet lokali. Jistaʼ jikkummenta fuq kwalunkwe parti mill-​qari tal-​Bibbja assenjat għall-​ġimgħa. Dan m’għandux ikun sempliċi ġabra fil-​qosor tal-​qari assenjat. L-​objettiv prinċipali huwa li dak li jkun jgħin lill-​udjenza tapprezza għala u kif l-​informazzjoni hija taʼ valur. Il-​kelliemi jrid joqgħod attent li ma jaqbiżx is-​sitt minuti mwarrbin apposta għall-​parti tal-​ftuħ. Irid jaċċerta ruħu li jwarrab erbaʼ minuti ħalli tipparteċipa l-​udjenza. Il-​kelliemi għandu jistieden lill-​udjenza tipparteċipa billi tagħti kummenti qosra (30 sekonda jew inqas) dwar x’laqathom mill-​qari tal-​Bibbja u kif ibbenefikaw. Imbagħad, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jibgħat lill-​istudenti li huma inkarigati fi klassijiet oħrajn.

INKARIGU NRU. 2: 4 minuti. Dan huwa qari li jrid jingħata minn ħu. Ġeneralment, il-​qari se jkun mill-​Bibbja. Darba fix-​xahar dan l-​inkarigu se jkopri l-​materjal meħud mit-​Torri taʼ l-​Għassa. L-​istudent irid jaqra l-​materjal assenjat mingħajr ma jagħmel introduzzjoni jew konklużjoni. Minn ġimgħa għall-​oħra, l-​ammont taʼ materjal għall-​qari se jvarja xi ftit iżda jrid jieħu 4 minuti jew inqas. L-​indokratur taʼ l-​iskola għandu jara l-​materjal qabel ma jinkariga lil xi ħadd bih, u jqabbel l-​inkarigi skond l-​età u l-​abbiltà taʼ l-​istudenti. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun speċjalment interessat f’li jgħin lill-​istudenti jaqraw b’mod li juru li qed jifhmu, b’mod fluwenti, b’enfasi xierqa fuq is-​sens, bil-​modulazzjoni, b’pawsi fejn ikun xieraq, u b’mod naturali.

INKARIGU NRU. 3: 5 minuti. Dan se jkun assenjat lil oħt. L-​istudenti li jingħataw dan l-​inkarigu jew se jagħżlu setting jew inkella se jingħataw wieħed mil-​lista li tidher f’paġna 82 tal-​ktieb Ministry School. L-​istudenta għandha tuża t-​tema assenjata u tapplikaha għal aspett tas-​servizz taʼ l-​għalqa li hu realistiku u prattiku għat-​territorju tal-​kongregazzjoni lokali. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudenta se jkollha bżonn tiġbor il-​materjal għal din il-​parti billi tagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet provduti mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u diskret. L-​istudenti li jkunu iktar ġodda għandhom jiġu inkarigati jagħtu taħditiet li jkollhom ir-​referenzi magħhom. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jkun speċjalment interessat fil-​mod kif l-​istudenta tiżviluppa l-​materjal u l-​mod kif tgħin lill-​inkwilina tirraġuna mill-​Iskrittura u tifhem il-​punti prinċipali tal-​preżentazzjoni. L-​istudenti li jingħataw din il-​parti jridu jkunu jafu jaqraw. L-​indokratur taʼ l-​iskola se jinkariga assistenta waħda.

INKARIGU NRU. 4: 5 minuti. L-​istudent għandu jiżviluppa t-​tema assenjata. Meta ma jiġux indikati referenzi bħala s-​sors tal-​materjal, l-​istudent se jkollu bżonn jiġbor il-​materjal għal din il-​parti billi jagħmel riċerka fil-​pubblikazzjonijiet provduti mill-​klassi taʼ l-​ilsir leali u diskret. Meta din il-​parti tiġi assenjata lil ħu, dan jistaʼ jagħtiha bħala taħdita bl-​udjenza tas-​Sala tas-​Saltna f’moħħu. Meta tiġi assenjata lil oħt, għandha tiġi preżentata dejjem kif inhu spjegat f’Inkarigu Nru. 3. L-​indokratur taʼ l-​iskola għandu mnejn jassenja lil ħu għat-​taħdita Nru. 4 kulmeta jara li jkun xieraq li jagħmel hekk. Jekk jogħġobkom innotaw li s-​suġġetti li għandhom l-​asterisk iridu jiġu inkarigati lill-​aħwa rġiel biex jingħataw bħala taħditiet.

IL-ĦIN: Ebda taħdita m’għandha taqbeż il-​ħin, u lanqas il-​ħu li jagħti l-​parir m’għandu jagħmel dan. L-​inkarigi Nru. 2 sa 4 jridu jitwaqqfu bit-​tattika meta jkun sar il-​ħin. Jekk l-​aħwa rġiel li jkunu qed jagħtu t-​taħdita tal-​ftuħ fuq kwalità tad-​diskors, Inkarigu Nru. 1, jew il-​punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja jaqbżu l-​ħin, iridu jingħataw parir fil-​privat. Kulħadd irid joqgħod attent sew għall-​ħin tiegħu. Il-​programm b’kollox: 45 minuta, minbarra l-​għanja u t-​talba.

PARIRI: Minuta. L-​indokratur taʼ l-​iskola mhux se jieħu iktar minn minuta wara kull preżentazzjoni mill-​istudenti sabiex jagħti kummenti pożittivi fuq aspett tat-​taħdita li kien taʼ min ifaħħru. L-​iskop tiegħu m’huwiex li sempliċement jgħid “prosit” iżda, minflok, li jiġbed l-​attenzjoni lejn raġunijiet speċifiċi għala dak l-​aspett tal-​preżentazzjoni kien effettiv. Skond il-​bżonn taʼ kull student, pariri oħrajn li jibnu jistgħu jingħataw privatament wara l-​laqgħa jew f’ħin ieħor.

AJJUTANT LI JAGĦTI L-​PARIRI: Il-​ġemgħa taʼ l-​anzjani tistaʼ tagħżel anzjan kapaċi, jekk ikun hemm wieħed disponibbli minbarra l-​indokratur taʼ l-​iskola, biex jieħu ħsieb l-​inkarigu taʼ ajjutant li jagħti l-​pariri. Jekk hemm għadd taʼ anzjani fil-​kongregazzjoni, f’dan il-​każ, anzjan kwalifikat differenti jistaʼ jintgħażel għal dan l-​inkarigu kull sena. Ir-​responsabbiltà taʼ l-​ajjutant li jagħti l-​pariri se tkun li, jekk ikun hemm bżonn, jagħti l-​pariri fil-​privat lill-​aħwa li jieħdu ħsieb Inkarigu Nru. 1 u l-​punti prinċipali mill-​Bibbja. M’hemmx għalfejn jagħti parir wara kull waħda minn dawn it-​taħditiet li jingħataw minn sħabu l-​anzjani jew il-​qaddejja ministerjali. Dan l-​arranġament se jibqaʼ validu matul l-​2004 u jistaʼ jiġi aġġustat wara din id-​data.

IL-FORMOLA TAL-​PARIRI: Fil-​ktieb.

REVIŻJONI ORALI: 30 minuta. Kull xahrejn, l-​indokratur taʼ l-​iskola se jikkonduċi reviżjoni orali. Qabilha se jkun hemm konsiderazzjoni taʼ kwalità tad-​diskors u punti prinċipali mill-​qari tal-​Bibbja bħalma msemmi iktar kmieni. Ir-​reviżjoni orali se tkun ibbażata mill-​materjal li jkun ġie kunsidrat fl-​iskola matul ix-​xahrejn taʼ qabel, inkluż il-​ġimgħa kurrenti.

SKEDA

Jan. 5 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 1-5 Għanja 154

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Valur Prattiku Ċċarat (be pġ. 157 ¶1–pġ. 158 ¶1)

Nru. 1: Preparazzjoni t’Outline (be pġi. 39-42)

Nru. 2: Ġenesi 2:​7-25

Nru. 3: Jirreferi t-​“Testment il-​Ġdid” għal Ġenna taʼ l-​Art fil-​Futur, jew it-​“Testment l-​Antik” Biss Jirreferi Għaliha? (rs pġ. 285 ¶1-3)

Nru. 4: aDak li Nistgħu Nitgħallmu mill-​Eżempji tal-​Bibbja taʼ Wħud li Dinbu għax M’Għamlux Dak li Suppost

Jan. 12 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 6-10 Għanja 215

Kwalità tad-​Diskors: Applika l-​Materjal b’Mod Prattiku (be pġ. 158 ¶2-4)

Nru. 1: L-​Indafa—Xi Tfisser Tassew? (w-MT02 2/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: Ġenesi 8:​1-17

Nru. 3: Għala l-​Gideb Hu Ħażin

Nru. 4: Ir-​Ritorn taʼ Kristu Jintgħaraf Permezz taʼ Fatti Fiżiċi (td-MT27B)

Jan. 19 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 11-16 Għanja 218

Kwalità tad-​Diskors: Għin lil Oħrajn Jifhmu l-​Punt (be pġ. 159 ¶1-4)

Nru. 1: Il-​Prinċipji Divini Jistgħu Jkunu taʼ Benefiċċju Għalik (w-MT02 2/15 pġi. 4-7)

Nru. 2: Ġenesi 13:​1-18

Nru. 3: X’Juri li l-​Ġenna Msemmija f’Luqa 23:43 Hija fuq l-​Art? (rs pġ. 287 ¶2–pġ. 288 ¶2)

Nru. 4: Għala x-​Xhieda taʼ Jehovah Jaqsmu t-​Tama Tagħhom m’Oħrajn

Jan. 26 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 17-20 Għanja 106

Kwalità tad-​Diskors: Għażla taʼ Kliem (be pġ. 160 ¶1-3)

Nru. 1: L-​Empatija—Iċ-​Ċavetta għall-​Qalb Tajba u l-​Mogħdrija (w-MT02 4/15 pġi. 24-7)

Nru. 2: w-MT02 1/1 pġi. 10-11 ¶9-​11

Nru. 3: Xi Jfisser il-​Kliem taʼ Ġesù Mniżżel f’Luqa 13:24

Nru. 4: Id-​Differenza bejn ir-​Ruħ u l-​Ispirtu (td-MT28A)

Frar 2 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 21-24 Għanja 64

Kwalità tad-​Diskors: Lingwa li Tinftiehem Malajr (be pġ. 161 ¶1-4)

Nru. 1: Il-​Preparazzjoni għall-​Inkarigi Bħala Studenti fl-​Iskola (be pġ. 43 ¶1–pġ. 44 ¶3)

Nru. 2: Ġenesi 21:​1-21

Nru. 3: Minfejn Oriġinaw il-​Filosofiji tal-​Bnedmin? (rs pġ. 289 ¶3–pġ. 290 ¶2)

Nru. 4: bGħala l-​Għerusija Għandha Tittieħed bis-​Serjetà

Frar 9 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 25-28 Għanja 9

Kwalità tad-​Diskors: Varjetà u Eżattezza Meta Tesprimi Ruħek (be pġ. 161 ¶5–pġ. 162 ¶4)

Nru. 1: Żviluppa Suġġett u Tema (be pġ.  44 ¶4–pġ. 46 ¶2)

Nru. 2: Ġenesi 28:​1-15

Nru. 3: Kif Issib Paċi Ġewwinija f’Din id-​Dinja Mimlija Inkwiet

Nru. 4: It-​Tama għall-​Mejtin (td-MT29A)

Frar 16 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 29–32:1 (29-31, NW) Għanja 160

Kwalità tad-​Diskors: Kliem li Jesprimi Ħeġġa, Entużjażmu, u Vivaċità (be pġ. 163 ¶1–pġ. 164 ¶2)

Nru. 1: L-​Integrità Tmexxi lin-​Nies Retti (w-MT02 5/15 pġi. 24-7)

Nru. 2: w-MT02 2/1 pġi. 15-16 ¶6-​10

Nru. 3: Alla Lest li Jismaʼ t-​Talb taʼ Min? (rs pġ. 292 ¶1–pġ. 293 ¶2)

Nru. 4: Għala l-​Virtù Hija Kwalità Importanti għall-​Kristjani

Frar 23 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 32:​2-35 (Ġenesi 32-35, NW) Għanja 1

Kwalità tad-​Diskors: Diskors li Jaqbel mar-​Regoli tal-​Grammatika (be pġ. 164 ¶3–pġ. 165 ¶1)

Reviżjoni Orali

Mar. 1 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 36-39 Għanja 49

Kwalità tad-​Diskors: L-​Użu taʼ Outline (be pġ. 166 ¶1–pġ. 167 ¶2)

Nru. 1: Il-​Preparazzjoni taʼ Taħditiet għall-​Kongregazzjoni (be pġ. 47 ¶1–pġ. 49 ¶1)

Nru. 2: Ġenesi 37:​12-28

Nru. 3: Għala Għandha l-​Fidi Tagħna Tintrabat mas-​Sabar?

Nru. 4: cIrxoxt għall-​Ħajja fis-​Sema jew fuq l-​Art (td-MT29B)

Mar. 8 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 40-42 Għanja 205

Kwalità tad-​Diskors: Organizza l-​Ħsibijiet Tiegħek (be pġ. 167 ¶3–pġ. 168 ¶2)

Nru. 1: Preparazzjoni għal Inkarigi fil-​Laqgħa tas-​Servizz u għal Taħditiet Oħra (be pġ. 49 ¶2–pġ. 51 ¶2)

Nru. 2: Ġenesi 42:​1-20

Nru. 3: Kif Tikkultiva Relazzjoni mill-​Qrib maʼ Jehovah

Nru. 4: dX’Inhuma Xi Affarijiet li Huwa Xieraq Titlob Dwarhom? (rs pġ. 294 ¶4–pġ. 295 ¶3)

Mar. 15 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 43-46 Għanja 67

Kwalità tad-​Diskors: Żomm l-​Outline tat-​Taħdita Tiegħek Sempliċi (be pġ. 168 ¶3–pġ. 169 ¶5)

Nru. 1: Sforz Ħabrieki—Meta Jitbierek minn Jehovah? (w-MT02 8/1 pġi. 29-​31)

Nru. 2: Ġenesi 43:​1-18

Nru. 3: Jum is-​Sabat M’Huwiex Obbligu għall-​Kristjani (td-MT30A)

Nru. 4: Kif Nistgħu Nagħmlu Ħbieb Permezz taʼ Rikkezzi bla Tjieba?

Mar. 22 Qari mill-​Bibbja: Ġenesi 47-50 Għanja 187

Kwalità tad-​Diskors: Żvilupp Loġiku tal-​Materjal (be pġ. 170 ¶1–pġ. 171 ¶2)

Nru. 1: Jehovah Għala Aċċetta s-​Sagrifiċċju t’Abel u Mhux taʼ Kajjin? (w-MT02 8/1 pġ. 28)

Nru. 2: Ġenesi 47:​1-17

Nru. 3: Liema Huma Xi Profeziji li Jispikkaw tal-​Bibbja li Għad Iridu Jitwettqu? (rs pġ. 296 ¶2–pġ. 297 ¶3)

Nru. 4: Għala l-​Biżaʼ minn Jehovah hu l-​Bidu taʼ l-​Għerf

Mar. 29 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 1-6 Għanja 52

Kwalità tad-​Diskors: Ippreżenta l-​Informazzjoni b’Mod Loġiku (be pġ. 171 ¶3–pġ. 172 ¶5)

Nru. 1: Kif Jistaʼ l-​Għaqal Jgħasses Fuqek? (w-MT02 8/15 pġi. 21-4)

Nru. 2: w-MT02 2/15 pġi. 19-20 ¶7-​11

Nru. 3: Kif Jehovah Iqis il-​Kburija

Nru. 4: L-​Osservanza tas-​Sabat Kienet Meħtieġa Biss minn Iżrael tal-​Qedem (td-MT30B)

Apr. 5 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 7-10 Għanja 61

Kwalità tad-​Diskors: Uża Biss Materjal Rilevanti (be pġ. 173 ¶1-4)

Nru. 1: Il-​Preparazzjoni taʼ Taħditiet għall-​Pubbliku (be pġ. 52 ¶1–pġ. 54 ¶1)

Nru. 2: Eżodu 7:​26–8:15 (Eżodu 8:​1-19, NW)

Nru. 3: eJekk Xi Ħadd Jgħid, ‘Tenfasizzaw Wisq il-​Profeziji’ (rs pġ. 298 ¶1-2)

Nru. 4: Għala t-​Tama Hija bħal “Ankra tar-​Ruħ”

Apr. 12 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 11-14 Għanja 87

Kwalità tad-​Diskors: Taħdita Mogħtija b’Mod Naturali (be pġ. 174 ¶1–pġ. 175 ¶4)

Nru. 1: Id-​Deċiżjonijiet tal-​Kelliemi (be pġ. 54 ¶2-4; pġ. 55, kaxxa)

Nru. 2: Eżodu 12:​1-16

Nru. 3: Għala Għandna Nilqgħu d-​Dixxiplina taʼ Jehovah?

Nru. 4: Il-​Mistrieħ tas-​Sabat t’Alla (is-7 Ġurnata tal-​“Ġimgħa” tal-​Ħolqien) (td-MT30Ċ)

Apr. 19 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 15-18 Għanja 171

Kwalità tad-​Diskors: Evita l-​Perikli taʼ Taħdita Mogħtija b’Mod Naturali (be pġ. 175 ¶5–pġ. 177 ¶1)

Nru. 1: Kif Għandna Nqisuhom il-​Provi? (w-MT02 9/1 pġi. 29-31)

Nru. 2: w-MT02 3/1 pġi. 15-16 ¶8-​11

Nru. 3: Wara l-​Mewt, Hemm Bżonn taʼ Iktar Kastigi għad-​Dnub? (rs pġ. 300 ¶2-6)

Nru. 4: fGħala ż-​Żwieġ Għandu Jkun Rabta Dejjiema

Apr. 26 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 19-22 Għanja 59

Kwalità tad-​Diskors: Meta Oħrajn Jesiġu Spjegazzjoni (be pġ. 177 ¶2–pġ. 178 ¶2)

Reviżjoni Orali

Mej. 3 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 23-26 Għanja 13

Kwalità tad-​Diskors: L-​Istil tal-​Konversazzjoni (be pġi. 179-80)

Nru. 1: Żviluppa l-​Abbiltà Bħala Għalliem (be pġ. 56 ¶1–pġ. 57 ¶2)

Nru. 2: Eżodu 23:​1-17

Nru. 3: Kif Jistaʼ Jehovah Jgħin lil Individwu Jegħleb Vizzji taʼ Ħsara?

Nru. 4: Ġesù Mdendel fuq Għuda taʼ l-​Esekuzzjoni Bħala Tmaqdir (td-MT31A)

Mej. 10 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 27-29 Għanja 28

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Kwalità tal-​Leħen (be pġ. 181 ¶1-4)

Nru. 1: Agħmel Distinzjoni (be pġ. 57 ¶3–pġ. 58 ¶2)

Nru. 2: Eżodu 28:​29-43

Nru. 3: Kajjin Minfejn Sab lil Martu Ladarba Kien Hemm Biss Familja Waħda? (rs pġ. 301 ¶5–pġ. 302 ¶1)

Nru. 4: Għala Huwa l-​Preġudizzju Razzjali Ħażin

Mej. 17 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 30-33 Għanja 93

Kwalità tad-​Diskors: Ikkontrolla n-​Nifs Kif Suppost (be pġ. 181 ¶5–pġ. 184 ¶1; pġ. 182, kaxxa)

Nru. 1: Ħeġġeġ lis-​Semmiegħa biex Jaħsbu (be pġ. 58 ¶3–pġ. 59 ¶3)

Nru. 2: Eżodu 30:​1-21

Nru. 3: Għala Għandu Jkollna l-​Ħlewwa?

Nru. 4: Is-​Salib M’Għandux Jingħata Qima (td-MT31B)

Mej. 24 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 34-37 Għanja 86

Kwalità tad-​Diskors: Serraħ it-​Tensjoni fil-​Muskoli (be pġ. 184 ¶2–pġ. 185 ¶3; pġ. 184, kaxxa)

Nru. 1: Uri Kif Għandu Jiġi Applikat il-​Materjal u Agħti Eżempju Tajjeb (be pġ. 60 ¶1–pġ. 61 ¶3)

Nru. 2: Eżodu 36:​1-18

Nru. 3: Huma l-​Bnedmin Kollha Wlied Alla? (rs pġ. 303 ¶3–pġ. 304 ¶4)

Nru. 4: Għala Għandna Nkunu Leali f’Affarijiet Żgħar?

Mej. 31 Qari mill-​Bibbja: Eżodu 38-40 Għanja 202

Kwalità tad-​Diskors: Uri Interess fil-​Persuna l-​Oħra (be pġ. 186 ¶1-4)

Nru. 1: Kif Ittejjeb l-​Abbiltajiet Tiegħek tad-​Diskors (be pġ. 62 ¶1–pġ. 64 ¶1)

Nru. 2: w-MT02 5/1 pġi. 19-20 ¶3-6

Nru. 3: Kif Jistaʼ Individwu Jiġi Mfarraġ Meta Jifhem l-​1 Ġwanni 3:​19, 20?

Nru. 4: X’Se Tagħmel is-​Saltna t’Alla għall-​Umanità (td-MT32A)

Ġun. 7 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 1-5 Għanja 123

Kwalità tad-​Diskors: Ismaʼ b’Attenzjoni (be pġ. 187 ¶1-5)

Nru. 1: Kif Tkompli Konversazzjoni (be pġ. 64 ¶2–pġ. 65 ¶4)

Nru. 2: Levitiku 3:​1-17

Nru. 3: Il-​Mewt taʼ Ġesù Kristu Kif Kienet Differenti minn Dik taʼ Oħrajn li Saru Martri? (rs pġ. 306 ¶1-4)

Nru. 4: X’Hemm Ħażin f’li Tinvolvi Ruħek fl-​Okkult?

Ġun. 14 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 6-9 Għanja 121

Kwalità tad-​Diskors: Għin lil Oħrajn Jagħmlu Progress (be pġ. 187 ¶6–pġ. 188 ¶3)

Nru. 1: Agħraf Xi Jkollu f’Moħħu Min Ikun Qed Jistaqsi (be pġ. 66 ¶1–pġ. 68 ¶1)

Nru. 2: Levitiku 7:​1-19

Nru. 3: Kif Nistgħu Nitgħallmu Nobogħdu Dak li Hu Ħażin?

Nru. 4: Is-​Saltna Tibda Taħdem Waqt li l-​Għedewwa taʼ Kristu Għadhom Attivi (td-MT32B)

Ġun. 21 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 10-13 Għanja 183

Kwalità tad-​Diskors: Agħti Għajnuna Prattika (be pġ. 188 ¶4–pġ. 189 ¶4)

Nru. 1: Kun Af Kif Għandek Twieġeb (be pġ. 68 ¶2–pġ. 70 ¶3)

Nru. 2: Levitiku 11:​1-25

Nru. 3: Alla Għala Mhux Sempliċement Għamel Digriet li Kulmin Jobdih Jistaʼ Jgħix għal Dejjem? (rs pġ. 307 ¶3–pġ. 308 ¶1)

Nru. 4: Kif Jehovah Iqis il-​Qerq

Ġun. 28 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 14-16 Għanja 216

Kwalità tad-​Diskors: Uri Rispett lil Oħrajn (be pġ. 190 ¶1-4)

Reviżjoni Orali

Lul. 5 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 17-20 Għanja 54

Kwalità tad-​Diskors: Irrikonoxxi lil Oħrajn bir-​Rispett (be pġ. 191 ¶1–pġ. 192 ¶1)

Nru. 1: Komunikazzjoni Permezz taʼ l-​Ittri (be pġi. 71-3)

Nru. 2: Levitiku 17:​1-16

Nru. 3: Afda l-​Organizzazzjoni taʼ Jehovah

Nru. 4: Is-​Saltna Mhix ‘fil-​Qlub,’ Ma Tistax Tiġi Żviluppata Permezz taʼ Sforzi Umani (td-MT32Ċ)

Lul. 12 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 21-24 Għanja 138

Kwalità tad-​Diskors: Taħdita Mogħtija bir-​Rispett (be pġ. 192 ¶2–pġ. 193 ¶2)

Nru. 1: Agħmel Progress—Imxi ’l Quddiem (be pġ. 74 ¶1–pġ. 75 ¶3)

Nru. 2: Levitiku 22:​1-16

Nru. 3: Min Iktar fi Żmienna Qed Jibbenefika mis-​Sagrifiċċju taʼ Ġesù? (rs pġ. 309 ¶1-3)

Nru. 4: Kien Jehovah l-​Alla tat-​Tribù tal-​Lhud?

Lul. 19 Qari mill-​Bibbja: Levitiku 25-27 Għanja 7

Kwalità tad-​Diskors: Esprimi Ruħek b’Konvinzjoni (be pġ. 194 ¶1–pġ. 195 ¶2)

Nru. 1: Uża l-​Għotja Tiegħek (be pġ. 75 ¶4–pġ. 77 ¶2)

Nru. 2: Levitiku 25:​1-19

Nru. 3: Kif it-​Terroriżmu Se Jispiċċa

Nru. 4: Is-​Salvazzjoni Hija minn Alla Permezz tas-​Sagrifiċċju taʼ Fidwa taʼ Ġesù (td-MT33A)

Lul. 26 Qari mill-​Bibbja: Numri 1-3 Għanja 30

Kwalità tad-​Diskors: Kif Tintwera l-​Konvinzjoni (be pġ. 195 ¶3–pġ. 196 ¶4)

Nru. 1: Għandhom il-​Kristjani Jkunu Għajjurin? (w-MT02 10/15 pġi. 28-​31)

Nru. 2: w-MT02 6/15 pġi. 18-​19 ¶6-9

Nru. 3: X’Inhu Meħtieġ Minna Sabiex Nibbenefikaw mis-​Sagrifiċċju taʼ Ġesù? (rs pġ. 310 ¶5–pġ. 311 ¶3)

Nru. 4: Huwa Ħażin li Titnikket Minħabba l-​Mewt taʼ Xi Ħadd Maħbub?

Awis. 2 Qari mill-​Bibbja: Numri 4-6 Għanja 128

Kwalità tad-​Diskors: Uża t-​Tattika Imma Kun Sod (be pġ. 197 ¶1-3)

Nru. 1: Nagħmlu Jiemna Jgħoddu f’Għajnejn Jehovah (w-MT02 11/15 pġi. 20-​3)

Nru. 2: Numri 6:​1-17

Nru. 3: Il-​Bibbja Kif Tistaʼ Tgħin lin-​Nies biex Ma Jibqgħux Jobogħdu lil Xulxin?

Nru. 4: “Salvat Darba, Salvat Dejjem” Mhux Skritturali (td-MT33B)

Awis. 9 Qari mill-​Bibbja: Numri 7-9 Għanja 35

Kwalità tad-​Diskors: Uża t-​Tattika Meta Tagħti Xiehda (be pġ. 197 ¶4–pġ. 198 ¶5)

Nru. 1: Tistaʼ Teżisti Tassew Soċjetà Mingħajr Klassijiet Soċjali? (w-MT02 1/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: Numri 8:​1-19

Nru. 3: Meta l-​Appostlu Pawlu Qal li l-​Kristjani Kellhom ‘Jinħatfu’ biex Ikunu mal-​Mulej, Liema Suġġett Kien Qed Jiġi Diskuss? (rs pġ. 312 ¶1-2)

Nru. 4: Min Hu l-​Antikrist?

Awis. 16 Qari mill-​Bibbja: Numri 10-13 Għanja 203

Kwalità tad-​Diskors: Il-​Kliem Xieraq f’Waqtu (be pġ. 199 ¶1-4)

Nru. 1: Afda f’Jehovah—Dak Alla li Hu Reali (w-MT02 1/15 pġi. 5-7)

Nru. 2: Numri 12:​1-16

Nru. 3: Hija l-​Vendetta t’Alla Konsistenti maʼ l-​Imħabba Tiegħu?

Nru. 4: “Salvazzjoni Universali” M’Hijiex Skritturali (td-MT33Ċ)

Awis. 23 Qari mill-​Bibbja: Numri 14–17:15 (14-16, NW) Għanja 207

Kwalità tad-​Diskors: Uża t-​Tattika mal-​Familja u m’Oħrajn (be pġ. 200 ¶1-4)

Nru. 1: Aħwa li Żviluppaw Attitudnijiet Differenti (w-MT02 1/15 pġi. 21-3)

Nru. 2: w-MT02 7/15 pġi. 23-4 ¶15-​19

Nru. 3: Huwa Possibbli għall-​Kristjani li Jittieħdu s-​Sema bil-​Ġisem Fiżiku Tagħhom? (rs pġ. 314 ¶1-2)

Nru. 4: gGħala l-​Logħob Vjolenti tal-​Kompjuter M’Huwiex għall-​Kristjani

Awis. 30 Qari mill-​Bibbja: Numri 17:​16–21:35 (Numri 17-21, NW) Għanja 150

Kwalità tad-​Diskors: Inkuraġġanti u Pożittiv (be pġ. 202 ¶1–pġ. 203 ¶2)

Reviżjoni Orali

Sett. 6 Qari mill-​Bibbja: Numri 22-25 Għanja 22

Kwalità tad-​Diskors: Żomm it-​Tonalità Pożittiva (be pġ. 203 ¶3–pġ. 204 ¶1)

Nru. 1: Għala Għabet Dik id-​Dinja tal-​Qedem? (w-MT02 3/1 pġi. 5-7)

Nru. 2: Numri 22:​1-19

Nru. 3: 144,000 Biss Imorru s-​Sema (td-MT34A)

Nru. 4: hGħala Għandhom il-​Ġenituri Kristjani Jaqraw lil Uliedhom

Sett. 13 Qari mill-​Bibbja: Numri 26–30:1 (26-29, NW) Għanja 71

Kwalità tad-​Diskors: Meta Titkellem maʼ Sħabek fit-​Twemmin (be pġ. 204 ¶2–pġ. 205 ¶4)

Nru. 1: Kif id-​Diżabilità Se Tintemm (w-MT02 5/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: Numri 29:​1-19

Nru. 3: Xi Protezzjoni Se Jkun Hemm għall-​Kristjani Veri Matul it-​Tribulazzjoni l-​Kbira? (rs pġ. 315 ¶3–pġ. 316 ¶3)

Nru. 4: Il-​Wegħdi t’Alla Kif Saru Iva Permezz taʼ Ġesù Kristu?

Sett. 20 Qari mill-​Bibbja: Numri 30:​2–32:42 (30-32, NW) Għanja 51

Kwalità tad-​Diskors: Ripetizzjoni għal Enfasi (be pġ. 206 ¶1-4)

Nru. 1: Iżraʼ l-​Ġustizzja, Aħsad it-​Tjieba u l-​Imħabba t’Alla (w-MT02 7/15 pġi. 28-​31)

Nru. 2: Numri 30:​2-17 (Numri 30:​1-16, NW)

Nru. 3: X’Inhu l-​Ispirtu Qaddis? (td-MT35A)

Nru. 4: iGħala Għandek Taħrab il-​Pornografija

Sett. 27 Qari mill-​Bibbja: Numri 33-36 Għanja 100

Kwalità tad-​Diskors: Ripetizzjoni fil-​Ministeru taʼ l-​Għalqa u fit-​Taħditiet (be pġ. 207 ¶1–pġ. 208 ¶4)

Nru. 1: Kif Jistgħu Jgħinuk il-​Qaddisin Veri? (w-MT02 9/15 pġi. 4-7)

Nru. 2: w-MT02 8/1 pġi. 18-19 ¶15-​19

Nru. 3: jXi Kristjani Għala Jittieħdu fis-​Sema biex Ikunu maʼ Kristu? (rs pġ. 316 ¶5-8)

Nru. 4: Għala Għandek Tevita Divertiment Perikoluż

Ott. 4 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 1-3 Għanja 191

Kwalità tad-​Diskors: Żviluppa t-​Tema (be pġ. 209 ¶1-3)

Nru. 1: Għarfien Eżatt dwar Alla Jagħtina l-​Faraġ (w-MT02 10/1 pġi. 5-7)

Nru. 2: Dewteronomju 1:​1-18

Nru. 3: Xi Jfisser li Tħalli l-​Verità Ssir Parti Minnek

Nru. 4: Il-​Forza tal-​Ħajja Msejħa Spirtu (td-MT35B)

Ott. 11 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 4-6 Għanja 181

Kwalità tad-​Diskors: Uża Tema Addattata (be pġ. 210 ¶1–pġ. 211 ¶1; pġ. 211, kaxxa)

Nru. 1: Ngħoddu Lura mill-​537 Q.E.K. sad-​997 Q.E.K. (si pġ. 285 ¶5-7)

Nru. 2: Dewteronomju 4:​1-14

Nru. 3: Ir-​Rakkont taʼ Ġwanni 9:​1, 2 Għala Ma Jagħtix Prova li Teżisti r-​Riinkarnazzjoni? (rs pġ. 319 ¶2–pġ. 320 ¶2)

Nru. 4: X’Jinvolvi li ‘Titfaʼ Ħsiebek fuq l-​Ispirtu’?

Ott. 18 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 7-10 Għanja 78

Kwalità tad-​Diskors: Punti Prinċipali Magħmulin Jispikkaw (be pġ. 212 ¶1–pġ. 213 ¶1)

Nru. 1: Ngħoddu Lura mid-​997 Q.E.K. sa l-​2370 Q.E.K. (si pġi. 285-6 ¶8-​11)

Nru. 2: w-MT02 8/15 pġi. 15-​16 ¶3-6

Nru. 3: L-​Ispiritiżmu Għandu Jitwarrab Bħala Xogħol tad-​Demonji (td-MT35Ċ)

Nru. 4: kKif Jehovah Iqis lill-​Apostati

Ott. 25 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 11-13 Għanja 57

Kwalità tad-​Diskors: Tużax Ħafna Punti Prinċipali (be pġ. 213 ¶2–pġ. 214 ¶5)

Reviżjoni Orali

Nov. 1 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 14-18 Għanja 26

Kwalità tad-​Diskors: Introduzzjoni li Tqajjem l-​Interess (be pġ. 215 ¶1–pġ. 216 ¶5)

Nru. 1: Ngħoddu Lura mill-​2370 Q.E.K. sa l-​4026 Q.E.K. (si pġi. 286-7 ¶12-​15)

Nru. 2: Dewteronomju 14:​1-23

Nru. 3: lJekk Xi Ħadd Jgħid, ‘Nemmen fir-​Riinkarnazzjoni’ (rs pġ. 321 ¶1-3)

Nru. 4: Għala l-​Kristjani Għandhom Iżommu Ħajjithom Sempliċi

Nov. 8 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 19–23:1 (19-22, NW) Għanja 182

Kwalità tad-​Diskors: Iġbed l-​Attenzjoni tan-​Nies fis-​Servizz taʼ l-​Għalqa (be pġ. 217 ¶1-4)

Nru. 1: Fejn Għammar Ġesù Meta Kien fuq l-​Art (si pġ. 291 ¶16-17)

Nru. 2: Dewteronomju 21:​1-17

Nru. 3: Li Ningħaqdu maʼ Reliġjonijiet Oħrajn M’Huwiex Dak li Alla Jrid (td-MT36A)

Nru. 4: L-​Eżempji tal-​Bibbja Kif Jistgħu Jgħinuna Nkampaw maʼ l-​Iskuraġġiment?

Nov. 15 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 23:​2–27:26 (23-27, NW) Għanja 162

Kwalità tad-​Diskors: Identifika s-​Suġġett Tiegħek fl-​Introduzzjoni (be pġ. 217 ¶5–pġ. 219 ¶3)

Nru. 1: Iż-​Żmien tal-​Ministeru taʼ Ġesù (si pġ. 291 ¶18-​19)

Nru. 2: Dewteronomju 24:​1-16

Nru. 3: Kif Tagħraf lil Dawk li Għandhom l-​Appoġġ t’Alla

Nru. 4: Għala Hawn Daqshekk Reliġjonijiet? (rs pġ. 322 ¶1–pġ. 323 ¶2)

Nov. 22 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 28-31 Għanja 32

Kwalità tad-​Diskors: Konklużjonijiet Effettivi (be pġ. 220 ¶1-3)

Nru. 1: Ngħoddu s-​Snin taʼ Żmien l-​Appostli (si pġi. 291-2 ¶20-3)

Nru. 2: Dewteronomju 28:​69–29:17 (Dewteronomju 29:​1-18, NW)

Nru. 3: M’Huwiex Minnu li “Hemm it-​Tajjeb fir-​Reliġjonijiet Kollha” (td-MT36B)

Nru. 4: Għala l-​Kristjani Għandhom Ikunu Modesti

Nov. 29 Qari mill-​Bibbja: Dewteronomju 32-34 Għanja 41

Kwalità tad-​Diskors: Punti li Għandek Iżżomm f’Moħħok (be pġ. 220 ¶4–pġ. 221 ¶4)

Nru. 1: It-​Tieni Vjaġġ Missjunarju taʼ Pawlu (si pġi. 292-3 ¶24-5)

Nru. 2: w-MT02 10/15 pġ. 11 ¶10-​13

Nru. 3: Modi Kif Nistgħu Nqaddsu Isem Alla

Nru. 4: Huwa Xieraq li Individwu Jitlaq ir-​Reliġjon tal-​Ġenituri Tiegħu? (rs p. 324 ¶1-3)

Diċ. 6 Qari mill-​Bibbja: Ġożwè 1-5 Għanja 40

Kwalità tad-​Diskors: Fil-​Ministeru taʼ l-​Għalqa (be pġ. 221 ¶5–pġ. 222 ¶6)

Nru. 1: It-​Tielet Vjaġġ Missjunarju taʼ Pawlu u l-​Aħħar Snin, 56-100 E.K. (si pġ. 293 ¶26-​30)

Nru. 2: Ġożwè 4:​1-14

Nru. 3: It-​Talb li Alla Jismaʼ (td-MT37A)

Nru. 4: Huwa l-​Milied Ċelebrazzjoni Kristjana?

Diċ. 13 Qari mill-​Bibbja: Ġożwè 6-8 Għanja 213

Kwalità tad-​Diskors: Eżattezza fi Kliemna (be pġ. 223 ¶1-5)

Nru. 1: L-​Apoloġija—Mod Effettiv biex Tagħmel Paċi (w-MT02 11/1 pġi. 4-7)

Nru. 2: Ġożwè 6:​10-23

Nru. 3: Għala Nkomplu Nippridkaw minn Dar għal Dar?

Nru. 4: Hija l-​Imħabba għal Għajrna l-​Iktar Ħaġa Importanti? (rs pġ. 327 ¶4)

Diċ. 20 Qari mill-​Bibbja: Ġożwè 9-11 Għanja 135

Kwalità tad-​Diskors: ‘Inżommu Sħaħ mal-​Kelma taʼ Min Jemminha’ (be pġ. 224 ¶1-4)

Nru. 1: Saħħu Idejkom (w-MT02 12/1 pġi. 30-1)

Nru. 2: w-MT02 11/15 pġi. 18-19 ¶19-​23

Nru. 3: Ripetizzjoni Fiergħa, Talb lil Marija jew lill-​“Qaddisin” M’Humiex Validi (td-MT37B)

Nru. 4: aXi Jfisser li Żżomm il-​Paċi

Diċ. 27 Qari mill-​Bibbja: Ġożwè 12-15 Għanja 210

Kwalità tad-​Diskors: Iċċekkja li l-​Informazzjoni Tkun Eżatta (be pġ. 225 ¶1-3)

Reviżjoni Orali

[Noti taʼ taħt]

a Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

b Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

c Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

d Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

e Skond ma jippermetti l-​ħin, ikkunsidra t-​tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-​inkwilin, l-​oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-​iktar utli għall-​bżonnijiet tat-​territorju lokali.

f Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

g Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

h Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

i Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

j Skond ma jippermetti l-​ħin, ikkunsidra t-​tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-​inkwilin, l-​oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-​iktar utli għall-​bżonnijiet tat-​territorju lokali.

k Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

l Skond ma jippermetti l-​ħin, ikkunsidra t-​tweġibiet għal dak li jistaʼ jsostni l-​inkwilin, l-​oġġezzjonijiet tiegħu, u affarijiet oħrajn simili li se jkunu l-​iktar utli għall-​bżonnijiet tat-​territorju lokali.

a Inkariga lill-​aħwa rġiel biss.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja